L-Ghaqda tan-Nar 23 t'April hija l-ghaqda principali tan-nar li tiehu hsieb tahdem in-nar ghall-festa ta' San Gorg Martri. Izda din l-ghaqda tan-nar tiehu hsieb ukoll li tahraq ukoll murtali kemm fil-festa liturgika ta' San Gorg fit-23 t'April, fil-festa tal-Ghid il-Kbir, fil-festa tal-Madonna tal-Hlas u anke' fl-Ewwel tas-Sena. Tul is-snin din l-ghaqda kellha l-mumenti sbieh u anke' sfortunatament mumenti koroh fejn anke' tilfu hajjithom membri fi hdan l-ghaqda tan-nar.

Matul is-sena din l-ghaqda tahdem in-nar ghall-festa ta' San Gorg b'mod specjali bis-sehem ta' membri volontarji taht it-tmexxija fil-prezent tal-licensee Alfred Falzon. Izda matul is-sena l-Ghaqda tan-Nar 23 t'April, torgnizza ukoll bl-ghajnuna tal-helpers nisa, diversi attivitajiet ta' 'fund raising' fosthom 'coffee mornings', ikliet, 'diner dances', barbikjus, u lotteriji.

 

Mument sabih li sehh fi hdan l-ghaqda kien fis-sena tal-festi centinarji tal-qaddis San Gorg Martri. Fis-sena 2003, ezattament fis-7 ta' Dicembru kien sar pelleginagg bl-istatwa ta' Maria Immakulata ghall-Kamra tan-Nar, b'ringrazzjament ta' l-ghajnuna li l-Madonna ixxered fuq il-membri prezenti tul iz-zmien. Il-vara kienet ittellghet minn hdejn il-knisja, merfugha mill-membri tal-hames fratellanzi u membri tal-kamra tan-nar. Il-purcissjoni kienet baqghet tielgha sa hdejn il-kamra b'mod devozzjonali. Meta waslet hdejn il-kamra tan-nar intlaqghet bil-kant marjan u tpoggiet fuq l-istrippi u saret quddiesa mill-Arcipriet Dun Frans Abdilla b'sinjal ta' ringrazzjament. F'din l-okkazzjoni gew ukoll imfakkra dawk il-membri li mietu tul diversi dizgrazzji li kienu sehhu fi hdan l-Ghaqda tan-Nar 23 t'April.

 

Tislima lill-Ghaqda tan-Nar '23 t’April'

Waslet l-akbar festa mistennija;
Tal-Patrun San Gorg missier hanin.
F’Malta maghrufin; kemm niccelebraw,
Dawn il-granet sbieh, ahna l-Qormin.

Fostna jigu bosta jgawdu maghna.
Jitpaxxew bil-loghob tan-Nar sabih.
Frott idejn Qormin; xoghol b’sengha mahdum
Lill-Qaddis Patrun b’tislim u gieh.

Naghtu hajr lill-GHAQDA kbira taghna,
Bl-isem gdid ‘T’APRIL TLIETA GHOXRIN’.
Fuq ilsien kulhadd; ghas-sehem taghna kbir,
Lejn il-festa, gawhra tal-Qormi

San Gorg itfa’ dik harstek hanina.
Zomm ‘l uliedek fl-GHAQDA maghqudin.
Lil dal-qalbieni, hares mit-tigrib,
Ghax bl-imhabba ghalik mixghulin.

TRIO (darbtejn)
Xi sbuhija,
B’dik id-dija,
F’sema kollha lwien.
Fjur lil GORGI; gej mill-qalb theggeg nirien,
B’murtaletti, bil-murtali, tal-kulur;
Jaghmlulna unur;
U kburin
Lill-Qormin.

Kliem: George Bianchi
Muzika: Mro. Archie Mizzi A. Mus. LCM.

Taghrif migbur u addatat minn artikli li dehru fil-kotba li l-Ghaqda tan-Nar 23 t’April tohrog matul il-festa ta' San Gorg Martri

 

N.B. Minghandu aktar informazzjoni fuq l-Ghaqda tan-Nar 23 t'April, ritratti u l-istorja tal-ghaqda, jista' jibghathom fuq: info@cittapinto.com