Spiss nisimghu lill-anzjani jghidu: "E. Dari ma konniex hekk ahna. Dak iz-zmien..." u erhilhom jintilfu f’memorji u n-nostalgija ta' tfulithom u zghozithom li lkunu hergin mill-qalb, hekk li spiss tara xi demgha tqattar ghajnejn min ikun qed jirrakkonta. Din il-benna spiss doqtha minghand ommi Marjanna, tant li wliedi wkoll saru jiggennu malli n-nanna tibda jssemmilna kif kienet il-hajja fi tfulitha f Hal Qormi ta' mghoddi.

Billi ommi u huha, Fredu dejjem kienu qishom id-di u d-do ma' xulxin, ghal dis-sena nitlobkom tippermettuli nirrakkontalkom xi aspetti mill-hajja f’Hal Qormi ta' madwar 60 sena ilu, kif ghexuha huma u kif baqghu jiftakruha. Zgur li hafna se jaraw qbil ma' taghhom. Mela, tlaqna nfittxu n-nostalgija!

Nibda biex nghid li ommi u z-ziju Fredu huma tnejn mis-sittax-il wild li kienu twieldu lin-nanniet Pawla (mwielda Chircop, minn taz-Zinzla) u lil Pawlu Duca, minn tat-Twil. Hafna minnhom mietu trabi. In-nanniet issa ilhom li hallewna wkoll. u minn dawk is-sittax-il tifel u tifla fadal biss sitta. It-trobbija taghhom jafuha fil-kerrejju ta' Pintu u hinhom jilaghbu qattghuh jew fuq l-ghatba jew fil-bitha tal-kerrejja jew inkella fiz.-zanqra. Hajjithom kienet iddur l-aktar madwar il-pjazza ta' San Frangisk.

Qatt ma kienu familja sta bene u billi l-hajja f Malta ta' dak iz-zmien ma kinitx tippermetti lussu. f’hajjithom ma setghux ikollhom certi affarijiet li ahna llum nistennewhom u nippretenduhom. Minkejja dan. il-memorji taghhom inhoss li huma tezor li ma nistax inhallihom jintesew. jekk xejn halli wliedna llum ikunu jafu kif kienet il-hajja f'Hal Qormi ta’ l-imghoddi u jidraw japprezzaw aktar u jifirhu b'dak li Alla jkun ghogbu jipprovdilhom.

Sibthom f’mumenti kwieti u ghamiltilhom ghadd ta' mistoqsijiet biex jaghtuna aktar dawl dwar il-hajja fi tfulithom. Hallejt it-twegibiet taghhom f forma ta' intervista, u biex l-affarijiet johorgu aktar cari, poggejt it-twegibiet taghhom wara l-istess mistoqsija, kull meta tawni zewg twegibiet.

Dan li gej huwa t-taghrif li gbart minghandhom. Hallejtu kollu kif intqal.

Eric Kontu sittax ahwa. Tafu tghiduli biex kienu mietu hutkom l-ohra?

Marjanna Il-bicca l-kbira mietu bid-disenterija qabel m'ghalqu s-sena. Kienu jmutu hafna biha dak iz-zmien. Ma kontx tista' torbot qalbek maghhom it-trabi. Nismaghhom jghidu li s'erbghin jum il-qabar kien jibqa’ miftuh, imma nahseb li kien idum wisq izjed minn hekk. Ara kemm mitulha 'l ommi; sitta biss bqajna.

Eric X'tip ta' gugarelli kien ikollkom dak iz-zmien?

Fredu Heqq. Gugarelli jien ma kelli xejn. Kont naghmcl xi karettun bir-roti. L-ewwel naqta' r-roti mill-irkiekel tal-hajt. Dawk kienu ta' l-injam qabel. Kont naqtghalhom it-trufu kont naghmilhom roti, wahda minn hemm u wahda minn hawn; bicctejn injamiet u naghmel naqra ta’ karettun. Kont insib xi bicca njama naqra kbira u kont taparsi naghmilha z-ziemel tieghu. u noqghod nilghab hekk; nigbdu bl-ispaga. Konna nilaghbu fit-triq quddiem il-kerrejja u fiz-zanqra. Il-bicca l-kbira fiz-zanqra kont inhobb nilghab jien, hemm fuq.

Marjanna Ahna l-aktar li konna nilaghbu kien bil-gebel u biz-zibeg. Ma tantx kien ikollna gugarelli ghalkemm jiena kelli pupu. Kienet gabithuli bil-bottijict tal-halib ommi, minn Santa Venera.

Eric Mela kellkom xi forma ta' bdil?

Marjanna Iva, iva. Heqq. Bil-karti tal-bottijiet tal-halib maghqud jew x'kien. Konna nsarrfuhom ma' xi haga. Kelli pupu sabih! Imma dak iz-zmien ma kinux jixtrulna gugarelli ta!

Eric Kellkom hbieb fiz-zanqra?

Fredu Kien hemm hbieb. Kien hemm Zeppi ta’ l-Imnurjuwa. Vivi l-kugin tieghi (Vitor). u hekk,... . u ommok.

Marjanna Ma' dak li miet, Patri Gwann konna nilaghbu wkoll, Alla jaghtih il-genna. Kienu joqoghdu hemmhekk dawk. Min jaf kemm lghabna flimkien. Niftakru sewwa. Ta’ Bormla jghidulhom. Kienu tliet subien zgur u bniet xi erbgha ghandu jkun kienu. Kien minn taghna jahasra.

Eric Kien hemm xi hadd li kien jaghmel il-gugarelli ghall-bejgh f'Hal Qormi?

Fredu Ma nafx ta. Ma niftakarx.

Eric Tiftakru xi loghob iehor?

Fredu Dejjem nigru wara xulxin u nilaghbu noli. Bniet u subien f'daqqa konna nkunu. Konna naghmlu l-passju fiz-zanqra. Il-bicca l-kbira l-bniet kienu jilaghbu biz-zibeg u ahna s-subien bil-bocci. Erba' bocci, konna naghmluhom mal-hajt u min jolqot jiehu. Konna nilaghbu ballun ukoll; bil-ballun tac-carruta.

Marjanna Kien hemm dawk li konna nghidulhom fjuri. niftakar. Dal-fjuri kienu jkunu karti zghar bl-istampi. Konna nilaghbu wicc jew gejjen ghalihom. Konna anke nilaghbu Dawra Durella u Bumm. Bumm. il-Bieb. Addio hazen u addio kollox. F'daqqa konna nilaghbu; bniet u subien. Kien jehodna dak, hawn, Nenu tan-Nemla. Darba hadna l-Handaq fejn kienu s-suldati. u tinzel, hemm xi tarag tinzel 'l isfel. Kemm kien jehodna. Konna ninzlu naraw lill-Inglizi. Kienu jaghtuna xi haga; xi sandwich. Kien ikun hemm hafna Inglizi dak iz-zmien. Jekk kienu jigu xi Inglizi lejn il-pjazza u t-tfal li kien hemm konna nkunu fuq il-bankina nilaghbu, malli jersqu hdejna konna nghidulhom "Give me penny, please!” U kienu jaghtuna veru. Kienu jwaddbulna.

Eric Kien ikun hemm hafna bniet jilaghbu bil-pupi?

Fredu Issib min kien ikollu xi pupa. Imma difficli biex taralha xi pupa f’idejha ta’! Tkun jew qalghetha jew...

Eric Xi settijiet ta’ 1-ghamara ta' l-injam kien ikollhom il-bniet?

Fredu Kien ikollhom. Nghidu ahna l-festa ta’ Sant'Anna: kienet tigi l-ahhat ta’ Lulju dik. Kien ikun hemm Sant’Anna, kien ikun hemm l-imwejjed u jarmaw bl-affarijiet fil-pjazza qabel tidhol Santa Venera . Jien mhux l-ewwel darba tlajt ma’ missieri u kien jixtrili xi statwa. Darba xtrali San Pawl u kif wasalna fuq l-arkata zelaqli minn idejja u nkisirli. ‘Qas ilhaqt wasalt id-dar. Qalli: “Is-Santa Marija Madonna, mank wassaltu d-dar!” Tant qed nifrah bih, jahasra, li ahna u telghin l-arkata zelaqli minn idejja u nkisirli.

