Fis-sena 1893, f'Malta qamet kwistjoni dwar il-legati taz-zwieg u minnha hargu zewg opinjonijiet. Dawn infirxu mal-irhula u l-ibliet kollha. F'Hal Qormi din il-kwistjoni holqot firda fil-Banda Pinto u nhar is-7 t'Ottubru tal-istess sena twieldet il-Banda San Gorg Martri. Il-banda l-gdida imlaqqma 'Tal-Werqa' kisbet popolarita' kbira u isimha twahhad mal-festi kollha tal-gzejjer Maltin. Sintendi f'Hal Qormi minbarra l-festa titulari bdiet tiehu sehem shih fil-Gimgha Mqaddsa kif ukoll fil-festi sekondarji li kienu jsiru fil-Belt Pinto. Tul is-snin sehhew bosta grajjiet u se nsemmu biss dawk ta' interess generali. Dawn huma:
1896 Fl-okkazzjoni ta' meta nxteghel l-ewwel darba l-luce elettriku, il-banda giet mistiedna ddoqq Programm Muzikali fi Pjazza Regina l-Belt.

1897 Is-sena gubilari li fiha gie mfakkar is-sittin sena tar-renju tar-Regina, nhar it-22 ta' Marzu, fl-istess misrah fil-Belt, il-Banda esegwiet Programm Muzikali iehor.

1920-24 F'dawn is-snin taw avveniment importanti fil-kazin. Is-Surmast Nikol Montebello kkompona is-seba' Valzi tradizzjonali tal-Ghid il-Kbir li huma meqjusa fost l-aqwa tax-xorta taghhom. Mhux biss il-poplu Qormi jkun qed jistennihom imma wkoll id-delettanti Maltin.

