![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Sa mit-twaqqif taghha fl-1979, l-Ghaqda tan-Nar San Sebastjan dejjem kellha rabta specjali mal-festa ta' San Sebastjan. Wiehed mill-fatturi ghaliex il-festa ta' San Sebastjan baqghet izzid fil-popolarita' kien minhabba n-nar li hareg minn idejn membri fi hdanha tul dan iz-zmien li ghadda. Harsa lejn l-istorja turina li fl-ewwel zminijiet meta l-parrocca ta' San Sebastjan saret parrocca, kien hemm post legali fejn jinhadem in-nar. Dan kien fl-inhawi tar-Rabbat fejn illum hemm l-iskola tat-tfal bil-bzonnjiet specjali. Pero' jissemmew hafna nhawi fejn il-pijunieri Qriema Bastjanizi tal-Piroteknika kienu jhawdu xi haga minn taht. Hekk jissemma post fejn hemm l-Irxoxt hdejn il-wied, post f'Wied it-Tigieg, post hdejn Triq il-Vitorja. Post fejn hemm Misrah iz-Zebbuga u li qabel kien hemm hafna pal tal-bajtar u sahansitra fejn illum hemm iz-zuntier kien hemm kamra li kienu juzawha bhal speci ta' klabb tal-bocci u hemm kienu jhawdu xi haga ukoll. In-nar ma kinx ikun fi kwantita' u kwalita' kif nafuh illum. Kienu jaraw kif jiddubaw xi materjal minn hemm u minn hawn. |
![]() |
Jinghad li darba Indri Briffa miet kawza ta' spluzjoni
tan-nar, waqt li beda jiftah bomba tal-gwerra biex jiehu l-materjal. Wara
dan kien hemm ohrajn li hadmu n-nar fosthom jissemmew Gamri hu Indri,
Nettu Briffa, il-Liru, iz-Zunzanju, Karmenu Baldacchino, l-ahwa Facciol,
Ganni l-Gimmi, Leli u Fredu Marsusu, George il-Maghluba, il-Bzaru u ohrajn.
Fost dawn jispikkaw il-Baldass (wiehed mill-ahwa Facciol) u George Vella
l-Maghluba. Dawn it-tnejn mietu bit-tragedja tan-nar b'dan ta' l-ahhar
fil-kamra personali tieghu. |
Il-kamra tan-nar fejn nafuha illum, li nsibuha fuq
l-gholja int u diehel fil-wied il-kbir taf lil Baldassere jew kif kien
maghruf Baldass Facciol. Wara li kien hemm zmien fejn in-nar kien isir
'l hawn u 'l hinn u forsi kultant jinxtara minn irhula ohra, nhar l-21
ta' Jannar 1979 tbierket il-kamra tan-nar u hawn kien il-bidu veru tal-piroteknika
Bastjaniza, pijunieri kien hemm l-istess Baldassere, Karmnu tal-Bzar,
Jimmy Calafato, Twanny Seychell u ohrajn li ghadhom jaghtu sehmhom illum.
Minn dak inhar 'l hemm il-qalbiena piroteknici tawna hafna gost bil-wirijiet
spettakoalri taghhom. Zminijiet ta' diqa kien hemm ukoll bhal ngjhidu
ahna l-ispluzjoni li kien hemm nhar Santa Marija li ghamlet hsara konsiderevoli
fil-kumpless, u dik l-ispluzjoni li ghalkemm mhux kbira halliet mejjet
lil Baldass. Minn wara l-mewta tal-Baldass, l-Ghaqda tan-Nar kellha issofri
zewg incidenti sfortunati li f'wiehed minnhom halla ukoll vittma iehor.
Fis-sena 2003 meta fil-15 ta' Settembru sajjetta laqtet il-kumpless u
tista' tghid farrkitu ghal kollox izda hadd ma wegga'. Bil-qlubija ta'
kulhadd, il-kumpless rega' nbena. It-tieni incident sfortunat halla vittma
lil Charles maghruf mal-Qormin bhala tal-Masmarun, meta waqt li kien qed
inaddaf il-pressa tal-Istilla ezattament wara l-festa ta' San Sebastjan,
waqghet fuqu bil-konsegwenza li qatlitu. |
Izda mal-mumenti ta' dieqa, l-Ghaqda tan-Nar rat ukoll diversi successi u harqiet li baqghu jissemmew fosthom il-famuza harqa tal-1986, kif ukoll successi fil-festival tan-Nar li jsir fil-Port il-Kbir. Min-naha tal-Ghaqda tan-Nar, tkun ghaddejja fi process kontinwu matul is-sena kollha u dan jibda l-ghada stess tal-festa. Sabiex jithejja programm kbir ta' nar, bejn festa u ohra jitfassal pjan halli b'hekk jitqassmu sew l-affarijiet, bhal nghidu ahna attivitajiet ghall-fund raising, xiri ta' materjal, tahlit, brim ta' skratac, mili ta' beraq, mili ta' funtani u gassijiet, tqattiegh ta' stilla, tidwir ta' centri, irbit tal-murtali, tixmix tal-qsim, immuntar, irbit finali, ghoti ta' tiri u kumnikar ta' nicec, inkartar, zebgha u hafna xoghol iehor. Sabiex isehh dan wiehed jista' jifhem li l-membri tal-ghaqda jaghmlu dan f'hin twil ta' silenzju 'l boghod mill-familji taghhom u jissograw hajjithom sabiex iferrhu lil haddiehor fil-festa. J'Alla li din l-Ghaqda bhal kull Ghaqda tan-Nar li nsibu fil-Gzejjer Maltin, tinheles minn kull incident li jista' jkollu l-vittmi waqt li jkollha aktar snin ta' successi. L-Ghaqda tan-Nar San Sebastjan ghandha wkoll websajt li hija : http://www.stsebastianfireworks.org Siltiet mehuda u addattati mill-ktejjeb li l-Ghaqda tal-Armar San Sebastjan harget ghall-festa 2004. Wiehed mill-artiklu miktub minn Mario Micallef |
Innu Marc Ghaqda tan-Nar San Sebastjan Lil din l-Ghaqda tan-Nar taghna Murtaletti bil-murtali Lil din l-ghaqda tan-nar taghna Ghalhekk ahna prosit nghidu Trio: Ritornell: Versi: Charlo Spiteri Muzika:
Mro Sebastian Camilleri |
| N.B. Minghandu xi ritratti dwar l-Ghaqda tan-Nar San Sebastjan, gentilment jibghathom fuq info@cittapinto.com |
![]() |