Il-Moviment ta’ Kana ghandu diversi ferghat li jikkoncernaw il-familja. Fergha minnhom, il-Gruppi Familji Nsara (Grufan), hemm fiha madwar 400 familja membri mxerdha f’diversi lokalitajiet f’Malta u anke f’Ghawdex. Il-Grufan ghandhom Kumitat centrali li jirrekola l-attivitajiet tal-gruppi kollha flimkien. Fil-Parrocca ta' San Gorg f'Hal Qormi, hemm madwar 45 familja imsehbin f’hames gruppi. Kull grupp ghandu chaplain. Erba’ sacerdoti mill-parrocca ta' San Gorg jmexxu erba’ gruppi u soru tmexxi l-grupp l-iehor.

Kull grupp jahtar Koppja Mexxejja li tiehu hsieb twassal l-avviz tal-laqgha lill-membri u lic-chaplain. Tiehu hsieb li ssib kamra fic-Centru Parrokkjali u tlesti l-bzonnijiet mehtiega sabiex il-laqgha timxi sew. Il-laqghat isiru fuq Skemi li jkunu ppreparati ghal sena shiha mill Kummissjoni Formazzjoni fi hdan il-Kumitat centrali tal-Gruppi Familji Nsara.

Il-gruppi kollha flimkien tal-parrocca ta' San Gorg ghandhom forma ta’ kumitat bil-koppji mexxejja ta’ kull grupp jiltaqghu sabiex jorganizzaw xi attivitajiet religjuzi u anke socjali flimkien fil-parrocca taghna stess.

L-Iskemi huma maqsumin fuq zewg partijiet.
a) Qari ta’ passagg mill-Bibbja, issir riflessjoni fuqu, u kif napplikawh ghall-hajjitna
b) It-taghlim tal-Knisja dwar il-familja u l-hajja ta’ madwarna. Naraw, inqisu u naghmlu xi suggett li nkunu ddiskutejna.

L-Iskemi huma migbura fi ktieb li jkun ghall-sena shiha. Kull xahar suggett, riflessjonijiet u azzjonijiet differenti.
Il-laqgha mhix xi dibattitu izda aktar nitghallmu minn xulxin, insibu mod kif wiehed jesprimu lilu nnifsu u nikbru fl’imhabba lejn Alla, permess tal-Kelma ta’ Sidna Gesu’ Kristu u lejn il-proxxmu taghna. Hija tip ta’ nformazzjoni li hija bzonn ghal kull koppja kattolika sabiex ikolla formazzjoni xierqa kif tkun familja.