Hal Qormi huwa rahal li minn dejjem
kellu popolazzjoni kbira ghax il-limiti tieghu huma mifruxa sewwa. Fil-fatt
insibu dan it-taghrif:
Fl-1419 kienu jghixu fih madwar 500 ruh li telghu ghal
650 persuna fl-1483. Fl-1575 kien hemm 240 dar li zdiedu ghal madwar 500
familja fl-1619. Fis-sena 1632 naraw li kellu 683 dar u 3,227 ruh. Fl-1632
il-popolazzjoni kienet madwar 2,300 ruh gewwa Hal Qormi. Il-pesta tal-1676
gabet tnaqqis u ghalhekk fl-1680 il-figuri nizlu ghal 2,700 u ghal 2,669
fl-1687. Fl-1702 il-popolazzjoni kienet ta’ 3,033. Fl-1734 il-popolazzjoni
kienet 3,240. Fl-1747 kienet 3,460. Fl-1830 ir-rahal kellu 4,260 ruh u
852 dar. Fl-1851 kien jghodd 5,190 ruh. Fl-1860 kien hawn 6,197 ruh u
fl-1890 kien hawn 7,410 persuna u 1,470 dar. Fl-1901 kellu 8,187 ruh.
Fl-1911 zdied ghal 9,404. Fl-1921 naqas ghal 9,286 ruh. Fl-1961, Hal Qormi
kellu 15,737 ruh u fl-1985 kien hawn 18,256 ruh. Fl-1993 naqas ghal 17,958
ruh u fl-1996 gew irregestrati 17,533 ruh. L-ahhar censiment li sar fl-2005
rega' wera tnaqqis f'dik li hija popolazzjoni, fil-fatt insibu 16, 576
ruh.
|