Marjanna Niftakar, iva. Missieri gieli kien jixtrili xi bicca ghamara zghira biex nilghab biha. Mill-festa ta' Sanf Anna kien jixtrihomli. Ma kinux xi specjalita ta, imma dak iz- zmien ahna konna nifirhu bix-xejn ghax konna neqsin

Eric Duttrina kontu tmorru?

Marjanna L-ewwel kellna l-Muzew u wara l-precett wara u l-grizma kellna l-Azzjoni Kattolika.

Eric Fejn kien il-Muzew taghkom?

Marjanna Fejn il-Madonna ta’ Lourdes. M'hemmx dik id-dar l-antika ta' l-ispizjar Gatt? Taht: gol-kantina taghha konna morru Muzew ahna. Fil-genb tad-dar hemm tarag li jinzel taht it-triq ghall-kantina: hdejn il-forn li hemm fil-kantuniera. Hemm bieb zghir. Konna nidhlu minnu u nigu taht dik id-dar kbira. Dak kien il-Muzew taghna.

Eric U l-Azzjoni Kattolika?

Marjanna Dik kienet fejn il-knisja l-kbira: fejn is-Sur Federik. Fil-kantuniera kienet fejn issa hemm hanut tax-xorb u faccata tiegh hemm sqaq. Hemmhekk kont inmur jiena..

Eric Kemm kien ikollkom meta tibdew tmorru l-Azzjoni Kattolika?

Marjanna Meta nkunu kbar. hux? Ta’ xi 12-il sena 'l fuq, nahseb.

Eric Tiftakar lil xi hadd li kien jaghllimkom?

Marjanna Niftakar imma ma nafx x’jisimha. Tal-Muzew kienu jghallmuna wkoll.

Eric Mhux qassisin?

Marjanna Tal-Muzew u minn l-Azzjoni Kattolika: tfajliet. Kien hemm it-tfajliet ta’ l-Azzjoni.

Eric Kif kienu jghallmukom. Jiddiskutu maghkom jew bl-istampi?

Marjanna Le, le. Talb. Hekk. Jistaqsuna "X'inhi l-Quddiesa?”, u hekk.

Eric Ta’ bl-amment?

Marjanna Hekk.

Fredu Ahna kellna d-dutrina wkoll ezempju jiena biex ghamilt i1-precett kont immure id-dutrina l-knisja darbtejn f’gimgha, f1-4.00p.m. Kien jaghmlilna d-dutrina Dun Fred; qassis xih. kien jghallimna d-dutrina hu. Dun Fred Mizzi minghalija. Hu kien ghallimni, u l-precett kont ghamiltu ta' xi tmien snin jiena, wara 1-gwerra. Kif spiccat il-gwerra ghamiltu jiena.

Eric Nassumi li minhabba l-gwerra ma kinux jaghmlu mhux hekk?

Fredu Dazgur ma tantx kienu jaghmlu. Anqas grizma. Ghall-grizma darba kull erba' snin kien jigi l-Isqof; mhux bhal daz-zmien,kull sena. Kien idum. U zgur, il-grizma wkoll kont ghamiltha kbir jien.

Eric X'memorja ghandkom tal-precett taghkom?

Fredu Qas idea: xejn.

Eric Qas ritratti ma kellkom?

Fredu Le. Ahna ma kellniex ritratti. Sa fejn naf jien hadd minna m'ghandu ritratt.

Marjanna Jien kien hadli missieri imma ma nafx x’sar minnu. Ma deherx izjed.

Fredu Ahna beda jkollna xi ritratt 'l hemm u 'l hawn malli tgharrset Zeppa, ohti l-kbira ghax billi l-gharus taghha kien bin l-Inglizi u kien jahdem man-Navy, seta' u kellu l-kaxxa tar-ritratti u kultant kien johdilna

Eric X'ilbies kellkom ghall-precett?

Fredu Niftakar kelli xi glekk iswed mhux tibdila bajda. Kien bil-faxxa bajda insomma, u bid-domna. Dak biss! Ghamilnieh fil-parrocca. Kien jaghmilulna l-kappillan. Qed nghidlek, konna mmorru d-dutrina ghand Dun Fred, fl-4 ta' wara nofsinhar. Kien jghallimna gol-Knisja fejn (1-artal) tal-Gandlora. Kien jghallimna s-Sliema u l-Qaddisa, il-katekizmu, u hekk. Imbaghad kien jaghmlilna ezami. Per ezempju, kien jghidlek biex tghidlu 1-Kredu u 1-Att ta' 1-Indiema u x'naf jien. Jekk iggibhom tajbin tkun ghaddejt mill-ezami u daqshekk.

Marjanna Niftakar li l-libsa kienet silfithieli Mananni ta' Wiga u li kelli l-gattone dak inhar. Anke fir-ritratt kont gejt nidher bil-gattone. Fil-knisja l-kbira konna naghmluh u konna nkunu gozz subien u bniet.

Eric U l-Grizma?

Fredu Ghall-Grizma ma nafx li ghamilt ezami jiena. Kien kitibni u qalli: "Issa mbaghad naghmlu l-Grizma." Imbaghad kien gie l-Isqof; 1-Isqof Galea kien ghamilhieli. Ghandu jkun kelli xi 10 snin. Konna nkunu tfal tafx! Ta’ 8 snin ghamilt il-Precett u t’10 l-Grizma. Ghandu jkun bl-istess glekk u ma kellix dik il-faxxa. insomma.

Marjanna Jien m'ghamilthiex ghax meta kont zghira darba kont qieghda mmut u kienu ghamluli tal-morda ghax kont qed immut. allura m'ghamluhilix meta kbirt. Issa, ha nghidlek din. Darb’ohra meta kont ghadni tifla ckejkna kont waqajt u ksirt saqajja t-tnejn. Missieri kien ghamel weghda li jekk jghaddili kollox jaghti par saqajn tal-fidda lill-Madonna tas-Sahha tar-Rabat. Fil-fatt hekk kien gara u s-saqajn ghadhom hemm sallum. Kienu jaghmlu hafna weghdi hekk qabel.

Eric Issa ha nduru fuq il-festi f’dak iz-zmien. X'tiftakru dwar il-festi ta’ Corpus u tal-Qalb ta' Gesu?

Marjanna F'Corpus kienu jzejnu t-toroq bil-bandieri u anke bil-pavaljuni u l-parangli. L-aktar li kienu jzejnu imma kien ghall-festa tal-Qalb ta' Gesu.

Fredu F’ta' Corpus u tal-Qalb ta’ Gesu kienu jaghmlu festi kbar ta! Kienu jarmaw il-pavaljuni, kwazi t-triq kollha mnejn jghaddi s-sagrament; mnejn tghaddi lpurcissjoni. Kienu jaghmlu t-tapiti fit-triq. Kull triq kellha t-tapiti taghha. Kienu johorguhom u jaghmluhom.

Eric Kienu jaghmluhom in-nies?

Fredu Kienu jigbru ghalihom, jaghmluhom in-nies u kienu jarmawhom f Corpus u fil-Qalb ta' Gesu. Per ezempju ahna kellna tnejn. Konna naghmluhom kwazi fil-pjazza ta' San Frangisk kollha. Kienu jibdew minn warajna ghall-pjazza ta' San Frangisk.

Marjanna Fuq it-twapet tghidx x'kienu jitfghu tal-fjuri fl-art; qronfol, buqari, gizi...

Fredu Barra li fil-pjazza ta' San Frangisk kien hemm il-parangli tal-Qalb ta' Gesu. Konna narmawhom fil-Qalb ta' Gesu biss dawk. Niftakar, l-armar konna nerfghuh fir-raff li kien hemm fil-kerrejja.

Eric Iva?

Fredu U zgur! U kien jieqaf u jaghti benedizzjoni minn fuq San Frangisk. Kienu jarmaw it-tribuna fuq iz-zuntier ta' San Frangisk u waqt il-purcissjoni kienu jingabru n-nies jitolbu u l-qassis kien jipprietka minn hemm fuq ukoll. Kienet tkun armata bit-tapit, bil-bandalori u bandieri.

Eric Jigifieri f’Corpus ma kinux jarmawha din?

Fredu Le. F’Corpus ma kinux jarmawha. F'Corpus is-Sagrament kienu jidhlu l-Vitorja bih. Kienu jieqfu naqra l-Vitorja f'Corpus waqt li kienet tkun ghaddejja l-purcissjoni.

