![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
| Li tghix holma, taraha tispicca, u mbghad trid terga’ tipprova taghtiha
l-hajja mhijiex haga facli, anzi difficli hafna. Hekk gara fil-kaz taghna,
li dak iz-zmien konna nissejhu z-Zghazagh tal-Oratorju Sagra Familja. Konna
nghixu f’holma, specjalment fit-thejjijiet taghna ghal aktar avveniment
li tant kien ghal qalbna, jigifieri l-Pageant tal-Gimgha l-Kbira. L-ewwel
Pageant li pprezentajna kien ‘L-Imghallem Gesu’ fit-18 u 19
ta’ Marzu 1991 fil-Knisja Arcipretali ta’ San Gorg Martri. Konna
nibdew nippreparaw ghal dan il-Pageant hekk kif kien jghaddi l-Milied billi
nibdew bit-tqassim tal-partijiet ghal dawk li se jiehdu sehem, nippreparaw
ix-xenarju u l-props, u wara nibdew ir-rehearsals. Kien zmien li zgur ma
nistghux ninsewh ghax f’dan iz-zmien zrajna fina l-imhabba kbira li
ghandna ghal palk. Il-Pageant ‘L-Imghallem Gesu’ ittella’
b’success kbir ghal tlett snin wara xulxin, b’kull rapprezentazzjoni
tittella’ f’zewg partijiet.
Din il-holma ghal hafna kienet spiccat. Izda ghal Michael Grech u Paul Formosa kienet se tibda holma gdida, jew ahjar terga’ tinghata l-hajja dik antika – terga’ tqum, ghalhekk QAWMIEN. Fi Frar 1998 saret laqgha bejn Michael Grech u Paul Formosa, iz-zewg fundaturi tal-Ghaqda Qawmien fejn giet diskussa l-ghaqda l-gdida. Minn din il-laqgha deher car li l-Pageant tal-Passjoni li kien jittella’ fil-Knisja Arcipretali halla effett qawwi fuqhom, u t-tnejn li huma kien ilu jberren f’mohhhom li xi darba jergghu jippruvaw jghaqqdu l-grupp biex jipprezentaw il-Pageant.
Ma kinitx facli li terga’ tlaqqa’ grupp ta’ zghazagh flimkien wara hames snin, izda b’determinazzjoni kbira dawn gew milhuqa kollha u saret l-ewwel laqgha. F’perjodu ta’ hames snin inbidlu hafna affarijiet. Min izzewweg, min kellu t-tfal, min tgharras, imsomma kulhadd beda jghid tieghu… Wara bdejna nitkellmu fuq l-iskop li ghalih iltqajna – u hawnhekk bdew jinbtu l-problemi. Gie diskuss fost l-ohrajn il-post fejn ghandu jittella’ l-pageant. Gew diskussi zewg possibiltajiet – jew fil-Knisja kif kien isir qabel, jew fuq iz-zuntier. U hawn gie deciz li mmorru nkellmu lil Arcipriet Dun Frans Abdilla biex nghidulu bil-hsieb taghna. Wara li kenna risposta negattiva minghand l-Arcipriet, hafna kienu dawk li qatghu qalbhom mill-ewwel, u dawwru denbhom. Izda d-determinazzjoni li kenna wasslitna biex fil-31 ta’ Marzu tellajna l-ewwel Dramm tal-Passjoni bl-isem ‘F’Idejk Nerhi Ruhi’ fis-Sala tal-Iskola Guze’ Galea Hal Qormi. Dan id-Dramm originali miktub u b’direzzjoni ta’ Paul Formosa, hadu sehem fih madwar sittin persuna. Minn dakinhar il-quddiem qatt ma harisna lura. It-tieni attivita’ taghna ittellghet fl-24 ta’ Mejju ta’ l-istess sena bid-dramm fuq San Gorg ‘Il-Martri ta’ Lidda Gorg Anici’ li ttella’ fis-Sala tal-Iskola Guze’ Galea taht id-direzzjoni ta’ Paul Formosa. Nistghu nghidu li kien success iehor u ta’ kuragg kbir ghad-diregenti biex jibqghu mexjin bl-istess pass li kienu bdew bih. F’Novembru 1999 infetah it-tieni stagun tal-ghaqda bil-kummiedja ‘Cefai u Cefai’ b’direzzjoni ta’ Silvio Fleri Soler. Din ittellghet fis-Sala Guze’ Galea. Is-Sena 2000 – is-sena tal-Millenju. Ghalkemm l-Ghaqda Qawmien kien ghad ghandha biss sena, id-diregenti tal-ghaqda hassew li ghal-okkazjoni tal-Millenju l-Gdid ittella’ xi haga specjali. U verament kienet se tkun specjali ghaliex kienet l-ewwel attivita’ ta’ dan it-tip li qatt ittellghet minn xi ghaqda Maltija. Qed nirreferu ghal Pageant fit-toroq ta’ Hal Qormi dwar il-hajja, il-martirju u l-mewt ta’ San Gorg, u li jintemm fuq iz-zuntier tal-Knisja Arcipretali ta’ San Gorg Martri. Fis-7 t’April 2000 hadna sehem f’Pageant tal-Passjoni fl-Isptar San Vincenz de Paule. Fil-15 u 16 t’April ipprezentajna d-Dramm tal-Passjoni f’zewg partijiet “L-Imghallem Gesu’” fis-Sala Guze’ Galea. Hekk kif ghaddiet ir-rapprezentazzjoni ta’ dan id-dramm, bdejna nahdmu mill ewwel fuq il-holma l-gdida taghna, jigifieri fuq il-Pageant ta’ San Gorg fit-toroq ta’ Hal Qormi. Il-Pageant ta’ San Gorg fit-toroq ta’ Hal Qormi – 14 ta’ Gunju 2000 Hafna kienu dawk l-ghaqdiet jew organizzazzjonijiet li
fl-ewwel sena tal-millenju l-gdid ghamlu xi haga specjali, u l-Ghaqda
taghna ghalkemm kienet ghadha kif titwieled, ma baqghetx lura. Ahna hsibna
li noholqu xi haga gdida, li ma kinitx innovazzjoni ghal Hal Qormi biss,
izda ghal Malta kollha. Qed nirreferu ghal pageant ta’ San Gorg.
Innovazzjoni ghal Malta ghaliex sa dakinhar qatt u mkien ma kien ghadu
sar Pageant ta’ dan it-tip fuq hajja ta’ qaddis/a. Drammi
fuq il-hajja ta’ qaddisin saru, iva, izda fuq xi palk gewwa t-teatru,
izda pageants fit-toroq (live re-enactments) ta’ hajjet xi qaddis/a
ma kienu ghadhom saru qatt. B’dan ahna nhossuna kburin hafna ghaliex
meta tkun int li hsibt f’xi haga gdida, hdimt ghaliha biex rajtha
titwettaq u wara tara l-frott li tkun halliet, huwa sodisfazzjon kbir. Stagun Teatrali Gdid 2000 / 2001 21 t’Ottubru 2000 – Ftahna l-istagun Teatrali bi programm fis-Sala Guze’ Galea. Ipprezentajna l-Buzzett “Il-Holqa tal-Imhabba” u l-Kummiedja “Is-Sindku Sar Huttab” b’direzzjoni ta’ Silvio Fleri Soler. Fid-9 ta’ Dicembru tellajna d-Dramm “Il-Madonna Purtinara” adattat mill-film “The Miracle”. Id-direzzjoni kienet ta’ Silvio Fleri Soler. Dan id-Dramm rega’ ttella’ fl-10 u 11 ta’ Frar 2001 fis-Sala tac-centru taz-zghazagh is-Siggiewi. Fis-27 ta’ Dicembru 2000 gie ffirmat l-ewwel ftehim bejn il-Kunsill Lokali Qormi u l-Ghaqda Qawmien ghal tlett snin li gejjin. 7 u 8 t’April 2001 – Dramm tal-Passjoni bl-isem ta’ “Il-Bewsa tad-Demm” b’kitba u direzzjoni ta’ Silvio Fleri Soler 20 t’April – Tajna sehmna bl-isketh “Il-Halib tal-Qattusa” fil-Lejla Gorgjana mtella’ mill-Kumitat Festi Esterni fl-okkazjoni tal-festa liturgika ta’ San Gorg. 18 ta’ Mejju – Tajna sehmna bl-isketch “Happy Birthday” 22 ta’ Mejju – Serata b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Qormi fl-okkazjoni ta’ Jum Hal Qormi. 