L-ghaqda kadenzi twaqqfet fis-6 ta’ Ottubru 2002 ghall-ghannejja u d-daqqaqa maltin bil-hsieb li jaghmlu hilithom u jiehdu l-inizjattiva u sehem f’attivitajiet kulturali fl-oqsma kollha tal-hajja, anke b’kollaborazzjoni mal-Kunsill ghall-Kultura u l-Arti. Il-membri marbuta li jzommu ruhhom aggornati fl-oqsma kollha kulturali jew f’aspetti li jinteressawhom, bhall-ghana u d-daqq u jikkonsultaw ma’ xulxin dwar oqsma ohra li jinteressaw lil haddiehor.
Jistghu jissiehbu fl-ghaqda z-zghazagh u l-adulti kollha, xebbiet u guvintur, irgiel u nisa, li jhossuhom impenjati ghall-kultura generali ta’ l-ghana u ghall-kultura maltija. Ghalhekk jistghu jissiehbu l-ghannejja u d-daqqaqa anzjani daqskemm dawk li huma promettenti. Bl-approvazzjoni tal-kumitat centrali jistghu jissiehbu studenti, studenti universitarji u gradwati wkoll. Imma l-ghaqda trid tibqa’ mmexxija mill-ghannejja u d-daqqaqa. Bl-ghajnuna tal-Kunsill Lokali ta’ Hal Qormi, kemm tal-Kunsill ta’ qabel immexxi mis-Sindku s-Sur Roderick Galdes u mill-Kunsill ta’ prezenti mmexxi mis-Sur Jesmond Aquilina, l-ghaqda ghandha c-centru taghha fil-kumpless tat-Teatru Grieg, Vjal de la Cruz, wara l-Knisja ta’ San Bastjan. Minn Frar 2004 bdew isiru l-laqghat tal-kumitat li jmexxi l-ghaqda u s-serati tal-ghana, anke f’gieh l-ghannejja anzjani. L-ahhar wahda saret f’gieh Zaru Muscat ta’ l-Imgarr u l-klabb kien imballat bl-ghannejja u d-dilettanti ta’ l-ghana minkejja s-shana qawwija ta’ Awissu. Is-serati qed jiswew ukoll biex jithajru t-tfal u z-zghazagh ghall-ghana u fuq hekk l-ghaqda qed tahdem b’herqa u b’impenn shih.
Kadenzi diga bniet rabtiet qawwija ma’ l-ghaqdiet u organizzazzjonijiet Ewropej ta’ l-ghana spirtu pront. L-iktar wahda prestigjuza kienet f’Awissu 2004, meta l-President ta’ l-ghaqda, Dr. George Mifsud Chircop inhatar segretarju generali ta’ l-ghaqda ta’ l-ghannejja improvvizaturi Ewropej waqt il-festival Vis Musicae li sar Catanzaro u li fih hadu sehem bl-ghana taghhom. Wiehed minnhom, Joe Grech ir-Ruxxan, li huwa wkoll membru ta’ l-ghaqda, inghazel l-aqwa ghannej ta’ l-ispirtu pront fil-festival. Il-kompetizzjoni saret apposta fost it-tminn pajjizi li hadu sehem. Dan is-success ifisser gieh kbir ghal Malta, ghall-ghaqda kadenzi, u ghall-hidma shiha tal-kumitat organizzativ taghha. Radd-il hajr mill-qalb imur ukoll ghall-Kunsill Lokali ta’ Hal Qormi li wieghed lill-ghaqda kull ghajnuna fil-hidma taghha. Radd il-hajr ukoll lil bosta kumpaniji li ghenu u ghadhom jghinu lill-ghaqda, fosthom il-Grupp Tumas u l-Air Malta.
L-ghaqda qieghda tghin lil bosta ndividwi, lil bosta organizzazzjonijiet u lil bosta Kunsilli Lokali fil-kultura ta’ l-ghana, fosthom lill-Fiera Internazzjonali ta’ Malta, lil studenti universitarji f’Bay Street u l-Kunsilli Lokali tal-Gudja, ta’ Hal Lija, ta’ Hal Qormi, tal-Mellieha, ta’ Santa Lucija, ta’ Santa Venera u tan-Naxxar. Kadenzi thossha kburija li kellha tkun hi biex ghall-ewwel darba tal-Kunsill Lokali tal-Mellieha (is-6 ta’ Settembru 2004) u l-Kunsill Lokali ta’ Hal Qormi (l-24 ta’ Settembru 2004).