![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Il-gurnata tal-Gimgha l-Kbira f'Hal
Qormi hija gurnata ghaziza u importanti hafna ghal Qormin kollha. Fiz-zewg
parrocci, isiru diversi mumenti ta' talb fil-knejjes, fosthom is-salib,
il-Via Sagra u anke' hafna hin ta' adorazzjoni quddiem is-sepulkru, igifieri
l-altar tar-riposizzjoni. Ghall-habta tat-tlieta ta' wara nofsinhar imbaghad
fiz-zewg parocci issir il-funzjoni li tikkommemora l-mewt ta' Sidna Gesu'
Kristu. L-attrazzjoni li tigbed mijiet ta' nies kull sena imbaghad isehh
gewwa l-parrocca ta' San Gorg, meta ghall-habta tal-5.30 p.m. tohrog il-purcissjoni
taht sabiha u rikka kemm fl-ilbies u kemm fl-istatwi. Il-purcissjoni hija
wahda antika u fost l-isbah fil-gzejjer maltin. |
Din il-purcissjoni
minn dokumenti li nsibu, l-iktar referenzi antiki ghal din il-purcissjoni
nsibuha li jmorru sas-sena 1764. Il-kittieb tieghu kien is-sacerdot studjuz,
Ignatio Saverio Mifsud, li f'Hadd il-Palm tal-1764 li kien gie fil-15
t'April, mar jara l-purcissjoni f'Hal Qormi u kiteb li kien fiha 'statwi
kbar u ohrajn izghar' u li kien hemm 'gemgha nies tal-ghageb mill-Belt
u mill-irhula qrib'. Is-sena ta' wara, nhar Hadd il-Palm, li kien fil-31
ta' Marzu, 1765, rega' zar Hal Qormi u kiteb 'Hadd il-Palm: fil-parrocca
ta' Hal Qormi kien hemm bhas-soltu l-purcissjoni tal-Passjoni, u ghaliha
ngabru hafna nies u hafna nies mill-ibliet Valletta, Vittoriosa, Senglea,
Cospicua, u mill-Furjana u mill-irhula qrib. Minn dawn il-kitbiet dokumentati
niddeciedu li l-purcissjoni kellha numru ta' vari, kienet ga maghrufa
sew ma' Malta, kien tohrog f'Hadd il-Palm. Hawn min jghid li l-purcissjoni
ta' Hal Qormi biddlet il-jum ghall-Gimgha l-Kbira fl-1788 izda m'hawn
ebda prova ta' dan. |
Il-purcissjoni hija twila mhux hazin,
imma t-taqsim huwa maghmul b’tali mod li jghallem li min ikun qed
jaraha. Il-purcissjoni tohrog ghall-habta tal-5.30 p.m. u tidhol ghall-habta
tal-10.00 p.m.. Hija maqsuma fi preludju u tnax –il taqsima, li
kull wahda minnhom tispicca b’vara. B'kollox insibu 12-il statwa
li lkoll kemm huma fihom aktar minn statwa wahda bl-eccezzjoni tal-Madonna
tad-Duluri u tar-Redentur. It-tqassim tal-purcissjoni isir hekk: |
Fil-preludju nsibu lil Adam u l-Anglu,
Abel u Kajjin. Irridu niftakru li s-salvazzjoni kienet necessarja minhabba
d-dnub originali u li Abel, maqtul minn huh Kajjin, kien innocenti bhalma
kien Gesu’. Kristu miet minhabba d-dnub originali u minhabba d-dnubiet
personali tal-bnedmin. Diversi emblemi, bandalori u erba’ profeti
tat-Testment il-Qadim – Isaija, Geremija, Danjel u Zakkarija –
iwittu t-triq ghall-ewwel xena. |
Hawnhekk naraw lil
Melkisedek li kien l-ewwel wiehed li offra s-sagrificcju bil-hobz u l-inbid.