13 ta’ Gunju – Ghat-tieni sena konsekuttiva, ipprezentajna l-Pageant ta’ San Gorg fit-toroq ta’ Hal Qormi. Dan beda mill-Oratorju Sagra Familja, ghadda mit-toroq l-Isqof Scicluna, Anici, il-Kbira, Pjazza San Frangisk saz-zuntier tal-Knisja Arcipretali ta’ San Gorg Martri. Stagun Teatrali 2001 / 2002 Settembru 2001 – Il-Kumitat tal-Ghaqda Qawmien beda jfittex kompozitur biex jikkomponi l-muzika ghall-musical ta’ San Gorg li kellu jittella ghas-sena tac-Centinarju 2003, kif ukoll direttur biex jidderigih. Novembru 2001 – Gie maghzul John Attard bhala l-kompozitur u l-awtur tal-Musical ta’ San Gorg, kif ukoll bhala direttur. 12 ta’ Dicembru 2001 – Tellajna festival tal-kant b’kollaborazzjoni mall-Kunsill Lokali Qormi fis-Sala tal-Iskola Guze’ Galea bl-isem Qormi Music Fest. 16 ta’ Marzu 2002 – Ipprezentajna Dramm gdid tal-Passjoni Nerga’ Nqum miktub minn Paul Formosa. Dan gie mtella’ fis-Sala Notre Dame f’Haz Zabbar. 23 ta’ Marzu – Gimgha wara r-rapprezentazzjoni f’Haz Zabbar, ipprezentajna d-dramm Nerga’ Nqum fis-Sala Guze’ Galea, Hal Qormi. April 2002 – Id-direttur tal-Musical ‘Georgius’ flimkien mal-membri tal-kumitat bdew jahdmu fuq ricerka minn fuq diversi kotba u permezz tal-internet. 25 ta’ Mejju – Ghal okkazjoni ta’ Jum Hal Qormi, l-Ghaqda Qawmien b’kollaborazzjoni mall-Kunsill Lokali ipprezentat il-Kummiedja ‘Kif Tehles mill-Kunjata’ fis-Sala Guze’ Galea. 19 ta’ Gunju 2002 – Pageant gdid fuq il-hajja ta’ San Gorg. Dan ittella’ fuq iz-zuntier tal-Knisja Arcipretali ta’ San Gorg Martri. Stagun Teatrali 2002 / 2003 Settembru 2002 – Wara Sajf mimli attivitajiet socjali biex ihallu fondi ghal musical ‘Georgius’, l-ewwel bicca xoghol ghal kumitat kienet li jaghzel ir-recording studio ghar-recording tal-musical kif ukoll li jaghzel il-kantanti principali li se jiehdu sehem fih. 19 t’Ottubru – Ipprezentajna Kummiedja ‘Id-Dar tan-Namur’ fis-sala Guze’ Galea. 23 ta’ Novembru – Ipprezentajna Dramm ‘Rega Fegg id-Dawl’ fis-sala Guze’ Galea. Dicembru – Saru l-ewwel auditions biex jintghazlu l-kantanti ghal musical ‘Georgius’. 11 ta’ Jannar 2003 – B’kollaborazzjoni mall-Kunsill Lokali Qormi tellajna festival ta’ talenti ‘Qormi Talent Fest’ fl-Oratorju Sagra Familja. APRIL 2003 WIRJA HAJJA HAMIS IX-XIRKA U GIMGHA KBIRA “GHAMLU DAN TIFKIRA TIEGHI” FL-ORATORJU SAGRA FAMILJA 19, 20,21 TA’ GUNJU 2003 LULJU 2003 SENA TEATRALI 2003-2004 OTTUBRU 2003 FRAR 2003 SERATA FID-DAY CENTRE GHAL L-ANZJANI 3 TA’ APRIL 2004 8 U 9 TA APRIL 2004 16 TA’ GUNJU 2004 SENA TEATRALI 2004-2005 OTTUBRU 2004 FRAR 2005 19 U 20 TA’ MARZU 2005 24 U 25 TA’ MARZU 2005 14 TA’ MEJJU 2005 EUROVISION FUQ BIG SCREEN L-ORATORJU SAGRA FAMILJA 16 TA’ GUNJU 2005 SENA TEATRALI 2005-2006 OTTUBRU 2005 4,10,12 TA’JANNAR 2006 FRAR 2005 MALTA SONG FOR EUROPE FUQ BIG SCREEN L-ORATORJU SAGRA FAMILJA 8 U 9 TA’ APRIL 2006 13 U 14 TA’ APRIL 2006 13 TA’ MEJJU 2006 15 TA’ GUNJU 2006
FRAR 2006 MALTA SONG FOR EUROPE FUQ BIG SCREEN FL-ORATORJU SAGRA FAMILJA 31 TA’ MARZU / 1 TA’ APRIL 2007 5 U 6 TA APRIL 2007 12 TA’ MEJJU 2007 16 TA’ GUNJU 2007
17 TA’ NOVEMBRU 2007
16 TA’ MARZU 2008 20 U 21 TA MARZU 2008 18 T’APRIL 2008 |
| N.B. Ghadha ma ntbaghatet ebda informazzjoni fuq din l-ghaqda, min ghandu xi ritratti jew informazzjoni jista' jibghat fuq info@cittapinto.com |
![]() |