Fl-1970, l-Ghaqda kienet diga’ mwaqqfa u dak iz-zmien kienet tissejjah Qormi Shooting Sports Club. L-ewwel President kien is-Sur Massimo Fenech. Fl-1972 meta s-Sur Frans Ciantar ha t-tmexxija tal-ghaqda, kien hemm 23 membru u dak iz-zmien kien isir sparar fuq il-gamiem haj. Xi drabi kienu jsiru mawrit ghal Ghawdex sabiex tingabar s-somma. Kien zmien iehor, issa dan it-tip ta’ sparer spicca. Fil-fatt il-pulizija kient zammet il-permess fuq dan it-tip ta’ sparer, u allura kien hemm bzonn li jsir xi haga alternattiva. U ghalhekk hsibna li nibdew nisparaw fuq il-palattini u minn hawn twieldet l-Ghaqda Tiraturi Qriema.

Wara li inghatat l-art, b’kera minghand il-privat, il-membri ta’ dak iz-zmien hadmu bis-shih sabiex lestew il-post fejn joqoghdu l-magni tal-plattini, thaffir, konkos u allura dan il-post beda jiehu s-sura ta’ lok li jissejjah ‘shooting range’. Niftakar sewwa l-ghajnuna tas-Sur Frans Chetcuti, li kien l-agent tal-hames magni tal-plattini ghall-Univeral Range taghna. Wara li tlesta kollox kien baqa’ biss il-permess tal-pulizija. Dak iz-zmien il-ministru tal-Isports kien l-Onorevoli Dr.Philip Muscat, jien u Gorg Bugeja morna nkellmuh sabiex jghinna halli jinhargu l-permessi. Wara xi zmien nistennew, il-permessi hargu. U kif jghidu haga taqla’ lil ohra. Club house ma kienx hemm u nstab li l-art li konna fiha kienet tal-gvern. Ahna wrejna x-xewqa taghna lill-Onorevoli George Hyzler u hu weghedna li jghinna. Wara offerta pubblika, ksibna l-art minghand il-Gvern fejn tinsab il-Club House u l-bicca ta’ wara tal-parking. Illum hemm il-permessi tal-MEPA sabiex nibnu l-entratura u l-boundary wall madwar ir-range.

F’Ottubru ta’ l-1995, il-Kumitat kien diga tal-fehma sabiex ibiddel id-dixxiplina tar-Range ghall-wahda Olimpika. Fuq parir ta’ l-Onorevoli George Hyzler, ktibna lill-Ministru Michael Frendo fejn urejnih bil-progett li kellna u li ilhom hafna jweghdu l-flus. Il-ministru Refalo laqgha it-talba taghna u hu ntaghatat isomma sostanzjali li l-membri kollha irringrazzjawh ghaliha.

Peress li l-Ghaqda ghandha numru ta’ kaccaturi membri, tlabna lill-Pulizija sabiex inzidu l-kelma Kaccaturi ma’ l-isem li diga kien hemm. Wara diskussjonijiet mal-pulizija, inghata l-permess u hekk l-isem tal-ghaqda illum huwa ‘Ghaqda Kaccaturi/Tiraturi Qormin’.

L-Ghaqda torganizza madwar 45 sparaturaa matul is-sena u nieqfu biss fl-istagun tal-kacca. Niehdu hsieb trophies ta’ ditti private, ta’ memnri tal-Gvern u ta’ l-Oppozizzjoni u anke’ ta’ membri shahna. Fis-sena 1996 giet organizzata sparatura msejha ‘Tat-Timijiet’. F’din l-isparatura hadu sehem 13-il team minn diversi rhula ta’ Malta u t-team rebbieh kien tal-Imgarr (Malta). Sparatura ohra Open hi dik imsejha ‘Tax-Xoghlijiet’. Fl-1995 hadu sehem 5 timijiet u t-team rebbieh kien dak tal-Burdnara tax-Xatt. Sparatura li fiha attendew 466 tiratur, l-ikbar numru ta’ tiraturi, hi dik tad-Dar tal-Providenza. Monsinjur Gatt kien gie personalment iqassa it-trophies lir-rebbieha.

Il-klabb llum il-gurnata jigi mmexxi minn kumitat iffurmat minn 9 membri maghzula minn fost il-membri mhallsa, li jridu jkunu Qriema. Xi snin ilu l-klabb assocja mal-Malta Shooting Club u s-Southern Shooting Club, li kienu l-unikiu tlett klabbs f’Malta tal-isparar ghall-plattini u b’hekk il-klabb tal-Bidnija sar Malta Shooting Federation. Flimkien dawn jorganizzaw programmi ta’ l-isparar , biex b’hekk kull nhar ta’ Hadd ikun hemm sparer kompetittiv li jigi organizzat b’sistema ta’ roster darba kull wiehed fi tmiem il-gimgha.

Barra l-isparar ghall-plattini l-klabb jorganizza diversi attivitajiet ohra kemm ghall-membri u kemm barranin, bhal-loghob tal-bocci, billiards, table soccer u ohrajn ghall-familja kollha li jvarjaw minn Coffee Mornings sa BBQ’s.

Il-klabb jinsab gewwa Hal Qormi – limiti tal-Handaq.

Artikli miktub mis-Sur Frans Ciantar - President tal-Qormi Shooting Clay