![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Taghrif fil-qosor dwar l-Innu ta' Hal Qormi Il-Kunsill lokali ta' Hal Qormi kien hass il-htiega li Belt Twelidna jkollu l-innu ufficjali tieghu u fil-bidu tas-sena 2002, nieda konkors ghall-ahjar versi ta' l-innu biex wara tkun tista' ssir il-muzika ghalihom. Hargu l-applikazzjonijiet ghal dan il-Konkors bi premju ta' Lm100 ghar-rebbieh fiz-zewg kategoriji: tal-kliem u tal-muzika. L-ewwel konkors kien miftuh biss ghall-Qriema jew dawk Maltin ohra li jghammru f'rahal l-ifran, izda aktar tard gie deciz li jittawwal iz-zmien ta' l-gheluq biex infetah ghall-pubbliku in generali. Bosta kienu dawk li hadu sehem, u f'Jum Hal Qormi; 25 ta' Mejju, 2002 thabbar ir-rizultat ta' din il-kompetizzjoni, li ntrebhet bin-nome de-plume: 'Rahal Gawhra' miktub mill-poeta s-Sur Gorg Bianchi minn Hal Qormi stess. Imabghad ftit tal-gimghat wara, hargu l-applikazzjonijiet ghall-konkors muzikali ghal dawn il-versi rebbieha li ntrebah minn Qormi iehor, Mro. Sebastian Camilleri. Dan l-innu zzanzan f'Jum Hal Qormi tas-sena, 2003, mill-kor maghmul miz-zew parrocci Qriema imharreg u akkumpanjat minn orkestra li dderiega l-istess surmast fil-misrah fejn hemm it-tribuna ta' Pinto. Dan l-innu ntlaqa' tajjeb hafna u gie mfahhar kemm ghall-versi milqutin kif ukoll ghall- muzika li tpaxxi l-widna. Fatt interessanti li l-ismijiet ta' l-awtur igib l-isem ta' Gorg u dak tal-kompozitur jismu Sebastjan, ismijiet ghaz-zewg qaddisin protteturi tal-Belt Pinto. Taghrif iehor interessanti huwa li l-Banda ta' San Gorg Martri kienet l-ewwel fost il-baned Qormin li esegwiet dan l-innu, sewwa sew fil-programm tradizzjonali ta' lejlet il-festa ta' San Gorg Martri fis-28 ta' Gunju, 2003, fit-tifkira tas-sbatax-il centinarju mid-dhul tal-patrun taghha fil-genna. Dan il-programm vokali u strumentali li jsir kull sena, f'Misrah San Frangisk, kien taht il-patrocinju tal-Agent President Dr.Gorg Hyzler. Inzid nghid ukoll li din l-Ghaqda Muzikali tinkludi dan l-Innu ta' Hal Qormi f'kull programm muzikali li jkollha. F'din l-okkazjoni, il-Banda kienet taht id-direzzjoni ta' Mro.Mario Testa u l-Kor Chorus Urbanus ta' Ghawdex tmexxa minn Mro.John Galea. L-innu fih gabra fil-qosor tal-istorja ta' Belt twelidna kif ukoll iheggigna nhobbuh u nharrsuh biex dak li ksibna minghand missirijietna nghadduh lil uliedna. Dan isir biss jekk nigbdu habel wiehed mal-kbarat Qormin. Dan it-taghrif migbur mis-Sur Gorg Bianchi |
![]() |