![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
| Min hu Albino?
Albino twieled fl-1932 minn Pawlu u Adeodata Formosa u ghandu 21 ahwa li minnhom 7 ghadhom hajjin. Hu mizzewweg lil Cetta nee Gatt ghal dawn l-ahhar 46 sena. Huma ghandhom hamest itfal illum kollha mizzewgin minbarra wahda. Bhala delizzju Albino minn dejjem kien ihobb il-Festa u l-Kazin tal-Qalba. Jien Itqajt mal-mara bis-sahha taz-zundajra u jien mill-ewwel ingbidt lejha. Minn fejn gie l-isem Albino? Ghall-bidu kienu jaghjtuli Gorg. Nismahom jghidu li missieri
kien ihobb isemmina ghall-granet li twelidna fihom. Jien twelidt ghall-habta
tal-Karnival, vicin ta' San Albino. Ahna ghandna ismijiet strambi fil-familja
bhal Dalja, Fawstina, Cisju, Sabina, Vitale, Danjel u Albino. Darba missieri
kien qalilhom biex ma jsejhulix izjed Gorg ghax jien Albino kien jisimni.
Ommi xtaqet issemmini Gorg izda missieri dejjem Albino ried isemmini.
Fi zmieni kienu jsemmu ma' l-almanakk. |
Albin, inkun qed nghid sewwa li aktar milli
Bastjaniza l-familja Formosa hi Qalbista?
Ahna minn dejjem konna ma' din is-socjeta'. Ghal l-inqas hekk nisma l-ommi tghid ghax lil missieri ma nafux wisq. Ahna kollha Qalbisti. Fil-fatt meta l-kazin kien ghadu fl-inhawi tal-parrocca ta' San Gorg, missieri flimkien ma' huti kienu jhallsu l-kera tal-kazin. Ommi kienet tgergirlu ghax dak iz-zmien ma tantx kien hawn flus fl-idejn u kienet tghidlu, "Sewwa thallas il-kera tal-Kazin u ahna bi-kemm ghandna biex nieklu". L-involviment tieghi fil-Kazin beda fiz-zmien tas-Surmast Busuttil. Fil-fatt I-famuz marc tal-Qalba jien gibtu. Kont xtrajt rota minghand wiehed maghruf bhala l-Lofty u mort Birkirkara ghalih. Kien baghtni s-surmast innifsu. Jiena minn dejjem kont inhobbu l-kazin u din l-imhabba tigri fid-demm tal-familja. Domt anki 35 sena ndoqq il-baxx mas-socjeta'. Kont waqaft ghax kont gejt f’pozizzjoni fejn il-baxx tieghi kellu bzonnu l-kazin ghal Gorg Debono, illum ex-surmast tal-banda taghna u surmast tal-Banda ta' I-Armata. Fl-istess waqt, jien qbadt ix-xoghol u l-business u ma kellix cans. Jien rajt li jipprometti iktar minni u tajtulu ghax ma kellniex flus biex nixtru baxx. Kont lest nissagrifika l-baxx ghall-Kazin. Madankollu xorta bqajt marbut mal-kazin. Sakemm nibqa’ f sahti nibqa' naghmel is-sagrificcji ghall-kazin. Int involut ukoll fil-parrocca mhux fil-Kazin biss, Xi tghidilna dwar dan? Iva, hdimt hafna ghall-parrocca u dejjem xoghol b'xejn hdimt. Jien nghin lil kullhadd... lil tan-nar u lil tal-mahzen, fejn ghinthom fil-bini ta’ l-ewwel mahzen kif ukoll fid-dawl. Pero' l-kazin jibqa' l-ewwel wiehed. Fil-Knisja minn dejjem hdimt. Meta kont zghir kont inqassam il-kafe lill-haddiema li jkunu qed jibnu. Hdimt ukoll id-dawl u issa qed naghmel bicca xoghol kbira fll-knisja: madwar 2000 holder. Jien inhossni kburi li bhala tifel rajt l-ewwel gebla u bhal ragel tajt l-ewwel qanpiena. ...nhossni kburi immens b'dak li ghamilt. Kif wasalt ghall-qanpiena Cetta-Albino? Dak kien gie Dun Joe fuqi. Niftakar