Eric Jigifieri kienet tghaddi minn fejn qed jghaddi San Gorg bhalissa?

Fredu Il-purcissjonijiet tal-Qalb ta' Gesu u ta' Corpus kienu jghaddu mill-istess triq ta' San Gorg u tal-Gimgha l-Kbira.

Eric Kif inhi bhalissa?

Fredu Kif inhi bhalissa? Qabel ma kienx hemm Triq Anici. Kien jimxi bicca minn Strada Santa Catarina. Minn Strada Santa Catarina kien jitla' ghal Triq Pintu. Kien idur id-dawra fejn hemm il-kazin tal-banda Anici u mbaghad kien jerga' jinzel minn Strada Santa Catarina u jilwi ghal Triq San Pietru fejn il-kappella ta' Santu Pietru. Jigifieri dik il-bicca kien jitlaghha u jinzilha darbtejn, imbaghad jghaddi minn hdejn il-Madonna tar-Ruzarju ghal Strada Rjali. Dak kien qabel il-'55 ghax fil-'55 kien hemm il-kwistjoni ta' Triq Anici u ma kinitx saret purcissjoni. Imbaghad fil-'56 meta nfethet Triq Anici biddlu l-purcissjoni. Mela Fil-'55 ma konniex ghamilna festa, la tal-Gimgha l-Kbira u lanqas ta' San Gorg minhabba l-kwistjoni tal-limiti ta' Triq Anici. Kienu 1-bicca l-kbira n-nies johorgu 1-qsari fuq il-bankini biex izejnu, kemm f’tal-Qalb ta' Gesu u kemm f' ta' Corpus. Kienu jferrxu l-ward fit-toroq u allavolja kien ikun hemm it-twapet kienu jwaddbu l-ward xorta fil-purcissjonijiet; fit-tnejn, sa fejn niftakar.

Eric Kien ikun hemm xi triq li kienet tispikka bit-tizjin li kien ikun fiha?

Fredu Ma tantx. Anke Strada Rjali, nghidu ahna minn hdejn il-Knisja sa hdejn il-kazin jew sa hdejna. Hekk sa hdejn is-Sinjura Nin. kellna pavaljuni sbieh ghall-Qalb ta' Gesu. Kienu apposta ghall-Qalb ta' Gesu, impittrin bil-Qalb ta' Gesu fuqhom. Kienu jaghmlu pavaljuni. Anke hdejn il-Vitorja, niftakar, kien hemm pavaljuni ghall-Qalb ta' Gesu. Ghall-Qalb ta' Gesu kienu jaghmlu festa kbira... festa kbira! Dik li niftakar.

Eric Il-purcissjonijiet li kienu jaghmlu kienu jsiru f'jum wiehed jew kienu jtulu ghal aktar zmien?

Fredu F'Ta Corpus kienu jaghmlu purcissjoni filghodu...

Marjanna Ghal xil-10.00a.m.,ghandu jkun. U jkolli nghid kienu jaghmlu xi tmint ijiem kuljum bil-purcissjonijiet.

Fredu Mela. Issa dil-purcissjoni (Ta' Corpus) kienet tmur mill-Knisja sa tal-Lunzjata, iddur dawra ma' San Frangisk u terga' lura l-Knisja, u filghaxija jaghmlu purcissjoni kbira ta' Corpus; tnejn f'jum wiehed. Imbaghad, matul il-gimgha, filghaxijiet kienu jaghmlu purcissjoni zghira. L-istess, iddur ma' San Frangisk u terga' tidhol il-Knisja bis-Sagrament; kuljum dik il-gimgha minn Corpus sal-Qalb ta' Gesu. Imbaghad dik kienet inqatghet, mis-'62 'l hawn, anzi nahseb, mis-'64. Hekk mill-koncilju '1 hawn, dik ta' kuljum kienet inqatghet.

Eric X'tiftakru dwar il-Milied?

Marjanna L-aktar, il-quddiesa ta' nofs il-lejl bil-priedka tat-tifel. Gieli mort jiena.

Fredu Niftakar il-purcissjoni tal-Muzew bil-Bambin. Dik ilha ssir minn zmieni. Kienu johorgu lejlietu mar-rahal xi s-6.00p.m. jduru u jkantaw. Imbaghad kienet issir il-quddiesa bil-prietka tat-tifel. Kienu jtellghuh fuq il-pulptu, ghax dak iz-zmien il-priedki kollha fuq il-pulptu kienu jsiru. Fuq l-ambone kien jinqara 1-Vangelu biss. Kien jitla' qassis mieghu, kien joqghod naqra '1 isfel minnu li majmurx jiehu zball. Jekk ikun sa jitfixkel jghinu, wara li jkun ghallimhielu hu. It-tifel kien ikun ta’ xi 6 snin ta.

Eric Qatt ghamiltha inti ?

Fredu Le! L-ewwel nett jien ma kontx abbati. Generalment abbatini kienu jaghmluha.

Eric Kellkom xi uzanzi ghall-Milied?

Fredu Ommi gieli kienet taghmlilna naqra qastan ta' 1-imbuljuta. Dak tajjeb! Kienet tixtrilna xi zewg kaghkiet ta' l-ghasel minn x'imkien. Hi ma kinitx taghmel.

Marjanna Kokkodina konna naghmlu l-izjed. Kokkodina fil-mishun. Kienet tinzillek ghasel tkun ghadek gej mill-quddiesa ta' bil-lejl f'dak il-ksieh u s-sirda.

Eric Rigali kien ikollkom?

Marjanna Rigali? Ahna qatt ma qlajna rigali. Qatt ma konna sinjuri. Ma konniex nistghu?

Fredu Li niftakar naqilghu xi haga kien fl-istrina. Fl-istrina kienu jaghtuna xi haga. Jew tal-familja, jew m'ghand min kont tmur tixtri, taghtina xi xelin fl-istrina; ghax 1-istrina.

Marjanna Iva. Gieli kien jarana xi hadd u jaghtina xi xelin.

Eric Xi hadd minn ta' gewwa?

Marjanna Anke gieli forsi xi hadd jaf lil ommi jew 'il missieri, jaghtina xelin. Fl-istrina konna naqilghu xi haga.

Eric Il-festa ta’ San Martin kif kienet?

Marjanna Jaghmlu l-borza kienu.

Eric Kien ikun hemm xi purcissjoni?

Marjanna Le, le. Missieri kien igibilna affarijiet; banju mimli gellewz, lewz, tin, u affarijiet. Kien jixtrilna hafna affarijiet u kienet taghmlilna l-borza ta' San Martin.

Fredu Kienet taghmlilna 1-borza. Ftit gellewz u ftit lewz forsi bi hbejza tas-sugu, rummiena u laringa.

Eric X'tin kien ikollkom?

Fredu Xi pakkett tin kultant. Mhux ta' kull sena ta’ Xi kultant kienu jixtrulna pakkett tin. Kien ikun zghir, daqshekk (waqt li b'idejh wera t-tul ta' xi tliet pulzieri.)

Eric U l-karnival bhal tal-lum kien?

Marjanna Ghandu jkun gieli kienu jigu jizfnu fil-pjazza; dik, x'jghidulha? U l-parata. Mhux certa imma.

Fredu Ma niftakarx li t’hawn ir-rahal kienu jaghmlu xi karnival. T'hemm isfel kienu jdahhlu xi karru ghall-kompetizzjoni. Niftakar li kienu jigu xi maskarati bil-karozzin u kienu jinzlu jixorbu fil-pjazza ta' San Frangisk ghand Karmni n-Nemla. Kienu jigu xi erbgha bil-kitarri jghannu u x'hin jitilqu kien ikollhom il-perlini u jwaddbuhomlna fil-pjazza u ahna nigru wara l-perlini. Konna nigru warajhom u nghidulhom: "Maskarata tin' perlina ghax warajk ghandek xadina!" Dak li niftakar.

Marjanna Konna noqoghdu fuq il-bankina ahna u kont tara 1-maskarati ghaddejjin fuq il-karozzin. Meta konna noqoghdu nghajtu "Maskarata tin' perlina ghax warajk ghandek xadina!" kienu jwaddbulna l-perlini; veru

Eric L-irgiel biss kienu jilbsu?

