![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Isem u kunjom: Carmelo Falzon Età: 69 sena Data tat-Twelid: 28 ta’ Novembru 1936 u twieled fi d-dar numru 39/40 Triq San Bartolomew Hal Qormi; id-dar li fiha kienet tghix familtu. Min kienu ommok u missierek? Missieri kien jismu Guzeppi Falzon u ommi Rosanna née Ciantar. Kif twahhad mieghek u ma’ familtek il-laqam ta’ ‘Lawris’? Il-laqam beda minn missier missieri jigifi eri min-nannu Gamri. Meta
kont zghir niftakru johrog bis-sellum forsi u jixghel il-lampier. |
![]() |
Min huma l-membri tal-familja tieghek? Izzewwigt lil Gela fi s-7 ta’ ottubru 1956 u f’ottubru
se jkollna l-50 sena anniversarju miz-zwieg. Ghandna erbat itfal: il-kbir,
Bastjan li qed jghix l-Awstralja; Raymond li kien jghin hafna fl-arrangamenti
tal-fjuri fi l-knisja; Joseph tal-Banka tal-Lottu u X’tiftakar bhala tifel zaghzugh dwar il-parrocca? Jien dejjem kont inkun mal-hitan tal-knisja z-zghira
u fejn l-istatwa ta’ San Sebastjan tal-pjazza. Niftakar li hu Gelander,
Ganmari tat-Tentilla jiehu hsieb din l-istatwa. Niftakar ukoll lil Leli
Montesin li ghamel is-salib tad-Duluri. F’dawn iz-zminijiet konna
mmorru nqattghu l-landi fuq il-bankina ta’ fejn il-muzew tas-subien
biex naghmlu l-pavaljuni tal-landi. Konna narmaw tlieta: wiehed minn fejn
Salvu tal-laham ghal fejn Frans Genovese; iehor fejn in-Naks f’nofs
Triq San Bartolomew u iehor fejn l-Abatija. Meta kont abbati kien hawn
zewg sagristana, Mikiel Bonello li kien hallas l-istatwi ta’ San
Pietru u San Pawl li ghandna fuq iz-zuntier u hallas ukoll it-tabernaklu
tassagrament u s-sagristan l-iehor kien jismu Frenc Scerri li kellu huh
sagristan fi l-knisja ta’ San Gorg. Dak iz-zmien is-sagristana kienu
jorqdu xahar kull wiehed mas-sagrament. Lil Frenc niftakar kont immurlu
ghall-ikel ghand ohtu xebba fejn il-knisja ta’ San Gorg Kif kien ll-involviment tieghek fuq bazi parrokkjali? L-involviment tieghi fi l-parrocca kien sa minn meta
kont tifel. Kont nghin fi l-knisja billi nigbru s-siggijiet. Is-siggijiet
konna naghmluhom fin-nicca li kien hemm San Liema kienu dawk id-dati parrokkjali li ma tinsa qatt? Zgur li ma ninsiex it-tqeghid ta’ l-ewwel gebla minn Mons. Mikiel Gonzi. Dakinhar, jien kelli l-istandard tal-Papa ghal waqt din il-purcissjoni u kienet daqqet ukoll il-Banda Pinto. Niftakar ukoll meta l-istatwa titulari harget minn Gnien l-Armier (il-gnien ta' fejn il-knisja). Carm, bhal dawk sbieh nemmen li kien hemm ohrajn koroh jew li forsi xtaqt li ma graw qatt. Liema kienu? Dazgur hux. Niftakar kien gie patri ta’ Santu Wistin
mix-Xewkija jaghmel l-ezercizzi lin-nisa fi l-kripta u dak il-hin jien