Jidhru Lhudi u tifel bil-manna kif ukoll rahhala Lhud b’ghanqud
kbir ta’ gheneb. Warajhom jigi l-appostli Indri b’zewgt itfal
li jgorru l-hobz u l-hut. Dawn ix-xeni kollha jfakkru l-misteru tal-Ewkaristija
li twaqqaf fl-Ahhar Ikla. Ghaldaqstant, din ix-xena taghlaq bil-vara tal-Ahhar
Cena.
It-tieni xena hi qasira. Naraw emblem ital-passjoni u t-tliet appostli, Pietru, Gwanni u Gakbu, li kienu eqreb mill-ohrajn lejn Gesu’ fil-gnien tal-Getsemani. Il-banda allura takkompanja l-vara tal-Ort fil-Getsemani. Guda biegh lill-Imghallem tieghu ghal tletin bicca tal-fidda u allura tidher din l-emblema flimkien mal-grupp li jirraprezenta lil Guzeppi mibjugh minn hutu. Simbolu iehor tat-tradiment ta’ Gesu’ hu l-grupp tas-Sultan David flimkien mal-kunsillier tieghu Ahitifel, li ttradieh u bhal Guda, wara tghallaq. Emblemi ohrajn, inkluza l-widna ta’ Malku, li Gesu’ fejqu mill-ferita li garrablu Pietru waqt l-arrest, iwassluna ghall-vara tat-Tradiment ta’ Guda. Ix-xena tehodna lejn is-sinedriju. Ghalhekk jidhru l-qassisin il-kbar, Anna u Kajfa, flimkien mas-seftur taghhom Malku. L-emblemi li jidhru jinkludu wkoll is-serduk li jfakkar ic-cahda ta’ Pietru. Mit-Testment il-Qadim naraw lill-profeta Mikea li bhal Gesu’ issawwat ghax qal il-verita’; u lil Nabot u s-Sultan Ahab. Nabot inqatel bla htija ghax is-sultan u martu riedu l-artijiet tieghu. Gesu’ mbaghad intbaghat ghall-haqq ghand Ponzju Pilatu, li l-ewwel ikkundannah ghas-swat. Emblemi tas-swat u gruppi suldati Rumani bis-swat jipprecedu l-vara ta’ Gesu’ Jinhall mill-kolonna. Jibdew jidhru l-emblemi SPQR li jfissru bil-Malti, is-Senat u l-Poplu ta’ Ruma, biex juru wkoll li Ruma kellha htija fil-kundanna ta’ Gesu’. Gesu’ gie nkurunat bix-xewk u ghalhekk naraw dan is-simbolu. Jidher Barabba mal-gwardja tieghu li Pilatu qal lil-Lhud biex jaghzlu bejnu u Gesu’. Imbaghad jidher Pilatu stess bl-entourage tieghu: sitt lictores li juru s-setgha li kellu fuq il-hajja u l-mewt, il-gwardji, gwardja personali flimkien ma’ zewg qaddejja bil-buqar u x-xugaman, li jfakkruna li Pilatu ried letterelment jahsel idejh mill-affari kollha. Wara tidher il-vara ta’ l-Ecce Homo. Fis-sitt xena nibdew naraw nies igorru slaleb tal-weghda, kwazi kollha b’wicchom mghammad u x’uhud mexjin hafjin. Gesu’ issa gie kkundanat ghall-mewt u ser ikun is-sagrificcju ghal dnubietna. Jidhru z-zewg hallelin li ser imutu mieghu, Gizma u Disma. Jidher il-persunagg ta’ Abraham li jmexxi lil ibnu Izakk ghas-sagrificcju, simbolu ta’ Gesu’. Wara tidher il-vara tar-Redentur, jigifieri Gesu’ jaqa’ taht it-toqol tas-salib, precedut mill-buglers. Xena qasira ta’ hames irgiel igorru s-slaleb u gwardja ta’ erba’ suldati Rumani ma’ fizzjal li jakkumpanja il-vara ta’ Gesu jiltaqa’ m’Ommu Marija. Wara jimxu xi rgiel tal-weghda. Fit-triq tal-Golgota graw diversi avvenimenti. Tradizzjoni tghid li mara meshet wicc Gesu’ u ghalhekk jidhru hawn diversi simboli adatti. Fit-triq tqababd Xmun ic-Cirinew jerfa’ s-salib u ghalhekk naraw lil dan il-persunagg flimkien maz-zewg uliedu Xandru u Rufu. Il-kundanna ta’ Gesu’ giet imfissra bit-tabella Jesus Nazarenus Rex Iudeorum li tidher ukoll hawnhekk. Ix-xena taghlaq bil-vara li tirraprezenta tliet episodji: Veronika, Xmun ic-Cirinew, u n-Nisa ta’ Gersusalemm jibku lil Gesu’. Id-disa’ xena hi meqjusa bhala l-qofol tal-purcissjoni. Gesu’ ser jigi sagrifikat u hawn jidher is-simbolu tal-Haruf tal-Ghid li jfakkar il-harga tal-Lhud mill-Egittu. Jidhru Mose’ u Aronne: Mose’ bis-serp tal-bronz kien heles lil dawk il-Lhud migdumin mis-sriep tan-nar u Aronne kien l-ewwel qassis il-Kbir, it-tnejn simboli ta’ Gesu’. Jidhru wkoll il-Leviti jgorru l-Arka tal-Patt, li issa ser tintemm ghax Gesu’ bil-mewt tieghu fetah zmien u patt gdid. Is-seba’ darbiet li tkellem Gesu’ fuq is-salib jidhru fuq seba’ bandalori li warajhom tidher gwardja Rumana ma’ Longinu, ic-centurjun li nifed il-kustat ta’ Gesu’ biex jaccertaw li verament miet. Zewg suldati ohra jgorru l-isponza u l-garra li jfakkruna meta Gesu’ kien bil-ghatx fuq is-salib. Banda takkumpanja l-Vara l-Kbira li turi l-Krucifissjoni ta’ Gesu’ li jidher agonizzant fuq is-salib. Gesu’ issa miet u mal-mewt tieghu x-xemx ghebet kif jidher fis-simbolu. Is-suldati laghbu ghall-hwejjeg ta’ Gesu’, u ghalhekk jidhru s-simboli tal-loghob u tal-krucifissjoni. Jidher ukoll Xmun bil-bambin Gesu’ f’idejh li jfakkarna meta Gesu’ kien gie pprezentat fit-tempju u lil Marija Xmun kien qalilha li sejf ghad jinfidlha ruhha. Ezatt wara tidher il-vara tad-Deposizzjoni bil-Madonna zzomm f’hogorha il-gisem mejjet ta’ Gesu’ li ghadu kemm tnizzel mis-salib. Wara l-mewt tigi d-difna. Gesu’ dam tlett ijiem fil-qabar u s-simbolu mit-Testment il-Qadim insibuh fil-profeta Gona li dam tlitt ijiem f’zaqq il-huta kbira. Is-salib tal-kleru, precedut minn abbati bic-censier, imexxi l-kleru tal-parocca li jakkumpanjaw il-vara tal-Monument, Gesu’ mejjet. Warajh jidhru Guzeppi minn Arimatea u Nikodemu bil-fwejjah u l-kefen ta’ Gesu’. Gesu’ indifen fil-qabar ta’ Guzeppi. Il-purcissjoni taghlaq bit-tnax –il xena li hi
qasira izda simbolika. Jidhru x-xettru u l-kuruna, simboli tas-slaten,
ghax Kristu hu l-aqwa sultan li hallas b’hajtu ghan-nuqqasijiet
tal-bnedmin. Zewg slaleb tal-weghda jwasslu ghall-vara tal-Madonna tad-Duluri
li warajha jimxu wkoll numru ta’ devoti. |
| Riferenza: Joseph. F Grima, Il-purcissjonijiet tal-Gimgha l-kbira f’Malta u Ghawdex. ‘Diversi Kittieba’, Pubblikazjoni PIN 1992 |
![]() |