Fredu Iva, l-irgiel. Imma gieli kienu jgibu xi mara maghhom; tkun ghannejja. Kienu jghannu fil-hwienet tax-xorb. Hemmhekk kien hemm xi seba' hwienet tax-xorb.

Marjanna Hafna rgiel libsin ta' nisa kien ikun hemm. Kienu jiehdu gost jilbsu ta' nisa.

Eric In-nisa kienu jilbsu?

Marjanna Le. Ma niftakarx li kienu jilbsu. U l-irgiel, irgiel kbar kienu jkunu ta, mhux guvintur!

Eric Kontu taghmlu xi ikel tipiku tal-karnival bhall-prinjolata?

Fredu Leee! Dik anqas kienet tezisti ghalina.

Eric Nigu ghall-Gimgha l-Kbira. X'differenzi tara minn ta' dari ghal tal-lum?

Marjanna Heqq. Il-funzjonijiet tal-Gimgha 1-Kbira kienu l-istess bhal tal-lum, imma llum kollox kiber. Qabel l-affarijiet kienu aktar ta' gabra. Il-purcissjoni niftakarha minn dejjem, anke 1-funzjoni tat-3.00p.m. II-Hamis kienu jibdew il-visti tas-seba' knejjes ghal xi l-10.00a.m. Niftakar kienu johorgu anke bis-slaleb mill-knisja. Fl-10 ta' filghodu kienu jmorru jduru 1-knejjes kollha. Kienu jitilghu tal-Vitorja, l-Abatija u ta' San Bastjan. Kienu jnehhu s-salib u l-kurcifiss u mbaghad tohrog il-purcissjoni. Biss, kienet aktar serja minn tal-lum. Saret itwal hafna wkoll. Zidulha hafna issa.

Fredu Il-Gimgha l-Kbira mtliet. Imtliet b'kollox. Imtliet bil-vari u bin-nies. Qabel ma kellniex dawk il-vari li hawn illum. Ahna vari tmienja kellna dak iz-zmien. Issa hawn ghaxra zgur. Suldati kien hawn ukoll, imma mhux daqs illum. Persunaggi, per ezempju, nghidu ahna ma kienx hawn Melkisedek. Dak fi zmien Dun Gilard. Fi zmien Dun Gilard il-Gimgha l-Kbira hadet zvolta kbira. Zdiedu sewwa. Il-Gimgha l-Kbira kibret.

Eric Il-purcissjoni mill-istess toroq t'issa kienet tghaddi?

Marjanna Kwazi, minbarra minn Triq Anici billi kienet ghadha mhix miftuha. Il-bqija minn fejn kienet titla' kienet terga' tinzel.

Eric Is-sawm kif kontu taghmluh dak iz-zmien?

Fredu Is-sawm l-Erbgha u l-Gimgha biss. Kien hemm min kien isum ir-Randan kollu imma bhala obbligu kellna l-Erbgha u l-Gimgha. Is-sawm kien jibda minn Ras ir-Randan sa Sibt il-Ghid f'nofsinhar. Sas-Sibt f'nofsinhar bis-sawm ghax qabel il-Glorja kienet iddoqq is-Sibt filghodu. Kien hemm dawk li kienu jghidulhom kwattrutempri. Gieli kienu jaghmlu tlett ijiem sawm; l-Erbgha, l-Gimgha u s-Sibt meta kienu jkunu kwattrutempri.

Eric Allura meta tghidu sawm, anke t-tfal kienu jsumu l-istess bhall-kbar?

Marjanna Le, iz-zghar ma kinux obbligati, imma ommi kienet iddarrina biex meta nikbru ma nhossuhiex bi tqila. Hekk kienet tghidilna u konna nobdu bla tlaqliq.

Fredu E mela, bhalhom konna nharsuh! Ommi ma kinitx issajjar laham u ma konniex niehdu hobz nghidu ahna fid-disgha jew fit-tmienja. Nieklu f'nofsinhar; naqra hobz jew xi haga, xi minestra u daqshekk. Imbaghad nergghu nieklu filghaxija u daqshekk. U m'hemmx laring u m'hemmx tuffieh; m'hemm xejn. Waqt is-sawm xejn. Kafe konna niehdu naqra filghodu kif inqumu u f xi tlieta u daqshekk. Anqas konna nfittxuh hin iehor. Ma konna niehdu xejn mieghu anqas.

Eric Kontu ticcahhdu mil-hlewwiet?

Fredu Ha nghidlek, kellna wkoll. Naqra helu konna nixtru. Helu kont issib tixtri imma meta kien ikun zmien ir-Randan ahna ma konniex nixtru. Ahna ma tantx kien ikollna flus imma anke jekk stess kien ikollna flus xorta ma konniex nixtru. Randan Randan kien ghalina. Karamelli tal-Harrub kien hemm zgur. Kulhadd jixtri minnhom.

Marjanna Fil-Gimgha l-Kbira karamelli tal-Harrub biss kont issib. Kienu jigu bil-bixkilla tal- qasab.

Eric L-Ghid kif kien ikun?

Marjanna L-Irxoxt kienu johorguh is-Sibt mhux il-Hadd.

Fredu Heqq. L-Ghid semmejtlek. Is-Sibt filghodu kienet iddoqq il-Glorja. Kienet tkun xi l-10.30a.m. Kienu johorgu bl-Irxoxt u jmorru bih sa hdejn 1-Abatija. bil-mixi, u jidhlu bih bil-mixi u mhux purcissjoni.

Eric Anqas fratellanzi ma kien ikun hemm?

Fredu Le, mhux hekk biss, imma nies pajzana kienu jgorruh. Kienu johorguh. imorru sa hdejn l-Abatija, iduru lura u kienu jieqfu bih fejn Fredu taz-zebgha. Kif iddoqq il-Glorja l-girja jaghtuhielu minn hemm kienu. Iva, kienu jaghtuh girja ta’ 1-angli ghax hemm kedda mnejn Fredu taz-zebgha. Imbaghad kienet tohrog il-purcissjoni l-Hadd filghodu,bil-fratelli, fis-6.45a.m. u kienet tidhol f’xi l-10.00a.m. Fl-10.00 a.m. kien jaghmel il-quddiesa ta’ l-Ghid.

Eric Filghaxija ma kien isir xejn?

Fredu Le, xejn.

Eric Figolli kien ikollkom?

Marjanna Ahna ma konniex naghmlu imma missieri gieli kien jilghabilna ghal xi wahda bic-cippitatu. Kien ikun hawn ragel b'tilar bil-figolli; kont thallsu, taghzel numru u ddawwar. Jekk ic-cippitatu kien jieqaf fuq in-numru li ghazilt kont tiehu l-figolla.

Fredu Figolli? Kien jigi wiehed minn barra r-rahal. Mill-Hamrun jew mill-Marsa. X'kienu jghidulu? Kont ittih xelin u ddawwar bic-cippitatu forsi tirbah wahda. Missieri gieli kien jilghab forsi jirbhilna wahda. Kultant kien jirnexxilu u ahna ferhanin ghax rebah figolla ghax kien imissna bicca meta naqsmuha.

Eric Il-forom taghhom kif kienu?

Marjanna Hut, hrief, sireni u kien ikun hemm figura ta' pupa bl-istampa ta' wicc ta' mara. L-izjed li kienu jaghmlu 1-haruf; il-harufa. Kien ikun hemm anke bil-fjuri.

Eric Kien ikollkom xi ikla specjali ghal nhar il-Ghid?

Fredu Ommi gieli kienet taqli xi fenek li kienet izzomm ghal dakinhar.

Marjanna Gieli kien ikollna xi haruf il-forn u konna nsajruh fil-forn ta' Speditu tal-Muccu. Tant kien isajjar tajjeb Speditu; Alla jaghtih is-sahha.

Eric X'kienet tfisser l-Imnarja ghalikom?

Fredu Xejn specjali. L-Imnarja, niftakar jien,fl-4.00p.m. konna nitilghu l-Imriehel bil-mixi. Missieri kien itellaghna, u konna noqoghdu bilqieghda hemmhekk biex naraw in-nies nezlin bil-karettuni u bil-paljijiet li kienu jirbhu l-Buskett: "Ara dak ha palju! Ara anke l-iehor!" Konna noqoghdu bilqieghda fuq l-arkati ta' l-akkwadott. Dik kienet l-Imnarja ghalija. Stenna, missieri gieli hadna t-tigrijiet ta' taht ir-Rabat, qed niftakar issa. Dawk li kienu jaghmlu ghall-habta ta' xi 1-4.00p.m. Kien hemm tal-hmir u taz-zwiemel.

