![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Din l-Ghaqda Muzikali, hija l-iktar banda zaghzugha li ghandna gewwa Hal Qormi, imma ghalkemm ilha ftit zmien ikkomparata mal-ghaqdiet muzikali l-ohra, xorta wahda hija maghrufa sew kemm f'Hal Qormi, kif ukoll fil-gzejjer Maltin. Fil-fatt jekk inharsu lejn l-istorja taghha, naraw li fi ftit zmien halliet impatt importanti fil-qasam tal-muzika tal-baned f'Malta. |
![]() |
1987 - 1988 Kienet ilha tidwi x-xewqa fi qlub ta' bosta Qormin, biex hdejn il-Vitorja, jinfetah kazin tal-banda. U fl-ahhar din ix-xewqa saret realta'. Kien f'Settembru 1987 li intlahaq ftehim bejn il-Professur Antoine Agius u s-Sinjuri John Mary Spiteri, Carmelo Spiteri u Salvu Debono mal-Kumitat tal-Qormi Rockers Football Club. Ta' min jghid, li l-kumitat tal-Qormi Rockers kien jezisti. Biss il-kazin ma kienx jiffunzjona u ghal xi zmien kien maghluq ukoll. Dawn imbaghad u xi persuni ohra voluntiera, iltaqghu flimkien biex seta' jigi ffurmat kumitat provizorju. U bl-approvazzjoni ta' l-istess membri tal-Qormi Rockers F.C., dan il-kumitat gie mahtur. Bla telf ta' zmien, beda jahdem biex jibdel dan il-kazin minn Qormi Rockers F.C. ghall-Ghaqda Socio-Muzikali Anici. Kien hemm min haseb li f'Hal-Qormi ma hemmx il-htiega ta' kazin iehor tal-Banda. L-ghaliex hasbu li b'kazin iehor, il-festa ta' San Gorg ma tibqax hekk kbira u popolari. Ohrajn hasbu, li b'banda ohra, r-rahal jinqasam. Izda llum, il-Qormin jafu li minn dak l-ghidut kollu, ma gara xejn. Il-Banda twaqqfet u hadet l-isem ta' ANICI. Dan biex juri bic-car, li din zgur se tibqa' marbuta u mghannqa mal-Qaddis wisq mahbub taghna San Gorg. Din is-Socjeta' Anici, twaqqfet b'imhabba kbira lejn San Gorg u biex tkompli tkabbar il-festa ta' din il-Belt Pinto, li ssir ad unur il-Qaddis Patrun taghna u f'dak kollu li hu tal-Parrocca. |
L-Ewwel Dehra tal-Banda fil-Pubbliku
Sakemm id-dirigenti kienu qeghdin jirsistu biex l-isem
tal-kazin jinbidel minn Qormi Rockers F.C., ghall-Anici Band And Social
Club, il-banda bdiet tahdem u tirsisti biex issemma' lehenha u taghti
isimha. Malajr xoghol din il-hidma, ma damx ma ta l-frott tieghu. F' Dicembru
1987 giet stedina mill-Kumitat Festi Nazzjonali biex il-Banda Anici tiehu
sehem fil-festa ta' Jum ir-Repubblika. Din l-istedina ntlaqghet bil-ferh.
