![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Meta wiehed iqabbel l-armar li kien jintrama qabel l-1984 ma' dak li jintrama llum il-gurnata ma jistax jichad li t-twaqqif ta' din l-Ghaqda kien success totali. Din l-Ghaqda kif se naraw iktar 'il quddiem twaqqfet fis-sena 1984 u minn dak iz-zmien sal-prezent, l-Ghaqda tal-Armar baqghet tahdem bla waqfien biex izzejjen it-toroq Qormin matul il-festa b'mod specjali, imma mhux biss. Illum il-gurnata l-membri l-membri tal-Ghaqda huma mpenjati f'hafna festi li jigu ccelebrati mill-knisja fil-parrocca ta' San Bastjan. Wiehed jista' jsemmi l-armar tat-toroq fil-Milied u fi zmien il-Gimgha Mqaddsa u l-Ghid il-Kbir, kif ukoll c-cenaklu li jsir mill-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi. L-Ghaqda tal-Armar fil-prezent ghandha zewg mhazen kbar fejn fihom jintrefa' l-armar, wiehed go Triq Spiteri Fremond li nfetah fis-sena 1986, u l-iehor aktar ricenti fi Triq il-Kbira. Il-mahzen il-gdid infetah fl-10 ta' Lulju tas-sena 1998, is-sena li waslu l-qniepen gewwa l-parocca ta' San Sebastjan. |
![]() |
Harsa ftit lejn l-istorja tal-armar fil-Parrocca ta' San Bastjan insibu zvilupp kbir. Meta il-parrocca kienet ghadha kemm giet imwaqqfa, armar tista' tghid ma kien hawn xejn ghax l-armar li kien jintrama fil-limiti taghha ghall-festa ta' San Gorg kollu ittiehed mill-parrocca matrici. Madankollu xorta kien hemm xi ndividwi li hadu hsieb isebbhu u jzejnu l-parrocca kif setghu. Dawn kienu Salvu l-Brun, Peppi u huh Gamri tal-Mosti flimkien ma' missierhom, l-ahwa Kons u Karmenu Baldacchino, Pawlu tal-Kalkara, Karmnu l-Awriss, tal-Bully ta' hdejn San Pawl, ta' Tentiela, tal-Majjistra, Leli tal-Hut, Lola tat-Tari, George Chircop, it-tfal ta' Konsu Baldacchino, hut Gino Mangion u ohrajn. Mhux ta' min ihalli barra lil Montesin li kien bniedem ta' sengha kbira u dejjem hadem xi armar, li hafna minnu llum insibuh kollu fil-parrocca ta' San Gorg. Bicca xoghol minn tieghu li baqghet hawn huwa s-salib tal-Madonna tad-Duluri. Dun Gino Mangion sakemm dam haj prova johloq kumitat tal-festa u f'dak li ghandu x'jaqsam mal-armar kien beda jsir l-gbir biex isiru l-pavaljuni ta' Triq San Sebastjan. Il-gbir kien isir minn Wenzu l-hajjat, George Debono (ex-surmast tal-banda) u iehor. Wara l-mewt hesrem ta' Dun Gino, kompla Dun Joe Borg u l-pavaljuni tlestew. Ftit wara gew sostitwiti minn pavaljuni ohra. Kien hawn li matul is-snin inhass il-htiega li jkun hawn xi haga organizzata. Fl-4 ta' Marzu, 1984 iltaqghu fil-kripta, u fil-prezenza ta' Dun Vincenz Borg li kien jirraprezenta l-Knisja gie iffurmat l-ewwel kumitat. Dan kien tista' tghid it-twelid ta' l-Ghaqda ta' l-Armar San Sebastjan. |
Matul iz-zmien, din l-Ghaqda tal-Armar
hadmet biex tista' tghid l-armar kollu li kien hemm inbidel ghal dak li
nafuh illum, kif ukoll kull sena jizzanznu opri godda, fosthom pavaljuni
u bandalori. L-ghaqda ta' l-Armar hadmet biex matul is-snin zejnet ir-rotta
minn fejn tghaddi l-purcissjoni bl-istatwa titulari ta' San Bastjan. B'mod
specjali nsibu numru kbir ta' pavaljuni, bandalori, statwi, u ma jonqos
li tissemma t-triq li msemmija ghall-patrun tal-parocca, igifieri Triq
San Bastjan, fejn hija armata b'sett angli bil-brazzi, kif ukoll trofej
sbieh hafna, flimkien ma' bandalori li jwassluna sa quddiem il-knisja
parrokjali fejn insibu zewg martirji, kif ukoll sett iehor ta' trofej
u bandalori, u fadal hafna xoghol iehor xi jsir biex tkompli tizzejjen
din il-parti bi tnax-il gastr quddiem il-Knisja. Imma l-armar ma nsibuhx
biss fit-toroq tal-purcissjoni, izda f'partijiet differenti tal-parrocca
li jkomplu joholqu dik l-atmosfera tant sabiha fil-festa ta' San Sebastjan
fejn insibu ukoll statwi ohra u diversi pavaljuni. |
Fi hdan din l-ghaqda insibu wkoll il-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi, li flimkien maghhom fis-sena 2005 fil-get together ta' l-ghaqda tal-armar li jsir Hadd qabel il-festa fil-mahzen stess, giet imniehda il-website tal-Ghaqda tal-Armar biex nies emigranti b'mod specjali, ikunu maghqudin u aggornati ma' u dwar l-Ghaqda tal-Armar. Il-Websit tal-Ghaqda tal-Armar San Sebastjan hija : www.armarsansebastjan.org L-indirizz huwa : Ghaqda Armar San Sebastjan, 31, Triq Patri Guzeppi Spiteri Fremond, Hal Qormi. Malta QRM11 |
| Siltiet mehuda u addattati minn artikli li dehru fil-ktejjeb li l-Ghaqda ta' l-Armar harget fil-festi 2004 u 2005 |
![]() |