1934 Nhar is-6 ta' Mejju, l-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri dahlet fil-post fejn qed tghammar illum u dan il-lokal xtratu fit-18 ta' Marzu, 1984 b'att pubbliku quddiem in-Nutar Gerard Spiteri Maempel.
1945 Il-Banda San Gorg Martri kienet l-ewwel banda li daqqet programm f'xandira diretta fuq ir-Rediffusion.
1965 Fil-Gimgha l-Kbira fuq inizzjattiva ta' Mro. Abel J.Mizzi hargu jdoqqu ghall-ewwel darba mal-banda, tlett tfajliet li fethu t-triq ghall-bqija tal-baned l-ohrajn.
1980 Sar kuncert vokali u strumentali taht id-direzzjoni ta' Mro Abel J. Mizzi fl-Istitut Kattoliku bil-partecipazzjoni tas-soprano Catherine Gauci, it-tenur Andrew Sapiano, u l-baritonu Joe Fenech.
1982 Fid-19 ta' Mejju, il-banda San Gorg daqqet flimkien mal-Banda Pinto fil-funeral tal-vittmi tan-nar, tal-kamra tal-parocca ta' San Gorg. Jumejn qabel kienet sehet spluzjoni fil-kamra u mietu tlieta min-nies, Nenu Zammit, Guzeppi Agius, Johnny Cefai.
1983 Il-hadd filghodu, 30 ta' Mejju, il-Banda hadet sehem b'marc fl-okkazjoni tal-ftuh u t-tberik tal-knisja ta' San Bastjan.
1983-84 Il-Banda Werqista rebhet il-konkors tal-baned li tnieda mill-Ministeru tal-Kultura, u nghatat il-gieh tal-'Banda tar-Repubblika'.
1993 Daqqet l-ewwel darba l-Brass Band taht id-direzzjoni tal-Asst. Surmast Mario Testa.
1997 B'tifira tal-hamsin sena mid-dhul fil-kazin tal-istatwa ta' San Gorg tal-Gebla, nhar it-28 t'Ottubru, il-banda ghamlet kuncert vokali u strumentali b'kolloborazzjoni mal-Kunsill Lokali, fis-Sala Sir Temi Zammit, fl-Universita', bil-partecipazzjoni tas-Soprano Miss Rosabelle Bianchi u l-Kor Exultate Domino.
2001 Fit-3 ta' Marzu, l-banda giet mistiedna ddoqq fil-ftuh ufficjali tal-binja l-gdida fl-isptar tal-anzjani, San Vincenz de Paule.
2001 Fis-26 ta' Dicembru, l-banda taghna kienet l-ewwel banda li dahlet tferrah it-tfal morda fl-isptar San Luqa, fejn tqassmulhom xi rigali fil-prezenza ta' Father Christmas.
2002 Beda t-tibdil strutturali fil-kazin, meta ssaqqfet il-bitha u nbnew zewg swali kbar u basement.
2003 Il-Hamis 9 ta' Jannar, f'seduta tal-kumitat no.32, gew approvati l-versi l-godda tal-Innu tal-Banda miktuba mill-Vici President tas-Socjeta', is-Sur George bianchi, liema versi saru fuq ix-xewqa tal-istess kumitat.
2003 Is-Sibt 28 ta' Gunju, l-ewwel dehra ta' Mro. Mario Testa, bhala surmast direttur fil-Programm tradizzjonali ta' lejlet il-festa li kien taht il-patrocinju tal-Agent President ta' Malta, it-tabib Gorg Hyzler. Novita' f'dan il-programm ghax kellna l-partecipazjoni tal-Ghaqda tan-Nar 23 t'April. F'dan il-programm tradizzjonali indaqq ghal-ewwel darba minn banda Qormija, l-Innu tal-Belt Pinto, versi tal-Kav.Gorg Bianchi u muzika ta' Mro. Sebastian Camilleri. Izzanznu wkoll il-versi godda tal-Innu tal-Banda, miktubin ukoll minn Gorg Bianchi u tkantaw mill-kor 'Chorus Urbanus' li kien taht id-direzzjoni ta' Mro. John Galea. Il-banda dejjem taht id-direzzjoni ta' Mro Testa. F'din is-serata ukoll indaqqet l-Overture 1812, li jista' jitqies bhala avviniment gdid ghall-parocca taghna ghax matukha gew sparati l-murtali minn fuq il-bjut tal-Misrah San Frangisk, xoghol l-Ghaqda tan-Nar 23 t'Apri. Indaqq u tkanta ghall-ewwel darba, l-innu l-gdid ta' San Gorg Martri 'L-ghaxqa taghna' (B'tifkira tac-Centinarju) kompozizzjoni tas-surmast direttur Mario Testa u versi tas-sur Gorg Bianchi.
2003 Is-Sibt 4 t'Ottubru: sar kuncert vokali u strumentali taht id-direzzjoni ta' Mro.Mario Testa, b'kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali, bil-partecipazzjoni tas-sopran Rosabelle Bianchi, t-tenur Francis Mangion u l-kor Mirabitur fl-Istitut Kattoliku l-Furjana. Fejn l-istess serata, taht il-patrocinju tas-Sindku Roderick Galdes, izzanznet kantata bl-isem ta' 'Gawhra Prezzjuza' versi ta' Gorg Bianchi u muzika ta' Mro. Ray Scibberas.
2003 Fl-4 ta' Novembru, il-banda taht id-direzzjoni ta' Mro. Mario Testa hadet sehem f'akkademja Musico-letterarja bhala parti mil-gheluq tal-Festi Centinarji li saru fil-knisja arcipretali taht il-patrocinju ta' l-Arcipriet Dun Frans Abdilla. Hadu sehem is-soprano Rosabelle Bianchi, it-tenur Francis Mangion, u l-baxx Albert Buttigieg, bis-sehem tal-kor tal-parrocca taht id-direzzjoni ta' Mrs Angelica Xuereb. F'din l-akkademja l-ghalliema Jo Therese Deguara dderegiet l-innijiet tal-ftuh u b'hekk saret l-ewwel tfajla li mexxiet ufficjalment lill-banda taghna.
2003 Fid-19 ta' Dicembru ittellghet serata 'Jum il-Genituri', mill-Kummisjoni Banda u l-banda tmexxiet mill-Asst. Surmast Joseph Belli u l-ghalliema Jo Therese Deguara u l-kelliemi ewlieni mistieden kien il-Profs. Charles zammit F.L.C.M. fis-sala tal-kazin. Wara saret bibita lill-mistednin.