bqajt hemm ghax is-sagristan hareg ftit u qalli Liema kien l-akbar involviment dirett fi l-parrocca u li tak sodisfazzjon kbir? L-ikbar involviment kien fi x-xoghol tal-knisja, li kien xoghol ta’ tbatija u ta’ periklu fejn b’dispjacir nghid li kont thallast bi ftit soldi. Meta nfethet il-knisja kien l-akbar sodisfazzjon ghaliex din il-gurnata kient ilha mistennija. Ghal din l-okkazjoni pproponejt li l-kazin taghna jistieden lill-Banda ta’ San Gorg sabiex iddoqq u hekk gara ghax din daqqet fit-30 ta’ Mejju, il-Hadd filghodu. Liema kienu dawk l-irwoli li inti kellek f’kumitati/ghaqdiet li ghandhom rabta mal-festa? Jien ghamilt 36 sena fi l-kumitat tal-kazin tal-banda. L-ewwel kont assistent kaxxier, wara assistent direttur, u wara direttur. Kont iddelegat b’hafna progetti ghall-kazin. Fl-1957 hadt hsieb l-opra artistika ta’ San Sebastjan tal-bitha xoghol ta’ Marku Montebello. Dan gie jiswa Lm75 bl-abbozz b’kollox. Ghax hallejnieh jahdem fi l-libertà tieghu u dam ftit aktar ta’ gentlom li kien, Marku kien tana Lm10 lura ghall-kazin. B’hekk kien gie jiswina Lm65. George Mifsud maghruf bhala Verdi hadmilna l-pedestall fuq disinn ta’ Marku Montebello. L-irham ghamilulna b’xejn Nazju Bonavia ta’ Birkirkara li llum mejjet u l-hadid hadmu wiehed mill-Gudja li kien armat fi Triq l-Imdina. Fi zmien il-president John Stivala (president qabel Sebastjan Debono) jien kont ipproponejt li l-bar tal-kazin jikber u jsir aktar modern. Meta ressaqt din il-proposta fl -1967, sar jaf biha Karmenu Casha maghruf bhala l-Brun li kien ukoll billiard marker. Dan qalli li l-ewwel darba li kienu gew fi l-kazin prezenti bhala Socjetà kienu sabu kantina kbira u li radmuha huma stess. Kif smajt hekk jien ghidtlu li fl -ewwel laqgha tal-kumitat, li dak iz-zmien kienu jsiru fi l-kamra ta’ fuq in-nicca ta’ San Sebastjan tal-bitha, nhar ta’ Tlieta u mbaghad nhar ta’ Gimgha; jien kont se ninsisti biex din il-kantina titnaddaf. Tliet kwarti talkumitat oppona. Però jien zammejt iebes. Meta rani daqshekk determinat, Ninu Spiteri qal lill-president biex din ir-responsabbiltà tigi ddelegata lili personali. Niftakar li tellajna hamsa u erbghin vjagg gebel u terrapien fi t-trakk ta’ Zeppi tal- Fieres li kien jiehu xi sitt xelini l-vjagg. Veru li domna ftit aktar mid-data li kellna f’mohhna però l-kantina saret u l-bar kien fornut bl-ahjar rizors. Sodisfazzjon iehor hi l-Bandalora tac-centinarju b’disinn ta’ Manuel Borg Gauci. Meta kont hadtha ghand is-soru, f’Ta Cini l-Hamrun u li ghadha hajja, qaltli d-disinn ma setax jinhadem bid-deheb minhabba li kien disinn impitter. Kienet qaltli li taf disinjatur tad-deheb,certu Frans Tribli li ghadu haj ukoll u kienet kellmet lilu. Niftakar kont daqsxejn attent kif ghandi nghid dak kollu lil Manwel ghax kien daqsxejn tal-punt. Kont bdejtlu li d-disinn tieghu kien intghogob u li kien
se jinzamm izda ridna ndahhlu lil xi hadd li hu specjalizzat fi d-disinn
tar-rakmu tad-deheb. Manuel kien accetta u kien irnexxa kollox. Manuel
xtaq li l-arma ta’ Pinto jaghtiha d-dell u lis-soru kien werwirha
daqskemm kien feroci biex dak li kellu f’mohhu jigi fi s-sehh. Kont
involut f’hafna bini milli sar fi l-kazin fejn anke bnejt is-swali