Marjanna Darba mort anke l-wirja tal-Buskett ma' Fredu taghna. Nahseb kelli xi 16 -il sena dik il-habta.

Eric Issa nigu ghall-festa ta' San Gorg; il-mimmi t'ghajnejna. Kienet aktar differenti minn tal-lum? L-aspett liturgiku kien jispikka aktar?

Marjanna Kienet hafna aktar religjuza minn tal-lum. Iva.

Fredu Iva kienet wisq izjed religjuza. Illum mixhutin aktar fuq il-kummercjalizmu u l-fanatizmu. Irrid nghid li fil-knisja ma kienx ikun hemm dak il-briju, l-ghajat, ic-capcip u 1-kummiedji li hemm illum. Illum jinsew li jkun hemm is-sagrament fil-knisja; ghax dahal San Gorg dahal kulhadd. Hemm inkidd qalbi qieghed jien kull darba. Kummiedji, jitilghu bilwieqfa fuq il-bankijiet, u capcip u daharhom lejn is-sagrament. Darba minnhom anke ggelidt ma' wiehed bilqieghda fuq il-kancell tal-presbiterju, hekk, u jhares 'l hemm. Ghedtlu "Hi, hemmhekk hemm is-Sagrament!" Qalli, "Allura." Ghedtlu: "Inzel minn hemm!" Qalli: "Ninzel minn hemm?" Ghedtlu: "Iva, inzel minn hemm ghax hemm hemm is-Sagrament." Ma nistax ghalihom dal-kummiedji. Trid thobbu lil San Gorg? Hobbu. Trid iccapcaplu? Capcaplu. Capcaplu barra kemm tiflah. Kemm tiflah capcaplu. imma mhux gol-knisja. Addio antifona u addio kollox. Illum mhux bhal dari, ma tistax tismaghha 1-antifona. Dal-kummiedji ghalfejn? Insomma l-purcissjoni kienet wisq aktar serja minn tal-lum. Kienet aktar ta’ gabra. Dak iz-zmien konna ngawdu kollox ahjar: il-banda u n-nar. Kien aktar moderat in-nar ukoll. Ma kienx hemm esagerazzjonijiet f’xejn. Dak li kien hemm. Glied u pika fejn l-abatija imhabba minhabba t'hemm isfel. Dik zgur kien hemm dak iz-zmien. Darba ghandu jkun kienu anke ssuttawna b'xi tigieg.

Eric Jigifieri l-pika ilha minn dak iz-zmien?

Fredu Minn dejjem kienet. Dik bdiet fl-1936.

Marjanna Pika? Kienu anke dahlu l-qorti fuq l-armar meta kienu nfirdu l-parrocci. Li kien gara hu li meta San Bastjan saret parrocca, il-Bastjanizi riedu li l-armar tal-festa ta' San Gorg li kien jintrama hemm isfel isir taghhom. Bi dritt kien taghna, ta' San Gorg. U meta ghamlu l-kawza konna rbahnieha ahna. Is-sabiha hi li lilna jghajruna hallelin fuq dil-bicca.

Eric Imma bhala funzjoni religjuza 1-purcissjoni kif kienet?

Fredu Kien ikun hemm fratelli izjed; u minn tar-rahal. Wara bdew jaqtghu u jaqtghu u spiccaw li biex jerfghu l-istandard, l-antenni u l-Kurcifiss, qed ihallsu issa u jgibu l-barranin. Issa jhallsu, inkella ma johrogx 1-istandard ghax hadd ma jmur johorgu. Mela!

Eric X'celebrazzjonijiet kienu jispikkaw.

Marjanna Nar kellna, mhux daqs illum, imma minn dejjem kellna nar mill-aqwa. Kien ikun hemm sabih meta kienu jtellghu lil San Gorg fuq iz-ziemel fi Pjazza San Frangisk. Dak il-Hamis kienu jtellghuh. Dejjem il-Hamis. Jekk mhux sejra zball, meta kelli xi seba' snin darba l-festa ta' San Gorg ghamluha fil-knisja, xi haga. Wara kienu hargu l-vara bir-ruzarju. Kienet qisha purcissjoni tad-Duluri bil-kwiet li kien hemm, imma x'hin wasalna fejn San Frangisk xi hadd beda jghajjat "Viva San Gorg! Viva San Gorg!” u f kemm trodd salib, qam briju shih. Addio Ruzarju ghax il-briju baqa' sakemm l-istatwa regghet dahlet il-knisja.

Eric Marc filghodu kien ikun hemm?

Fredu Iva. Kien ikun hemm marc, mela! Konna narmaw kartelluni u naghmlu fil-marc ta' filghodu, imma ma konniex noqoghdu ninzghu bhal tal-lum jew inkella nwaddbu l-birra. Baned idoqqu fit-toroq kellna bil-gzuz u anke nar mill-isbah kien hemm ukoll.

Eric Kontu zzanznu xi libsa gdida ghal San Gorg?

Marjanna Kulhadd kien jipprova jzanzan ghal San Gorg u anke ghall-Gimgha l-Kbira.

Fredu Kienu. Kienu anke, per ezempju jghidu: "Issa nixtrilek zarbun gdid ghax li ghandek spiccalek u tqattaghlek. Issa nixtrilek u mbaghad izzanznu f San Gorg." Hekk iva. Il-bqija ma konniex nistghu naghmlu hekk spiss. Meta kbirt u sirt guvni,hemmhekk iva. Jekk kont inkun se nzanzan xi haga kont inhalliha ghal San Gorg.

Eric Id-djar kontu zzejnuhom?

Marjanna Id-djar kulhadd jiftah il-bibien fuq l-antiporta min kellu ghax kulhadd kien izejjen ghal San Gorg. Kull min kellu kien izejjen u jizzejjen.

Eric Kien hemm xi haga ohra differenti li m'ghadhiex issir ilium?

Fredu Is-Sibt filghodu, ghadni niftakar, kienu jgibu s-Salesians Boys' Brigade, wara l-quddiesa tat-Tedew u kienu jduru dawra mar-rahal idoqqu.

Marjanna Niftakar ukoll li fi zmien il-Gimgha l-Kbira meta kienu jaghmlu l-ezercizzi kienu jaghmlu gabra ghal San Gorg, u kienu jigbru xi haga tal-flus u dehbijiet. Kwantita ta' deheb kienu jaqilghu ghal San Gorg; barbazzalli, crieket, imsielet u fl-ahhar l-arcipriet kien jghid kemm gabar. Niftakar ukoll li 1-innu tal-"Fjur ta' Martri" kienu daqqewh ghall-ewwel darba ezatt wara 1-gwerra.

Eric Il-festa ta' San Guzepp kienet issir?

Fredu Kienet u ghadha, u gieli anke ghamlu 1-banda fiha. Anke f'tar-Ruzarju gieli ghamlu l-banda wkoll. Kienet tkun festa kbira bil-banda ta' San Gorg u 1-purcissjoni kien ikun hemm nies izjed minn tal-lum fiha.

Eric Tiftakar xi festi ohra li kienu jsiru?

Marjanna Kien hemm bosta festi u ghad hemm li ghadhom isiru llum ukoll. Kien hemm ta' San Mikiel, tal-Madonna tac-Cintura, tar-Ruzarju u tal-Kuncizzjoni.

Eric F'tal-Mejtin, f'Novembru kienu jsiru xi affarijiet differenti minn tal-lum?

Fredu U zgur. L-ewwelnett kienu jarmaw it-tubru. Kien ikun hemm qisu oggett mghotti bl-iswed; hekk. Erba' gandlieri kbar daqsiex tal-hadid bix-xemgha kbira f'nofs il-korsija. Max-xemgha kien ikollhom 1-arma mwahhla b'ras ta' mewt. Imbaghad kien jaghmillek quddiesa kantata u wara li jispicca kien jinzel ibierku 1-qassis it-tubru daqs li kieku kien hemm xi mejjet. Kienu jarmaw il-knisja bl-iswed ghal Novembru; bid-damask 1-iswed. Konna nisimghu tliet quddisiet fit-2 ta' Novembru ghax fl-1 ta' Novembru dik kienet ghall-qaddisin kollha. It-2 ta' 1-imwiet.