U hekk il-Banda Anici, ghamlet l-ewwel dehra taghha, fil-festa ta' Jum
ir-Repubblika li kien nhar il-Hadd 13 ta' Dicembru 1987. F'din l-istess
okkazjoni giet mistiedna wkoll il-Banda Nazzjonali La Vallette, biex flimkien
sar marc minn hdejn il-Palazz sa Bieb il-Belt. Din l-istedina, id-dirigenti
tal-Banda Anici aktar laqghuha bil-qalb. Dan ghaliex kienu se jibdew bit-tajjeb,
billi kienu se jiehdu sehem ma' banda stabbilita. U allura dak inhar kien
ta' unur kbir ghal din il-Banda li tiehu sehem maghha. |
| Dan sar bil-hidma habrieka taz-zewg deputati tal-Banda. Is-Sinjuri Joseph Spiteri u Victor Ciangura flimkien mas-Sur John Mary Spiteri. Huwa ta' sodisfazzjon li nghidilkom, li bejn regalati u mixtrija mill-fondi tal-kazin, is-Socjeta' Anici fl-ewwel ftit xhur mit-twelid taghha, kellha xejn inqas minn tnejn u tletin strument muzikali. Dawn qeghdin f'idejn l-allievi. Dawn jinkludu l-ewwel tliet strumenti regalati li huma l-katuba, piatti u tambur. |
Il-Banda fil-Karnival
Sadanittant regghet dahlet stedina ohra mill-Kumitat
Festi Nazzjonali, biex il-Banda Anici tiehu sehem fil-festa tal-Karnival,
li kienet saret fi Frar 1988. Il-Banda accettat din l-istedina u bil-hidma
tas-Sur John Mary Spiteri li hu d-Direttur Generali u bl-ghajnuna tas-Sur
Alfred Mangion sar il-kostum u l-karru li mmarcja wara l-Banda. Minn hawn,
malajr wiehed jinduna x' hegga kbira hawn f'din is-Socjeta' u li ghadha
qawwija sa llum. F' dan il-Karnival ta' l-1988 il-Banda kienet daqqet
erba' darbiet. Il-granet kienu l-Gimgha 12 ta' Frar, is-Sibt 13 ta' Frar,
il-Hadd 14 ta' Frar u t-Tlieta 16 ta' Frar. Il-Banda Anici kisbet it-Tielet
Premju fit-tliet kategoriji li huma: il-Banda, il-Karru u Allegrija li
din saret miz-zghazagh ta' l-istess Socjeta'. |
![]() |
|
Il-Ftuh Ufficjali tal-Kazin Anici Fl-ahhar il-jum wisq mistenni wasal! Kien is-Sibt 23 ta' April,1988, Jum il-Festa Liturgika ta' San Gorg, meta l-qlub ferhana tal-Qriema Gorgjani hargu mat-toroq ta' Hal-Qormi. Dawn iltaqghu hdejn il-Vitorja, biex jaraw it-twelid u l-ftuh ta' dan il-kazin gdid. Dan il-kazin, kif diga' ghidtilkom, gie mghammed bl-isem ta' ANICI. Intaghzel dan l-isem, biex id-dirigenti tas-Socjeta', juru bic-car, kemm din is-Socjeta' u San Gorg huma rabta wahda ta' mhabba li ma tinhall qatt. Il-ferh tal-poplu Qormi kompla jikber hekk kif sar il-ftuh mill-Agent President tar-Repubblika ta' Malta, l-Eccellenza Tieghu s-Sur Pawlu Xuereb. Konna onorati bil-prezenza tas-Sinjura Xuereb mart l-Agent President. |
It-tberik tal-kazin kien sar mill-Wisq
Mahbub Arcipriet tal-Parrocca ta' San Gorg, il-Kanonku Dun Karm Aquilina
Lic. D. Ghal din ic-cerimonja, kien prezenti wkoll il-Kappillan tal-Parrocca
ta' San Bastjan, il-Wisq Rev. Dun Vincenz Deguara, il-Vici tal-Parrocca
ta' San Gorg, il-Wisq Rev. Dun Lawrenz Zammit u xi sacerdoti tal-Parrocca.
Ghal din l-okkazjoni wkoll, kienu mistiedna l-Ministri, s-Segretarji Parlamentari
u d-deputati tas-sitt distrett miz-zewg nahat tal-Kamra. Kienu mistiedna
wkoll iz-zewg baned l-ohra ta' Hal-Qormi, dik ta' "San Gorg Martri"
u l- "Banda Pinto". Din ta' l-ahhar kienet rapprezentata mill-President
is-Sur Sebastian Debono u s-sur Vincent Peresso s-Segretarju. Dawn offrew
f'isem is-Socjeta' Pinto, rigal ta' tifkira.Flimkien mal-Poplu Qormi,
kienu mistiedna wkoll l-Ghaqdiet kollha tal-Belt Pinto u Socjetajiet Muzikali.
Kien jum tassew memorabbli u l-Poplu Qormi ta' rieda tajba, naqax din
id-data f'qalbu, b'ittri tad-deheb. |
Qabel il-ftuh u t-tberik, is-Socjeta' Filarmonika
Anici, maghrufin ta' L-ISTILLA, harget taghmel l-ewwel dehra taghha fit-toroq
tal-Belt Pinto. Din paxxiet lil dawk prezenti bil-marci sbieh ferrieha
li daqqet. Kienet saret ukoll gimgha ta' attivitajiet. Dawn kienu kompetizzjoni
tal-'Billiard' u Kompetizzjoni tad-'darts'. Il-finalisti rebbieha, kienu
nghataw il-premju mill-Prof. Antoine Agius, li f'din l-istess lejla ta'
premjazzjoni, l-President Prof. Antoine, irregala l-Qormi Football Club,
sett flokkijiet u oggetti ohra, b'konnessjoni mal-football. Dawn imbaghad
offrew rigal lis-Socjeta' Anici. Kien sar ukoll Disco ghaz-zghazagh fil-Kazin.