2004 Fis-17 ta' Dicembru, saret serata muzikali fis-sala-kazin mill-Kummisjoni Banda fl-okkazjoni ta' 'Jum il-Genituri' ta' l-allievi.l-banda tmexxiet mill-Asst. Surmast Joseph Belli u l-ghalliema Jo Therese Deguara. Bhala mistieden specjali kien hemm Mro.Ray Scibberras F.L.C.M. Kelliema ohra kienu s-Surmast Direttur Mario Testa E.I.H.E. (HC) li rregala lill-ghaqda taghna ghadd ta' bicciet muzikali mill-arkivju tal-kazin u l-president s-Sur Lawrence Montabello. F'din il-lejla , ippartcipa t-tfajjel kantant bravu Matthias Brancaleone bil-kanzunetta 'Caro Gesu' Bambino'. Wara saret bibita ghal dawk prezenti.
2005 Fit-23 t'April, il-banda ghamelt is-soltu marc tradizzjonali taghha f'dan il-Jum ghaziz. Kienet l-unika banda li harget tferrah fit-toroq Qormin.
2005 Fl-24 t'April il-banda daqqet fl-okkazzjoni tal-Arcipriet il-gdid, il-Kanonku Anton Cassar.
2005 Fit-18 ta' Marzu, f'Jum id-Duluri, il-kummisjoni zghzagh werqistifi hdan l-ghaqda taghna harget l-ewwel publikazzjoni taghha 'Qlub Gorgjani'.
2005 Il-Gimgha 6 ta' Mejju, fl-oratorju: Festiv Sagra Familja, il-banda werqista taht id-direzzjoni ta' Mro.Mario Testa daqqet programm sinfoniku, biex tfakkar il-mewt taz-zewg eks-surmastrijiet li kellha l-banda taghna, Mro Nikola Montabello li miet 75 sena ilu, ezattament bhal lum, kif ukoll ta' Mro. Ganni Vella li halla dan il-wied tad-dmugh fi Frar ta' 50 sena ilu. Bhala solista fuq il-klarinett daqqet Ms Jo Therese Deguara ghalliema u bandista tal-post. Fl-istess programm is-sur Gorg Bianchi qara poezija tal-okkazjoni miktuba minnu stess. Bhala comperes kienu s-Sur Neville Mangion u Miss Roena Scibberas. Il-programm kien taht il-patrocinju tal-Arcipriet il-kanonku Dun Anton Cassar. Waqt l-istess serata, is-segretarju s-Sur Joseph Cauchi f'isem il-banda 'La Vittoria' tal-Mellieha, fejn kien surmast ukoll Mro.Nikola Montebello, ipprezenta lill-Ghaqda ghall-arkivju taghna kopji ta' diversi siltiet muzikali li kkompona dan il-bravu kompozitur Qormi, Nikola Montabello. F'din l-istess serata ulied il-mibki Ganni Vella rregalaw lill-ghaqda it-trumbun, l-istrument li kien idoqq bih missierhom biex jinzamm fl-arkivju taghna bhala tifkira. Gest sabih hafna li l-kumitat taghna apprezza.Wara sar riceviment ghall-mistednin fis-sala tal-kazin.
2005 Fil-25 ta' Mejju, Jum Hal Qormi, il-banda taghna taht id-direzzjoni ta' Mro. Mario Testa hadet sehem flimkien maz-zewg baned l-ohra Qormin fuq stedina tal-Kunsill lokali. Il-programm bandistiku sar fil-pjazza tat-tribuna ta' Pinto li ghalih kien mistieden il-President ta' Malta Dr.Eddie Fenech Adami.
2005 Fil-25 ta' Gunju, lejlet il-festa, il-programm tradizzjonali tal-Banda taht is-Surmast Testa. Hadu sehem il-Kor Mirabitur imexxi minn Miss Simone Attard, il-kantanti-pop William Mangion u Ms.Gloriana Arpa flimkien mat-tenur Francis Mangion u l-baxx Albert Buttigieg. Dan il-programm li kien taht il-patrocinju tas-Sur clive Mcnally, Manager tal-kumpanija B.M.C. tmexxiet mis-Sur Gorg Saliba. Hadet sehem l-ghaqda tan-nar 23 t'April, billi waqt xi siltiet muzikali fosthom l'Aida sinkronizzat man-nar. Kellna diversi mistednin distinti fosthom l-Arcipriet Dun Anton Cassar, membri parlamentari, is-sindku s-Sur Jesmond Aquilina u bosta kunsilliera u l-bqija tal-ghaqdiet tal-parrocca.
2005 Fis-17 ta' Lulju, bhal kull sena f'dawn l-ahhar snin, fuq stedina tal-kazin banda La Stella, ta' Ghawdex, il-banda taghna taht id-direzzjoni ta' Mro.Mario Testa telghet idoqq fil-marc ta' filghodu, fil-festa tal-patrun San Gorg Martri.Ghadd kbir ta' partitarji Werqisti akkumpanjawna bil-briju allegruz taghhom.
2005 Il-Gimgha 7 ta' Ottubru, il-banda taghna taht id-direzzjoni ta' Mro.Testa fakkret Jum is-Socjeta bi programm imzewwaq quddiem sala mimlija Werqisti. Hadu sehem fit-tmexxija tal-banda l-assistent Jos.Belli u l-ghalliema Jo.Therese Deguara. B'talba generali ndaqqet is-silta muzikali '17 ta' Mejju 1982' kompozizzjoni tas-Surmast direttur u kitba tal-bandist Gorg Bianchi, u li nqrat mis-Sur Mario Camilleri. Din il-lejla tmexxiet mis-sinjura Elisa Fenech u l-bandisti solisti Peter Cini, Joseph Zammit u Pawlu Grech. Fost il-mistednin kellna lill-Arcipriet Dun Anton Cassar, is-soprano Rosabelle Bianchi, it-tenur Francis Mangion u l-kumitat tal-banda Pinto, flimkien mal-benefatturi, l-membri onorarji u Emeriti.
2005 Il-Hadd 16 t'Ottubru, issejhet laqgha straordinarja ghas-soci fejn sar qbil li ssir elezzjoni bikrija ghall-kumitat gdid, fix-xahar ta' Novembru ta' din is-sena minflok tithalla ghall-Frar tas-sena d-diehla, kif kienet ippjanata.
 