Marjanna Kien ikun hemm kunfuzjoni shiha fil-knisja qabel b'dak il-quddies kollu f’daqqa wahda.

Eric Il-vjatku tiftakruh?

Fredu Niftakar, kien isir meta kien ikun hemm xi hadd qed imut u kienu jaghmlulu l-vjatku. Iddoqq il-qanpiena. Kienu jmorru jigru n-nies, jien ma kontx immur nigri ta. biex jilhqu fanal kull wiehed biex jakkumpanjaw lill-qassis. Fratell johrog bil-bandalora 1-hamra z-zghira, iehor izommlu tabernaklu zghir u iehor bil-qanpiena, u l-qassis taht l-umbrella.

Eric Dawk li jaghtu s-servizzi kienu jkunu abbatini?

Fredu Le,rgiel jew guvintur. Imbaghad niftakar, ghandu jkun kull tielet Hadd tax-xahar kien isir il-vjatku tal-morda. Kienu jigu l-fratelli tas-Sagrament u bil-baldakkin kien johrog dak, u nghidu ahna jekk fit-triq taghna kien hemm tlieta ma johorgux kien iqarbinhom it-tlieta. Darba mar ghand dik u hareg u wara ghand l-ohra; mela. Hi ma nara vjatku tghidx kemm jiena. Issa spicca kollox.

Marjanna Kulhadd kien jghid xi talba meta konna nisimghu l-vjatku, ghall-bzonn ta' min kien ikun fl-agunija. Kulhadd kien jieqaf fit-triq kif kien ikun ghaddej il-vjatku. Ilium anqas biss tinduna ghax anke l-qassisin bilkemm ghadek tara wiehed bis-suttana. Qabel kien ikollhom anke dak il-kappel kbir tond. Anke dak spicca llum. Qabel kien jghaddi qassis kulladd kien jghidlu 'Bezzjoni Dun." Illum: ghax kien ghaddej Dun Gilard, nsejt nghidlu. qalli: Mela qed tikber issa Duca? M’ghandekx bzonn t'Alla izjed? Ridt l-art tiblghani dak il-hin. Ghadni ma nistax ninsieha il-kelma.

Eric Hajjitkom tista’ tghid kienet iddur mal-pjazza ta' San Frangisk. Tiftakru xi hwienet ta' gol-pjazza jew ta’ madwarha?

Fredu Kien hemm ruxxmata tax-xorb. Niftakar li kien hemm tac-Cincwina li kellhom is-'St. Francis Bar'. Imbaghad kien hemm wiehed taz-Zozu, iehor ta' Fonz. Ta’ wiehed kien jismu Fonzu, daqsxejn xih. u ta’ Karmni n-Nemla. Jekk mhux sejjer zball tan-Nemla mhux zgur ma kellhomx xi pompa tal-petrol u tromba tar-redifusion barra l-bieb tal-hanut. Fil-kantunieia qrib il-kerrejja kien hemm taz-ziju Leli. Pikanti. Niftakar ukoll lil ta' Gorga ta’ Loqluqu U zgur, kien hemm xi sebgha. Kien hem iehor ta' Lola ta' Felic, naqra ‘l isfel kif tibda Triq San Frangisk, u naqra 'l isfel kien hemm ta' Gorg ta' Perpiera wkoll. Kont dejjem tarah b'xi kelb tal-but dak. Mela nahseb kien hemm xi disgha fl-inhawi u issa 'qas wiehed m'hemm hlief il-kazin tal-football.

Marjanna Kien hemm ukoll il-hanut tas-Sagristana. Kienet tbiegh il-hajt, buttuni, u hekk. Is-Sagristana kienet ftit '1 isfel minn tac-Cincwina. Magenb tan-Nemla kien hemm tal-Hoxi, il-parrukkier. Tan-Nemla kellha zewg bibien. Wiehed minn mnejn kienu jidhlu l-irgiel ghall-hanut tax-xorb u 1-iehor ghal fuq fejn kienet toqghod hi. Kien ikun hemm veru hajja qabel fil-pjazza. Kien hemm parrukkier iehor. Missier Veffa. kien. Kien hemm ukoll Gorg ta' Felic bil-hanut tal-merca u Zeza tal-Barrin bir-razzett.

Fredu U llum, cimiterju l-pjazza ta' San Frangisk.

Eric Meta qed tghiduli dawn l-affarijiet qed ninnota bhal hjiel ta' nostalgija fikom. Tiddeskrivu aktar?

Fredu Per ezempju, fil-ghaxija kienu jingabru l-irgiel ipacpcu bilqieghda fuq iz-zuntier ta" San Frangisk, u anke fuq l-ghatba ta' hdejn Dun Fred li kien joqghod bejn Mudest u tas-Salvagga. Kienu jingemghu hafna nies jghidu kelma. Kienet tkun mimlija bin-nies il-pjazza. min ipacpac ‘l hemm u'l hawn, min diehel u min hiereg minn go xi hanut, u ohrajn. Il-hwienet kienu jkunu dejjem mimlijin bin-nies, min biex jiehu belgha kafe, min ghal qatra nbid. .. .Flok Zieza ta' Papaw niftakar 1-ghassa tal-pulizija jien, ma' genb il-kappella tal-Lunzjata. Kien hemm l-Iscouts ukoll. Xi 60 sena ilu qed nghidlek dan.

Eric Kontu tilaghbu fil-pjazza?

Fredu Konna nilaghbu fiha wkoll. Konna nigru wara xulxin. Ma kienx hemm il-karozzi tal-lum. Kultant kien jigi xi karozzin bin-nies. Anke 1-mejtin minn hemm bil-karrijiet kienu jehduhom.

Eric Tiftakru lil xi bejjiegha tat-triq li kellhom xi karatteristika partikulari?

Fredu Tal-halib. Kien jigi Leli tal-halib bil-moghza jhabbtilna. Mir-rahal kien. Kien jigi, tliet soldi halib go bott. It-toroq kollha redus kienu jkunu. Dik riha li kien ikun hemm wara li kien jghaddi bil-merhla!

Eric Min jaf kemm kienu jimirdu bid-deni rqiq?

Fredu Dazgur! Infatti jiena kont imradt bid-deni rqiq. Jien b'kollox imradt. Anke bit-tefojde fi zmien il-gwerra. Kont qed immut fl-isptar ta' Birkirkara, barra li kellna l-iscabies jiena, ommok u z-zija Zeppa. Imbaghad imradt bit-tefojde u kont qed immut. Fis-sala tal-Kurcifiss kont. Mela.

Marjanna Niftakar darba kont sejra l-isptar bl-ambulanza jiena ghax kelli d-deni rqiq. Kien f’Corpus.

Fredu Kien hemm Gamri tal-Pitrolju wkoll. Kien jigi jbeghelna l-pitrolju. Mil-landa tal-gallun kien jaghtina. Kienu qishom hodor ileqqu. U kien hemm tal-Haxix. U daqs kemm kien ikun hawn. Tal-fajjenzi kien ikun hawn. Kienu jigu jbieghu borom u hekk. Kienu jigu partita Karkarizi bid-drappijiet.

Marjanna Niftakar ukoll liz-ziju Gorg. Wara 1i zewwigt sar iz-ziju Gorg. Kien jigi jbiesfcj id-drappijiet bil-karettun u daqsxejr hmara. Kien jghajjat "Kuluri " Niftakar li 1-karettun tal-hmara kien ikun armat anke b'tinda fuq erba' vireg mal-gnub tal-karettun. Kien ragel qasir u kien tassew taz-zokkor iz-ziju Gorg.

Eric Qatt sar xi qtil jew xi serqa kbira f’ Hal Qormi li baqghet tissemma'?

Fredu Niftakar kien hemm zewgt t'ahwa, qatlu wiehed. Qatghuhielhom ghall-mewt it-tnejn li huma. Ghandu jkun kienu l-ahhar tnejn li ghallqu minn hawn ir-rahal.Ftit wara l-gwerra.

Marjanna Serq ma niftakarx li gara xi haga li baqghet tissemma. In-nies kienu haga wahda dak iz-zmien. Joqoghdu jpacpcu klilek klikek. Kienu anke jhallu c-cwievet bibien jew il-bibien miftuha, u hadd kien jaghti kas xejn.

Eric Tiftakru xi bidliet li saru fil-knisja?