kont ghadni kif xtrajt arblu ghall-Kazin li hallastu minn buti u li meta jingabru flusu se jmorru ghall-festa. Kien qalli li ghal sena ohra San Sebastjan ried johorgu bil-qniepen. Jien kont tkellimt mal-mara dwar dak li xtaqt naghmel. Wara mort fuq Dun Joe u qalli kemm kont ser naghti. Jien ghidtlu li se naghti l-ewwel qanpiena. Wara li xterdet l-ewwel kelma kellna 5 ohra migbura. U fil-fatt il-festa ta' wara kellna l-qniepen. Ghandek xi memorji sbieh? Ghandi hafna, nghidu ahna meta nfethet il-knisja u l-festi
tal-qniepen. Izda kelli l-koroh ukoll, nghidu ahna meta taret il-kamra
tan-nar u meta mietu Gorg u l-Baldass. ll-memorji kienu mhalltin, daqqa
kerha u daqqa sabiha. Ahna bhala parrocca kellna hafna ghax konna batuti
ghall-bidu. Ghidilna xi haga fuq il-memorji koroh? Bla dubju ghandna l-kaz tal-patrijiet. Jien kont wiehed minn dawk li kont tlajt I-qorti ghax waddabt il-flus fil-banda biex sfrattajtha. Flimkien ma' nies ohra kont hdimt biex il-baned ma jigux idoqqu. Izda l-kappillan li kellna kien naqra pikuz u kien gab il-banda tat-tfal ta' San Guzepp tal-Hamrun biex iddoqq fil-pussess tieghu. Ghalhekk ahna konna waddabna s-soldi biex nisfrattaw il-banda. Jien kont mod minn tant ghax meta konna morna biex nghidu lill-banda ta' San Guzepp biex ma tigix kienu qalu Iill-magistrat li jien kont wiehed minn dawk li mort nheddidhom u ghalhekk ma stajtx nehlisha. Niftakar ukoll meta konna ghadna fil-parti ta’ San Gorg u konna nibzghu nigu ndoqqu. Konna nahbu l-istrumenti ghax konna nigu mghajra. Kienu anki jwaddbulna s-soldi fil-festa taghna biex jisfrattawna. Konna ghadna batuti, ghax ghall-bidu nofs il-parrocca kienu minn San Gorg u joqoghdu hawn isfel. Ahna kull ma ghamilna hdimna u stinkajna ghalih. Ilum m'ghadniex hekk. Ilum il-parrocca taghna kibret. Ghandna partitarji daqs haddiehor biex ma nghidx iktar minn haddiehor u jkollna marci kbar, mhux bhall-qabel. Ahna x-xjuh nitqiesu li ahna Qalbisti. Fil-fatt, hemm nies mill-parrocca ta’ San Gorg li huma Qalbisti.. iz-zghazagh Ii huma Bastjanizi. Jiena kont wiehed minn dawk li hdimt ghall-ghaqda bejn iz-zewg baned. Mhux veru kif jghidu in-nies li ahna niggieldu. Dik diska antika. Ahna fir-rahal niftiehmu... taqta' I-ftit bluha li jkollna fil-marc. Jien naqbel li ghandu jkun hemm aktar ko-operazzjoni bejn it-tliet baned. Wara kollox il-kompetizzjoni meqjusa sabiha ghax minghajrha l-festa ma tikbirx. Ma nistax ma nsemmix il-Makoj u I-kontroversja tieghu. Hu kien hadem hafna ghall-kazin u kien wiehed minnha. Jien kont wiehed minn dawk li hdimt biex ma hallejniehx johrog. Kieku I-Makoj fetah, illum hemm banda ohra. Imma nahseb illi b'dak li ghamilna tajna ezempju lil Malta u hafna tawna l-prosit. Konna batejna ghax ghamilna lejl shih indoqqu u tghidx kemm kien bard. Ilum m'ghadux maghna imma s-socjeta' tieghu kienet tibqa'. Dawn l-affarijiet il-festi ma jkabbruhomx, imma jkissruhom. Ghidt li l-kompetizzjoni tajba imma zgur mhux fl-istess festa. Anna konna hdimna u rnexxilna ghax ma fetahx. Jien