ta’ fuq fl imkien ma’ Frans maghruf bhala l-Jansi. U kont
involut ukoll fi l-progett ta’ l-arkivju fuq disinn ta’ Guzeppi
Galea mir-Rabat u xoghol ta’ Gillardu u ibnu Joe Galdes u l-vetrina
xoghol ta’ Irrid insemmi li nistghu nghidu li ghandna wiehed mill-aqwa salotti li hawn f’Malta, fuq stil Vittorjan. Niftakar fl -1983 kont mort nixtri zarbun ghat-tifl a u waqt li dhalt ghand wiehed perit rajt dan is-salott li qalli li kien ghall-bejgh. Mill-ewwel staqsejtu kemm ried tieghu u wegibni li ried Lm1,100. Jien ridt inhallilu l-kapparra halli ma’ l-ewwel seduta li jkollna nghaddieha kumitat biex nippruvaw nixtruh ghall-kazin. Is-sid ma riedx flus u allura biex inkun marbut b’xi haga hadtlu siggu. Ghadni niftakar dak it-ticket li sibt mal-karozza meta mort biex indahhlu fiha. Insomma bqajt sejjer bih il-kazin u poggejtu fuq wahda minn dawk l-imwejjed il-grizi li naghmlu l-ikliet fuqhom. Wara, is-salott konna xtrajnieh ghall-kazin u nistghu nghidu li ghadna ngawduh sal-lum. Meta kont izghar kellek xi rabta ma’ l-armar tal-parrocca? X’tiftakar minn dak iz-zmien? Iva, inqis ruhi marbut ma’ din l-Ghaqda ghax minn dejjem kont naghti daqqa ta’ id. Fil-gaj li konna niftakar lil George Chircop, Konsu, Karmnu c-Cambullu, Salvu l-Brun, Montesin u anke lil Vince Grech li kien ghadu daqsxejn ta’ tfajjel. Qabel ma kellniex armar allura konna nikru l-antarjoli minn Haz-Zebbug, il-Marsa u anke minn oal Lija. Konna narmaw lil Zeo ma’ San Sebastjan quddiem il-Gagu. Konna ngibu l-pedestall li jarmaw fuqu lil San Guzepp, il-Madonna u l-hmara u lighadu jintrama sal-gurnata tal-lum gewwa oaz-Zebbug ghall-festa ta’ San Guzepp. L-armar tal-festa ha daqqa ta’ harta lura fi z-zmien meta l-kazin kien waqaf millib jiccelebra l-festa minhabba l-kwistjoni tal-patrijiet. Cauchi, it-tieni kappillan, webbes rasu u ried li l-festa ssir bis-sahha tant li anke gab nies mill-Belt sabiex jarmaw armar li kien hemm fi r-remissa. Din kienet fi stat tal-biki, bis-saqaf iqattar l-ilma u ghalhekk tista’ timmagina l-ftit armar li kien johrog kif kien. Niftakar ukoll li l-bradella li kellu qabel San Sebastjan, inhadmet minn certu wiehed Guzeppi l-Pappagall fi Triq tar-Rocc, fejn illum hemm dentist. Kif rajt il-festa tinbidel, b’mod partikolari lill-Ghaqda ta’ l-Armar matul iz-zminijiet? U b’dan kollu kif thares lejn il-festa llum? Mill-1984, minn meta twaqqfet din l-Ghaqda, l-armar kompla jikber. In-nies meta jaraw it-Tempju lest iktar ikollhom kuragg jaghtu u jikkoperaw. Twaqqa’ l-mahzen ta’ Triq Spiteri Fremond u nbena iehor gdid. Tajjeb li nsemmi li dak il-mahzen li kien remissa kienet hallietu wirt lill-parro``a familja minn Rahal Gdid; l-istess rahal li kien gej minnu l-kappillan ta’ dak iz-zmien, Dun Alwig Psaila. Niftakar li wara li tlesta l-bini kienet saret quddiesa fejn anke jien kont prezenti. Kienu mistiedna l-ghaqdiet kollha kif ukoll dawk ta’ San Gorg. Imbaghad