Kienet saret laqgha ghas-Soci fil-kazin mid-Direttur Spiritwali tas-Socjeta',
l-Arcipriet il-Kanonku Dun Karm Aquilina Lic. D. Saret ukoll loghba futbol
fil ground ta' Hal-Qormi, bejn iz-zghazagh u l-anzjani ta'l- Ex Qormi
Rockers. |
Festa San Gorg 1988
Il-Banda mbaghad regghet tat is-sehem taghha, billi daqqet
fl-ahhar Tridu tal-festa ta' San Gorg, li kien nhar il-Gimgha 24 ta' Gunju,
1988, u nhar il-festa tal-Qaddis Patrun, il-Hadd filghodu, 26 ta' Gunju,
1988, fejn ghamlet marci brijjuzi. Ta' min jghid ukoll, li ftit gimghat
mit-twaqqif ta' din is-socjeta', xorta wahda gie stampat ktieb b'sitta
u tletin pagna. Is-Socjeta' ghamlitu, biex is-Soci u l-Ammiraturi taghha,
turihom x'hejjitilhom ghall-granet tal-festa, halli tferrhilhom qalbhom.
Kien sar Bord Editorjali li kien kompost mill-Professur Antoine Agius,
President tas-Socjeta', is-Sur John Mary Spiteri, Direttur Generali u
jien, Carmel Bianchi. Lili hatruni bhala editur, kariga li ghadni nokkupa
sa llum. Hija bicca xoghol li nhares lejha b'serjeta kbira. U minkejja
l-impenji kbar li ghandi, lest naghmel kull sagrificcju. La nara l-fiducja
taghhom fija, jiena lest li naghmel dan is-sagrificcju, biex ta' kull
sena, nwassal dan il-lehen tas-Socjeta', lis-soci u l-Ammiraturi taghha. |
L-Innu tal-Banda
Meta l-fundaturi hasbu biex iwaqqfu s-Socjeta', hasbu
wkoll biex ikollha innu ghaliha. Ghaliex huma hassew li din il-Banda m'ghandu
jkollha xejn inqas minn socjetajiet ohra. U fraht mhux ftit meta gew ghandi
d-dar u wrew il-fiducja taghhom fija u talbuni nikteb l-Innu tal-Banda.
Jien accettajt. Tkellimt mas-Surmast Frank Galea F.L.C.M. li llum hu s-Surmast
Direttur u qalli biex nikteb erba' strofi. Kien l-Erbgha 7 ta' Ottubru
1987, nhar il-Festa tal-Madonna tar-Ruzarju, ktibt l-innu u ltqajna, Qrajtulhom,
u dlonk qaluli, "Prosit, Karm. . . .Sabih hafna u tmissux minn kif
inhu." U llum, jien ferhan u kburi li dawn il-versi li hargu minn
qalbi, qeghdin ifahhru lil San Gorg u lil din is- Socjeta' Anici. Dan
l-innu tal-Banda, indaqq ghall-ewwel darba, nhar is-Sibt 23 ta' April
1988, nhar il-festa ta' San Gorg u fil-ftuh ufficjali tal-Kazin. Jien
stampajt dan l-innu fuq diploma u poggejtu go kwadru. Dan imbaghad, jien
ipprezentajtu lill-President tas-Socjeta' l-Prof. Antoine Agius, waqt
ic-cerimonja tal-ftuh tal-kazin, biex jigi mdendel fis-sala tas-socjeta'. |
L-Ewwel Kumitat
Kien il-Hadd, 22 ta' Mejju 1988 li saret l-ewwel seduta
generali li fiha gie approvat l-istatut tas-Socjeta', u gew approvati
l-karigi fl-amministrazzjoni tas-socjeta'. Dawn kienu: Prof. Antoine Agius
LL.D., Ph. D. (C.P.U. California) Kt. A.S.G.M. (President), is-Sur Vincent
Mifsud (Vici President), is-Sur Carmelo Spiteri (Segretarju), is-Sur Pawl
Apap (Vici Segretarju), Is-Sur George Portelli (Kaxxier), is-Sur Charles
Micallef (Vici Kaxxier), is-Sur John Mary Spiteri (Direttur Generali),
is-Sur Charles Zammit (Vici Direttur Generali), is-Sinjuri Salvu Debono
u Carmelo Mallia (Membri), is-Sinjuri Joe Spiteri u Victor Ciangura (Deputati
tal-Banda) il-Wisq Rev.Arcipriet, Kan. Dun Karm Aquilina Lic. D.,(Direttur
Spiritwali), Mro Frank Galea, F.L.C.M. (Surmast Direttur), is-Sur Kenneth
Frendo (Assistent Surmast) u Kav. Paul Saliba P.L. (Legal Advisor). |