idejquni certu nies li jekk ma tghaddix taghhom ikissru. Dawn in-nies mhux tajbin ghas-socjetajiet. Sfortunatament kellna hafna minnhom fis-socjeta' imma ghax tghid kollha inqalghu. Xi zviluppi rajt fil-Kazin? Kien hemm xi zmien meta kont tara l-Kazin iktar b'sahhtu minn drabi ohra? Nahseb li jien l-iktar wiehed li naf il-kazin hawn gew. ili l-fuq minn Hamsin sena attiv. Is-sala ma kinitx ghandna u l-bitha niftakarha maghluqa. Jien kont ghadni nizzewweg u 300 lira ma kellix hliefhom Niftakar kont tajthom liI kazin ghall-bitha; kont hrigthom flimkien ma hija Vitu u Spiru li kien ibigh il-Whisky. Niftakar li kelli xi nghid mal-mara minhabba f’hekk. Ilum il-kazin hu b'sahhtu f kollox anki finanzjarjament. Sar sabih, ikbar u kull min jigi jiskanta bih. Kellna hafna Presidenti tajbin, kif ghandna issa wara kollox. Bastjan Debono kien l-iktar wiehed li dam u l-kazin qajjmu fuq saqajh minn kollox anki finanzjarjament. Kien wiehed minn dawk li hadem hafna u gab hafna affarijiet ghall-Kazin, kif ukoll organizzah tajjeb. X'affarijiet idejquk fil-Kazin? Idejjquni n-nies li ma jiehdux hsieb il-Kazin. Mill-bqija, narah li hu organizzat hafna. X'futur tara ghall-Kazin? ll-futur qed narah tajjeb, issa wkoll li dahlu xi zghazagh fil-kumitat. Qed nara hafna ucuh godda jersqu biex jaghtu l-ghajnuna taghhom u dan jawgura futur sabih. Jien inkun nixtieq li kull min jikkontesta ghall-kumitat jigi elett imma dan hu impossibli. Kazin biex ikun b'sahhtu irid ikun organizzat f’kollox. Irid ikun nadif, jistma l-membri tieghu u jkollu relazzjonijiet tajbin ma' socjetajiet ohra. Jien narana bhala wahda mill-ahjar socjetajiet. Hemm xi haga li tixtieq li ssehh fil-Parrocca ingenerali? Jien ma nghidx li ma nixtieqx li jkollna l-ghaqdiet kollha f’daqqa ghax bhala Qormi jien inhobb l-ghaqda. Imma kwazi ahna qisna zewgt irhula u kulhadd sa certu punt jnsab ghalih. Jien nara li hawn kooperazjoni tajba bejn l-ghaqdiet fil-parrocca u fir-rahal ingenerali. Fil-parrocca l-kazin qisu jigbor lil kulhadd; qisu I-omm, ic-centru ta' l-ghaqdiet u fejn jiltaqa' kulhadd. Xi delizzji Albin? Inhobb ukoll l-opra. Jien minn dejjem kelli xi stereo u meta niggieled mal-mara nixghelu u nisma l-opra biex innessi. Jien ghandi post San Pawl il-Bahar imma sfortunatament ma ngawdiehx minhabba l-festa u l-impenji fil-Kazin. San Pawl il-Bahar niddejjaq u I-Kazin ma niddejjaqx! Jien nippreferi nahdem fil-parrocca ghax niehu pjacir. Sakemm nibqa' b'sahhti fil-kumitat u m'inhix, xorta ser nibqa' nahdem fil-parrocca. Jien dejjem rajt ir-rispett tal-Kazin lejja nghidu ahna dejjem kelli c-cwievet tal-Kazin anki meta ma kontx fil-kumitat. Nemmen li kuntatt mal-Baldass zgur li kellek. Imma llum m'ghadux maghna. X'tiftakar dwaru? Il-Baldass niftakru fil-bidu tieghu u kien jghidli biex
niddubbalu kemm jista'jkun kanen ghan-nar. Il-Baldass hadem u hadem hafna
wahdu. Hu kien ihobbha l-parrocca. Meta tkun hdimt biex tara l-parrocca
tikber sew fin-nar, sew fl-armar kif ukoll fil-kazin tiehu sodisfazzjon.