mhux hekk biss, inxtrat dar fi Triq il-Kbira u beda t-twaqqiegh ta’ l-apramorta fi l-mar` ta’ fi lghodu u minn dakinhar ’il quddiem saret bicca xoghol ohra kbira. Rajt progress konsistenti u impenn b’armar li zejjen it-toroq ewlenin. Jien li nista’ nkompli nghid hu li l-flus qed turuhom ghax ix-xoghol qieghed isir u issa anke bl-armar li zidna ghall-Milied u ghall-Gimgha Mqaddsa. Ahna m’ahniex xi mitt sena parrocca u nistghu nghidu li hawn kollox: kazin; kamra tan-nar, mahzen, insomma hawn parrocci ilhom aktar minna u m’ghandhomx bhalna!Nemmen li llum il-festa taghna tassew tista’ titqies bhala wahda mill-kbar. Carm ghadek involut parrokkjalment? Kif? Dazgur. F’din il-bicca fejn noqghod jiena, kont
kellimt lill-eks-Kappillan Deguara u kont ghidtlu li xtaqt naghmel sett
pavaljuni. Hu kien qalli biex naghmilhom fuq stil Kif thares lejn il-parrocca u l-festa fi l-futur? J’alla nibqghu sejrin kif ahna sejrin u ma jkollniex inkwiet ghax xi kultant meta nkunu qed niehdu r-ruh dejjem jara x’jinqala’. L-ahhar wahda friska hi li ghadna kif tlifna lil sehibna Charlie Cauchi (il-Mesmerun). Nafu li ftit ilu kont l-Awstralja. X’tghidilna fuq din l-esperjenza? Ftit tax-xhur ilu mort ghand ibni Bastjan li llum ghandu erbat itfal gewwa Queensland. Fl-ahhar ghidtlu li xtaqt immur ghall-festa ta’ San Sebastjan u mill-ewwel qalli li se jirrangali ghat-ticket ta’ l-ajruplan. Kellna titjira ta’ saghtejn. L-ewwel inzilna Gelong u ghamilna tlett ijiem hemm. Imbaghad mort ghand Lucian Gatt li laqaghna hafna. Il-Gimgha kellna quddiesa ghal ruh ommi u missieri u kif spiccat morna fi s-sala ghal drink. Hawnhekk gie jsibni Raymond Gatt u qalli li se jlaqqaghni ma’ min jiehu hsieb ir-reffiegha li jismu Louis. Xtaquni li nerfa’ fl-istatwa ta’ San Sebastjan, replika ta’ l-istatwa titulari tal-parrocca taghna xoghol l-artist Stephen Borg u jien accettajt. Kellna konfratiji bojod bit-tarf tal-bizilla isfel. Meta messni li nitbiddel u mmur fuq wara qaluli li jien kont il-mistieden u allura kelli nibqa’ quddiem. Bla dubju ta’ xejn hadt pjacir hafna. Fl-Awstralja ltqajt ma’ hafna nies li qabel konna nilaghbu flimkien fi l-pjazza. U llum kif tqatta’ l-gurnata Carm? Ghandek xi passatempi partikolari? Issa l-gurnata nqattaghha mal-familja u bhala passatemp inhobb indur il-festi; qisni l-mejda tal-qubbajt. X’messagg ghandek ghal dawk li b’xi mod jew iehor huma involuti fi l-festa taghna? L-ewwel nett nixtieq il-festa t-tajba lil kulhadd u nirringrazzja
lilkom ta’ l-opportunità li tajtuni ghal din l-intervista
helwa li ghamiltuli. Lil ta’ l-armar nghidilkom biex tibqghu sejrin
kif sejrin halli nkomplu nkabbru l-festa ghax bl-armar li ghamiltu l-festa
taghna saret bhal ta’ haddiehor. |
Intervista mehuda mill-fuljett li l-Ghaqda tal-Armar San Sebastjan harget ghall-festa tas-sena 2006. L-intervista saret minn Elaine Schembri u Marlon Barbara lis-Sur Carmelo Falzon. |
![]() |