L-Ewwel Bandisti
Mal-ftuh tal-Kazin, inghaqdu minnufih l-ewwel seba' bandisti,
li flimkien mas-Sur Carmelo Spiteri li kien l-ewwel bandist, iffurmaw
il-banda. Dawn xieraq li nsemmi isimhom: Dawn kienu is-Sinjuri Joe u George
Spiteri, Charles Calleja, Alfred Mallia, George Agius, Victor Ciangura
u Raymond Debono. Aktar tard, komplew jinghaqdu s-Sur Angelo Caruana u
Emanuel Bezzina. Sadanittant, l-ghalliema ta' l-allievi, bil-hila u l-kapacita'
taghhom, irnexxielhom johorgu l-ewwel hdax -il bandist, imghallma fil-Kazin
Anici. Tajjeb li nghidu, li wiehed minn dawn, is-Sur Godwin Pace, kien
ga mharreg sewwa u anke kien daqq mal-Banda fil-Libja. |
L-Ewwel Fazi ghall-Bini ta'
Kazin Gdid
Sadanittant, il-Kumitat kien diga' qed ihoss il-htiega li jibdel il-kazin, minn wiehed qadim u mhux addattat ghal skop muzikali ghal-wiehed gdid u b'aktar kumdita' possibli. Kulhadd qabel ma' din l-idea ghaliex kulhadd kien qed ihoss, li s-Socjeta', aktar ma jghaddi z-zmien, aktar se tikber. Ghalhekk kien jenhtieg li jkun hemm bini xieraq. L-ewwel gebel qadim li beda jinhatt, kien proprju minn tliet persuni. Dawn kienu s-Sinjuri Alfred Borg, Frans Saliba u John Mary Spiteri flimkien ma' John Borg. Dawn bdew ihottu u jibnu skond il-pjanta li kien diga' hejja l-Kumitat. Iz-zghazagh li kienu jiffrekwentaw il-kazin, kif raw il-bidu ta' dan ix-xoghol, erhewlha jaghtu daqqa t'id, kemm fil-hatt u l-garr tal-materjal hazin. L-iskop tal-kumitat kien li, biex ma jaghlaqx il-kazin, minhabba l-bini, iddecieda li l-ewwel jibni l-parti ta' gewwa tas-sular ta' isfel. Imbaghad wara li jkun hemm il-mezzi, jinbena fuq barra u t-tieni sular. B'hekk is-soci setghu jibqghu jiffrekwentaw il-kazin regolarment. Dan il-bini tlesta u wara, l-kumitat beda jlesti u jhejji ruhu halli jigbor il-fondi, biex meta jkun il-waqt, titkompla t-tieni fazi. |
![]() |
Il-Banda fil-Festi
Wara ftit xhur biss mit-twaqqif tas-Socjeta' kellha zewg
stediniet ohra biex iddoqq fil-festi. Dawn kienu nhar l-Erbgha 10 ta'
Awwissu, 1988. Fl-okkazjoni tal-festa ta' San Lawrenz fil-Birgu. L-ohra
kienet dik ta' nhar il-Hamis 25 ta' Awwissu, 1988. Din kienet fl-okkazjoni
tal-festa ta' Marija Regina, fil-Parrocca tal-Marsa. |
Il-Banda ddoqq Barra x-Xtut Maltin Ghal ftit, il-Kumitat tas-Socjeta' haseb li se jerfa' l-istrumenti biex jistriehu. Imma mhux hekk kien! Ghaliex is-Socjeta' Anici kellha stedina mill-Ambaxxata Libjana biex tmur iddoqq il-Libja, flimkien mal-Banda Pinto, biex jiehdu sehem fil-festi tal-Jum Nazzjonali ta' dak il-pajjiz. Il-Banda telqet nhar l-Erbgha 31 ta' Awissu, 1988 filghodu u waslet hemm ghall-habta ta' nofsinhar. Dakinhar stess, is-Socjeta' daqqet il-marci taghha mat-toroq ta' Tripli. Nhar l-1 ta' Settembru 1988 li hu l-Jum Nazzjonali tal-Libja, iz-zewg Baned Qormin, daqqew mat-toroq ta' Tripli u Misurata. Il-qofol tal-marc intlahaq fil-Pjazza l-Hadra. F'din il-Pjazza hemm xbieha ta' San Gorg, skolpita ma' wiehed mis-swar taghha. Il-Banda damet hamest ijiem.B'dan is-servizz, il-Banda Anici, kienet l-ewwel banda fil-Parrocca ta' San Gorg, li daqqet barra mix-xtut tal-Gzejjer Maltin. U dawn l-attivitajiet kollha saru f'anqas minn sena. |
Il-Marc "Demm Gorgjan"
Bla dubju ta' xejn, wiehed mill-isbah marci li hemm fl-arkivju