Fredu Niftakar meta kienu ghamlu l-irham ta’ l-art flok l-oqbra. Ghandu jkun kien ghall-habta tat-'37, '38. Kelli xi erba' snin nahseb. L-ghadam kienu gabruh: Gilard niftakar, u ghamluh f'qabar wiehed wara l-knisja fir-rixtellu. Qabel fuq wara kien hemm cimiterju wkoll u minfloku Gilard kien bena mahzen u s-swali ta’ fuq kien ghamilhom muzew. Hemm nanniet tieghi midfunin hemm.

Marjanna Niftakar li s-saqaf tal-knisja ma kienx sabih. Dak Dun Gilard ghamlu. L-ewwel kien griz imbaghad kesa cangaturi bl-induratura. Dun Gilard hadem hafna ghal Hal Qormi u ghall-knisja.

Eric X'memorji ghandkom tal-gwerra?

Fredu Meta bdiet il-gwerra jiena kelli sitt snin. Niftakar filghodu kienu ghaddew 1-ajruplani u n-nies bdew jghidu "Air Raid! Air Raid ! Dhalna fil-gwerra ! Dhalna fil-gwerra!" Kien ghandu jkun it-Tlieta, 11 ta' Gunju, ma nafx, xi hag' hekk ta' 1-1940. Imbaghad kienu qalulna li kif nisimghu' air raid noqoghdu taht arkata jew taht il-mejda u bdejna noqoghdu taht l-arkata. Konna ninzlu fil-bitha, kien hemm arkata u konna noqoghdu hemm.

Eric Fejn kien hemm il-fuklar?

Fredu Iva. Imbaghad kien hemm kantina hdejna kienu ghamlulha s-serratizzi bhala rfid u kienu qalulna biex fl-air raid ninzlu hemm billi ghamlulha s-serrattizzi. Kienu jigu n-nies jghidulna. Missieri kien dahal mhux ma' ta' l-A.R.P. Kien hemm tim ma nafx x'jghidulhom. Kien idur in-nies biex jghidilna "Aghlqu dik it-tieqa ! Thallux dawl jixghel!", u kien joqghod idur ir-rahal. Imbaghad bdew ihaffru x-xeltrijiet. L-ewwel ma haffru kien dak ta’ fejn San Frangisk li kien jinfed mal-kantina tal-kazin tal-banda. Imbaghad kienu haffru iehor quddiem tas-Salvagga. hdejn il-kazin tal-footbal l'u niffduh ma' dak ta" hdejn il-Lunzjata, imma 'qas konna nghaddu ghax dejjem iqattar fin-nofs. ghax jghidu li fin-nofs hemm gibjun fll-pjazza ta' San Frangisk . Dejjem iqattar. dejjem bl-ilma.

Marjanna Ahna f’ta' l-ahhar kellna kamra. Kienet ezatt kif tinzel, fuq il-lemin. Kien dejjem iqattar. Kellna sodda wahda u 1-bqija kulhadd jintefa' ma' 1-art. Kienet tigi lejn in-naha tal-hanut ta' Pikanti.

Eric Ma kontux tmorru ghan-naha l-ohra lejn il-kazin tal-banda?

Fredu Le. Kif tinzel, l-ewwel bicca li hadna ahna haffirna kamra gox-xelter. L-ewwel kamra kienet taghna. Ghamilna kamra ahna u kamra z-zija Rozi. L-ewwel li haffirna ahna. Konna qabbadna ragel u ahna tellajna l-gebel konna. Insejt x'kien jismu jew x'kienu jghidulu imma jekk niftakar sewwa kien trux u kien jilbes fratell ma' ta' San Guzepp. Niftakar li kellna l-iscabies ukoll. Qabadna hakk f'idejna, jiena, 'l ommok u z-zija Zeppa. Idejna kollha ponot gew u kienu haduna 1-Isptar San Luqa. Kien ghadu mhux lest. Kien ghadu bl-art maqlugha u meta kien jaghmel air-raid kienu jnizzluna fil-basement u kont niltaqa' maghhom jien. Mela ommok u liz-zija kienu jistghu jarawhom minn x'imkien u kienu jaghtuhom xi galletti u li li ma kinux jistghu jarawni. Meta konna niltaqghu fix-xelter kienet iggibli l-galletti ommok. Allura jiena kont nitlob 'il-Bambin li jkun hemm air-raid halli niltaqa' m'ohti ha ggibli l-galletti. Mela.

Eric Qatt sar xi hbit fuq Hal Qormi jew intefghu xi bombi?

Fredu Darba minnhom ghamlu attakk u waddbu erba' balal. Kienu bdew minn hdejn San Pawl u baqghu dehlin 'il gewwa. Qalu li 1-mira taghhom kienu 1-ifran. Ahna 1-balla taghna kienet ghax magenbna kien hemm il-forn tan-Noni, hdejn fejn kienet toqghod Mudest, fil-kantuniera. Jghidu li 1-mira taghhom kienu c-cmieni ta' l-ifran. U zgur, kienu waddbu x'erba' bombi. Ma nafx kienx miet xi hadd dik il-habta.

Eric X'ridt tghid bil-"balla taghna?"

Fredu M'ghandix id-dati ezatt, imma niftakar li konna ghand iz-zija Rozi, jiena u ommi, fiz-zanqra. Kien xi l-4.00p.m. Konna jiena, ommi u kien hemm iz-zija Rozi u Karmena u ghandu jkun Zeppa jew Gorga22, Alia jahfrilhom, ghax kollha mejtin issa. U sar air-raid u bdejna nisimghu bombi, u ghedtilha, "Ma, jien se mmur ix-xelter." Qalti: "U oqghod." Ghedtilha: "Jien se mmur ghax qed nibza' jien." U mort. Qabli diga kienu marru xi tnejn taz-zija Rozi. Niftakar kelli qrada f'saqajja. Ghaddejt miz-zanqra d-dejqa, ...u kif nasal hdejn San Frangisk nara 'l San Frangisk sejjer hekk, Brummmml'! Jiccaqlaq ta! Imma tant jiccaqlaq li hsibtu se jaqa' San Frangisk. U nzilt fix-xelter. Mela kif inzilt giet wahda minnhom, Zeppa jew Gorga u qalet lill-ohra. "Imxi ghax waqghet id-dar taghna!" Dik bdiet twerzaq u tghajjat u jien tlajt nigri ghax ghedt li kien hemm ommi ghandhom, u mort maghha. U rajt duhhan u trab, u 'l ommi tibki u anqas naf, u qalghet daqqa ta' bieba ommi fuq spallitha, insomma. Kien hemm nofs il-faccata mwaqqgha anke bicca minn tas-Salvagga. Din tas-Salvagga kienet ghalliema fi zmieni. Naf li hlief klieb ma kinitx trabbi; bil-parrokka kienet. Mela. U kien waqa'. Ma kien miet hadd minn taghna.

Marjanna Jien niftakar meta waqa' l-post taz-zija Rozi jiena kont fil-kantina ta' Karmni tan-Nemla. Li naf zgur hu li kif konna telghin wara l-hbit xi hadd qalli li kienet waqghet id-dar taz-zija Rozi. It-tifrik kien jidher sewwa mill-isprall tal-kantina. Niftakar lil Karmena, bint iz-zija Rozi tghajjat: "Dehbi u gidi ntilfuli !" Konfuzjoni shiha kien hemm. Il-hajta deheb li kellha ghal idejha tilfitha kollha. Kulhadd kien jipprovajgorr mieghu dik in-naqra flus u deheb li kellu. Dejjem nigru ghax-xelter konna.

Eric Gieli rqadtu ljieli shah fix-xelter?

Fredu Iva, Iva, gieli rqadna. Kellna tliet kruccetti bl-injam fuqhom u konna norqdu fuq xulxin u sodda kbira ghal ommi u missieri.

Eric Tiftakru xi hag’ohra minn zmien il-gwerra?

Fredu Niftakar fejn tas-Sagristana kien hemm zewgt ikmamar. Kienu tac-Circolo San Francesco: ta' l-orkestra. u fil-gwerra kienu hadu 1-kamra ta" quddiem u ghamluha Information Office. Jien u shabi konna mmorru hemm nitolbuhom il-karti ta' l-avvizi zejda. Kien ikollhom posters kbar bl-istampi tas-suldati bl-elmijiet u ahna konna nirrumblawhom u naghmluhom blalen biex nilaghbu.