Il-Presidenti tas-Socjeta kienu dawn: Guzeppi Farrugia (Fundatur) 1893-1895, Emanuele Farrugia 1895-1904, Anton Stivala 1904-1911, Robert Bencini 1911-1920, Emanuel Mizzi 1920-1924, Fortu Ellulu P.L. 1924-1950, Avukat Gorg Zammit 1950-1972, Kan.Dun Gorg Bonello 1972-1974, Victor Formosa 1974-1978, Ismael Mizzi 1978-1990, Nutar J.P. Haymann 1990-1995, Nutar R.Vella Baldacchino 1995-1996, Kan.Dun Gorg Bonello 1996-1998, Mario Demicoli 1998, Joe Caruana 1999-2002, Law.Montebello 2002-

Is-Surmastrijiet Diretturi tal-banda kienu dawn: Guiseppe Portelli/Gorg Zarb 1893-1894, Carmelo Abela 1894-1898, Vincenzo Carabott 1898-1906, Nikola Montabello 1906-1924, Giovanni Vella 1924-1950, A.Muscat Azzopardi A.(Mus) LCM 1950-1963, Abel J.Mizzi A.(Mus) LCM 1963-2002, Mario Testa Dp.Mus.E.I.H.E.(HC) 2002-

Il-websajt tal-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri hija: www.kzwqriema.com

L-indirizz huwa: Ghaqda Muzikali San Gorg Martri, Triq il-Kbira, Qormi. Malta

Taghrif migbur u mizjud mis-Sur Gorg Bianchi mill-istorja tal-kazin miktuba mis-Sur Joe F. Grima Ph.D.M.A.Dip.Educ.,MIM.

Innu tal-Banda San Gorg Martri

B’hajr u qima din ghanjetna
Qed ninsgulek herqanin.
Bik niftahru ghax mill-baned,
Dejjem kont fost l-ewlenin.

Ma’ twelidek sirt bhal warda,
B’lehnek tfewwah kullimkien,
Sraqt il-qlub ta’ wlied Belt Pinto
u ntrabatt maghhom maz-zmien.

Kemm hawnhekk u ‘l boghod minn xtutna,
Ghalik biss kliem ta’ tifhir,
Waqt il-marci u l-programmi
In-nies tilqghek b’capcip kbir.

Kien hemm waqt li wrejtna hiltek,
Meta dhalt f’konkors mal-kbar.
Naqqaxt ismek b’ittri mdiehba;
B’rebha kbira fuq l-ahjar.

Ghax San Gorg li jzejnek b’ismu
B’qawwa b’hila zgur jaghnik.
Bih magenbek tasal teghleb
Lil min johlom li jbaxxik

Inti l-gieh ta’ belt twelidna,
Fejn b’Tal-Werqa wkoll naghrfuk.
Il-Werqisti bhala wliedek
Inweghduk f’kull hin nghozzuk.

Versi: Gorg Bianchi 31/12/2002
Muzika: Mro.Anton Muscat Azzopardi

N.B. Minghandu xi ritratti fuq l-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri, gentilment jibghathom fuq info@cittapinto.com