tas-Socjeta', hu l-Marc "Demm Gorgjan". Dan huwa xoghol il-kompozitur
Ghawdxi s-Sur Sunny Galea.bDan gie rregalat lis-Socjeta' Anici mis-Sur
John Mary Spiteri, wiehed mill-fundaturi u d-Direttur Generali tas-Socjeta',
wara li s-Sibt 30 ta' Awissu 1986, il-kompozitur kien irregalah lilu.
Is-Sur John Mary Spiteri kien irregala dan il-marc lis-Socjeta' mal-ftuh
taghha.Wara li fl-1989 gejt inkarigat mill-kumitat biex nikkomponi l-versi
ghal dan il-marc, dan tkanta mal-Banda ghall-ewwel darba nhar it-23 ta'
April 1989. Il-Kumitat haseb, li bhal innu kantata, l-Innu tal-Banda u
l-Valzi ta' l-Ghid il-Kbir, ghamel kitba biex dan il-marc ukoll jindaqq
biss mill-Banda Anici. Tajjeb li nghid ukoll, li dan il-marc, flimkien
ma' l-innu tal-Banda u l-kantata l-'Apotesi ta' San Gorg Martri' huma
mdahhlin fl-istatut tas-socjeta' bhala kompozizzjonijiet ufficjali taghha. |
|
Is-Sehem tal-Banda fil-Gimgha l-kbira
Ix-xoghol fuq il-Banda tkompla. Il-Banda Anici kompliet tiehu sehem aktar fil-Parrocca, kif ukoll tigi mistiedna barra mir-rahal. Haga li l-Poplu Qormi ghandu ghal qalbu, bla dubju ta' xejn hija l-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Id-dirigenti hasbu biex ghamlu diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet tal-Knisja, biex jinhareg digriet, li permezz tieghu, l-Banda Anici bhala banda tal-Parrocca, jkollha d-dritt hija wkoll li tiehu sehem fil-Purcissjoni tal-Gimgha l-kbira. Fil-fatt dan sehh nhar il-Gimgha l-Kbira ta' l-24 ta' Marzu 1989. Il-Banda daqqet ghall-ewwel darba quddiem il-vara artistika ta' Gesu' fl-Ort. Il-Banda kellha dehra mill-aqwa. Din ghaxxqet lil kull min kien prezenti.Tajjeb nghid ukoll, li l-Assistent Surmast Kenneth Frendo, minhabba cirkustanzi li ma kellux kontroll fuqhom, kellu jhalli l-kariga. Din giet okkupata mis-Surmast Andrew Calleja li wkoll ha l-inkarigu bhala ghalliem ta' l-allievi ta' l-istrumenti tar-ram. Ghall-bidu kien hemm is-Sur George Agius, sabiex ighallem lill-allievi, f'dawk li huma strumenti tal-qasba. Izda dan kellu jhalli l-kariga. Minflok, ghal din l-istess responsabilita' gie mahtur is-Surmast Vincent Bonnici. Sadanittant, il-Kumitat baqa' jaghti mportanza lill-Banda. F'Gunju ta' l-istess sena, jigifieri ta' l-1989, il-Banda fil-festa titulari daqqet erba' darbiet. Dawn kienu fid-dati ta' bejn l-20 u l-25 ta' Gunju 1989. |
Kungress Nazzjonali Jum memorabbli iehor fl-istorja tas-Socjeta' kien meta l-Banda Anici rraprezentat lil Hal-Qormi. Dan kien fis-56 Kungress Nazzjonali tax-Xirka ta' l-Isem Imqaddes ta' Alla. Dan kien sar f'Hal Qormi nhar l-13 ta' Mejju, 1989. F'dan il-jum, il-Knisja Mqaddsa kienet qed tiffestegga l-festa ta' Jum il-Pentekoste. L-Ewwel Funeral Organizzat mis-Socjeta Kien proprju nhar it-Tlieta 30 ta' April, 1991 meta griet
l-ahbar tal-mewt tas-Sur Carmelo Spiteri. B'hekk is-Socjeta' tilfet l-ewwel
Bandist, l-ewwel Segretarju u wiehed mill-Fundaturi. Is-Socjeta' ghamlet
luttu kbir, sakemm nhar is-Sibt 4 ta' Mejju 1991, organizzat korteo minn
quddiem il-Kazin sal-Knisja Arcipretali ta' San Gorg Hal-Qormi. Fil-korteo
funebri, hadet sehem il-Banda u hadu sehem ukoll rapprezentanti mill-ferghat
kollha tas-Socjeta'. Iz-zewg baned tal-Belt Pinto ukoll kienu prezenti.