Marjanna Fil-kamra ta' gewwa kien hemm il-Victory Kitchen. Kont trid iggib il-biljetti ghax inkella ma kont tiehu xejn Hemmhekk konna ninkitbu. Ghandu jkun kull wiehed kien ihallas xi xelin u nofs jew zewg xelini u kienu jaghtuna naqra brodu jew forsi naqra patata jew naqra haxix. Kwart u nofs hobz kienu jiehdu 1-kbar u kwart iz-zghar mill-Victory Kitchen, kuljum. Hija Fredu tant kien jirrabja ghax kien ikollu ftit hobz. Kien isabbat il-ponn mal-mejda u jgerger m'ommi. Kienjibda jghajjat: "Jien irrid il-hobz t'ghada!" Tista' tahseb kemm batejna, jahasra. Hafna drabi xi naqra minestra mizjuda bl-ilma kienu jaghtuna. Kultant kienu jaghtuna wkoll ftit sardin u fazola u xi ftit ghagin. Konna mmorru bil-borma u niehdu sehemna. Is-sorijiet Agostinjani kienu jservu. Ghadni niftakar lil Lucija ta' Kulac maghhom. Kien hemm ukoll ohtha Rina u kuginiethom minn Ta' Sosa. Kien ikollok tnaqqas sehmek mir-ration tieghek ukoll. Imma Lucija u Rina mhux 1-ewwel darba li tawna xi haga zejda lilna. Kienu tal-qalb dawk.

Eric Qatt rajt xi glieda bejn 1-ajruplani minn fuq il-bejt?

Fredu Le. Dak il-bejt fejn konna nonxru ma kienx gholi u qatt ma stajna naraw xejn. Hlief l-storbju ma konniex nisimghu; ma kien jidher xejn.

Eric Fil-gwerra qatt kellkom refugjati maghkom?

Marjanna Dazgur. Kien hemm Stella, omm Salvu tal-Belt. Gatt kienu dawk. Kienet b'uliedha kollha u kien hemm anke l-Griega maghna. Il-Griega, is-Sinjura Antonia u zewgha Romano kienu gew mill-Belt. Kellha hamest itfal, Antoinette, Gustina, Karmena, Josef u Pawlina li kienet twilditilha 1-Belt. Wara 1-gwerra regghu marru joqoghdu l-belt, x'imkien wara s-suq l-antik.

Fredu Kien hemm familja ohra mill-Birgu wkoll maghna.

Eric Kienu nqalghu xi incidenti mhux mistennija fi zmien il-gwerra go Hal Qormi?

Fredu Darba minnhom ftit qabel ma sebah kien hemm spluzjoni, imma spluzjoni minn dawk il-kbar li hassritilna demmna. Kien hemm bomber Ingliz li kien sejjer ibattal fuq l-Italja u nqalghetlu xi hsara fil-magni u waqa' fuq xi bini fi Triq Dun Marju. Ix-xitan ried li waqqa' xi djar u l-bombi ta' fuqu hadu kollha. Imsieken, ta' fuqu kienu mietu kollha, u pajzana kienu mietu ragel u martu u ghal naqra ma mitux ruxxmata tfal li kienu reqdin f'kamra ohra. X'destin jahasra dawk it-tfal!

Marjanna Niftakar; imma minn wara 1-gwerra. Nahseb xi s-46 jew is-47 u kont Stage 2 fl-iskola. Kienet giet ir-regina, meta kienet ghadha principessa. Tghidx kemm kienu tawna gugarelli u anke ghamlulna festin. Niftakar kienu haduna x-xaghra tal-Furjana u hi kienet ghaddiet minn go nofsna fuq landrover.

Eric Il-kerrejja ta' Pintu. Intom kollha twelidtu hemm u jiena maghkom. Ghandha sinifikat specjali ghalina lkoll. Tiftakru xi haga partikulari fiha?

Marjanna Fil-kerrejja la kellna dawl u anqas ilma. Ghad-dawl konna nuzaw il-lampi tal-pitrolju filghaxija, u l-ilma konna ngibuh minn fuq il-pompa li kien hemm taht iz-zanqra fir-rokna tal-parapetti in-naha l’ ohra tas-Salvagga. Kien fl-1946 zzewget ohti 1-kbira. Zeppa. Li dahhlu 1-elettriku ghax billi zewgha kien jahdem man-Navy Ingliza, l-uniformi tieghu riedet tkun bajda karti u mghoddija perfetta, allura dahhlu 1-ilma u d-dawl minhabba f hekk. Missieri kien ra x'ghamel u dahhal vit. Kien isfel fil-bitha tal-kerrejja. Imbaghad kulhadd kien itella' l-ilma minn hemm biex jinqeda. Konna hafna familji fiha. Kien hemm ta' Frenc ta' Gallaru. Dawk kienu hemm kemm qabel u anke waqt il-gwerra. Kien joqghod fuq dak. Kellu tifel u tifla. Isfel kien hemm Tona tan-Nemla, omm Karmena tal-hanut. Kien hemm Mananni tal-Fetfut maghna wkoll. Kulhadd kien jiehu xi kamra jew tnejn.

Fredu Niftakar li fis-sala ta' fuq kien hemm San Gorg tal-gebel u missieri kien qalghu ghax haseb li fil-mensola ta' tahtu kien hemm il-flus, nahseb jiena. Kien qalghu u mbaghad kien nizzlu fit-tarag; poggieh fit-tarag. Imbaghad kien gie Dun Gilard ibierek u kumbinazzjoni dik il-habta kien hemm is-sagristan kien it-tifel ta' sid id-dar, u qallu: "Gann, dak ghax ma tehduhx flok thalluh hawn?" U hadu, u haduh fl-ghalqa u ma nafx x'sar minnu mbaghad.

Eric Il-balavostri tal-gallarija ta' fuq tiftakarhom inti?

Fredu U zgur li niftakarhom.

Eric Dawk ghax kienu tnehhew?

Fredu Dawk kienu waqghu bil-maltemp. Kienet waqghet xi bicca gebla, imbaghad kienu geghluhom inehhuhom, u nehhewhom.

Eric Mill-ewwel kienu ghamlu l-poggaman tal-hadid?

Fredu Leee!!! Imbaghad missieri kien ghamelbhal gallarija ta' l-injam. Dik meta haditha l-Korija ghamlitilha l-puggaman tal-hadid. Imbaghad il-Korija kienet ghamlitha bil-hadid dawra mejt. Ma konniex nirfsu fuqha ahna ta. Kien ha bicca minnha missieri imma anqas qatt ma konna nersqu fuq in-naha l-ohra. Kienu nehhewlha 1-balavostri wkoll. Xorta ghadha tigbidni tafx u ggibli nostalgija kull meta nghaddi minn quddiemha.

Eric Qatt rabbejtu xi haga fuq il-bejt?

Fredu Dazgur li konna nrabbu. Missieri kien irabbi 1-fniek. Anke tigieg kien irabbi. Dejjem kien irabbi. Konna nitimghuhom tfief u t-tilqit ta' haxix u hobz li kien jifdal minn taghna. Dak iz-zmien la konna u anqas stajna naghtuhom ghalf artificjali. Aliajbierek dejjem tajbin kienu jkunu u kien ikun fihom ikla.

Eric Qatt zejjintuha?

Fredu Mhux fi tfuliti, le, ghax qatt ma tlajna fuq il-bejt l-gholi, imma fl-1961, fic-centinarju ta' San Pawl kont xghelt il-bejt kollu bil-fjakkli. Tghidx kemm kienet giet sabiha.Min jaf x'ghaxqa kien ikun fiha l-kerrejja mixghula b'dawk l-ilsna tan-nar sofor iteptpu biex jiksru d-dalma tal-lejl? Dehra li ma tintefiex malajr f'mohh min esperjenzaha hekk ukoll it-tifkiriet ta' l-imghoddi fil-kerrejja u madwar il-pjazza ta' San Frangisk. Bhal omm li ilha nieqsa minn uliedha, Hal Qormi gewwa ibqa' jigbdek bis-seher tieghu.

Intervista mehuda mill-ktejjeb li l-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri harget ghall-festa tal-2003. L-intervista saret minn Eric Bonanno lil Marjanna Bonanno u Fredu Duca