Hu hadem hafna biex ra li jkollna n-nar kif X'tahseb mill-armar tul is-snin, Albin? Ta' I-Armar ghamlu pass ta' ggant f’dan iz-zmien qasir. Inbnew zewgt imhazen jew ahjar swali ghax hekk huma. Kulhadd hadem biex jinbnew dawn l-imhazen. Bil-ftit nies li konna, jien ukoll kont tajt sehemi fid-dawl specjalment fl-ewwel mahzen. Ghalija libbsu r-rahal fil-festa ghax qabel ma kien hawn kwazi xejn. Niftakar li qabel kienu jigu xi barranin jarmawlna. Ma kienx hawn xi armar... bicctejn injamiet I'hemm u I'hawn. In-nies kienu jithallsu biex jarmaw. Ta' I-Armar issahhu u llum ghandna armar sabih. Kont ukoll wiehed milli bdejt nghin fid-dawl tal-Milied. Jien kelli skop iehor f’mohhi. Lil Vince kont ghidtlu biex nahdmu xi dawl biex anki jekk jinqalalna xi haga fil-festa ikollna biex narmaw id-dawra tal-purcissjoni. Darba kien graina hekk. Jien inhobb nahseb fil-boghod u ghalli jista' jinqala. Hafna minnu kien inhadem fil-garaxx tieghi. Ghall-ewwel konna nlaqqtu l-wire u llum ghandna kollox taghna. Jiena kburi li fil-parrocca kull ma ghandna hu kollu taghna, sew fil-knisja, fil-Kazin, fl-armar u anki fin-nar. B'dan ghandna nkunu kburin. Ghalfejn Kazin bhal taghna qatt ma kellu sezzjonijiet taz-zghazagh? Jew jekk kellu ghala ma kellhomx futur? Kull tant iz-zghazagh jiguk b'ideat kemm xejn strambi u ma tistax tghidilhom iva ghax igibuk dahrek mal-hajt. Xi kultant ma jkunux responsobbli. Qed nitkellem fuq zghazagh ingenerali u mhux fuq xi kummissjoni jew sezzjoni specifika. Ahna ghalkemm ma ghandniex sezzjoni taz-zghazagh l-appogg xorta nsibuh ghax f’kull attivita issib dejjem l-element zaghzugh. Albin, qatt hassejtek taqta qalbek jew thossok wahdek u minghajr ghajnuna fix-xoghol li tkun qed taghmel? Tgergirlek il-mara ghal fatt li l-hin kollu sejjer bl-impenji parrokkjali tieghek specjalment fil-kazin? Jien ghalija s-socjeta' dejjem fuq quddiem. Jien liI kulhadd nghin, lest ghal kulhadd. Jien ghalija il-kelma impossibbli ma tezistix... inhobb naghmel I-impossibbli. Jekk tipprova, jirnexxielek. Inhobb nahdem wahdi halli ma nitfixkilx. Jien izzewwigt il-mara bil-patt li nibqa' marbut mal-Kazin. Dak id-delizzju tieghi u lil mara qatt ma cahhadtha minn xejn ...imma l-impenn lejn il-Kazin ma jmissuli hadd. Albin, x'inhu l-appell tieghek ghal min ghandu l-festa ghal qalbu? Jiena nixtieq nghid li fil-festa kulhadd hu importanti.
Mhux kull min jithammeg biss jahdem. Ix-xoghol ta' kulhadd hu importanti
sew jekk hu kaxxier sew jekk segretarju kif ukoll min jaghmel xoghol manwali.
Jien nghidilhom biex hadd ma jaghmel xejn biex jidher; kulhadd ghandu
jahdem bhala tim. L-ghajnuna ghandna tigi minn kulhadd. Jien nara qalb
kbira fil-Parrocca, qalb enormi, il-qalb li nara hija kbira wisq. Lilna
jghidulna tal-qalba u veru ghax hawn qalb kbira. Iz-zghazagh ta’
llum sabu l-lest imma hafna kienu dawk li hadmu biex ghandna dak li ghandna
llum. |
| Intervista mehuda mill-fuljett li l-Ghaqda tal-Armar San Sebastjan harget ghall-Festa tas-sena 2000. Intervista minn Joseph Busuttil u Marlon Barbara lil Albino Formosa |
![]() |