Kienu prezenti wkoll numru kbir ta' ghaqdiet muzikali, f' Malta u Ghawdex.
Hadu sehem ukoll l-ghaqdiet ohra tal-Parrocca. Grupp mill-Forzi Armati
li taghhom kien membru, imxew ukoll fil-korteo. Wara l-quddiesa l-Banda
Anici kompliet il-korteo sac-Cimiterju tal-Parrocca ta' Hal-Qormi. Nhar
l-Erbgha 27 ta' Marzu 2002 il-Banda Anici akkumpanjat il-Korteo funebri
tat-tieni Fundatur li miet hesrem il-Hadd 24 ta' Marzu 2002 is-sur Salvu
Debono. Il-Banda akkumpanjat mill-Knisja sac-Cimiterju tal-Parrocca. Ghall-Korteo
attendew ukoll raprezentanti mill-ghaqdiet muzikali ta' Hal-Qormi u ghaqdiet
ohra. |
Sehem il-Banda fit-Tberik tas-Sandli
tad-deheb lill-istatwa ta' San Gorg Martri
Nhar is-Sibt 22 ta' Gunju 1991 il-Banda Anicihadet sehem fl-anawgurazzjoni tas-Sandli tad-deheb lill-Vara ta' San Gorg Martri billi ghamlet marc mat-toroq li spicca quddiem il-Knisja Parrokkjali. Dan is-Sandli sar bl-inizzjattiva tal-Kumitat Festi Esterni fl-okkazzjoni tal-250 sena mill-migja tal-istatwa titulari fostna. L-Ewwel Programm Vokali u Strumentali tas-Socjeta' Min bhali verament ihobb u jghozz dak kollu li hu Qormi,
ikun jixtieq li grajjiet u tifkiriet jonqoxhom mhux biss f' qalbu, imma
wkoll izomm notamenti taghhom. U ghal dawk li jixtiequ jkollhom tifkira
ta' l-ewwel programm vokali u strumentali li s-Socjeta taghna Anici, ghamlet
nhar il-Hadd 23 ta' Gunju, 1991, fl-okkazjoni tal-250 sena ta' l-istatwa
titulari ta' San Gorg fostna, izomm dan it-taghrif. Is-Socjeta' Filarmonika
Anici, kienet taht id-direzzjoni tal-bravu Surmast Frank Galea. F' din
is-serata ha sehem ukoll il-kor "ITE AD JOSEPH" tal-Parrocca
ta' San Guzepp Haddiem B' Kara, taht id-direzzjoni ta' l-Avukat Godwin
Grima. U biex isebbhu dan il-programm, hadu sehem it-Tenur Brian Cefai,
il-Basso Anthony Montebello u s-sopran Joan Cassar. Qabel tat bidu ghal
din is-serata, is-Socjeta' Anici ghamlet waqfa qasira ta' minuta silenzju.
U dan ghamlitu biex tat gieh u sellmet lis-Sur Carmelo Spiteri, li miet
nhar it-30 ta' April, 1991. Is-Sur Carmelo Spiteri kien wiehed mill-Fundaturi
tas-Socjeta' Anici u l-ewwel segretarju. L-ewwel kompozizzjoni li nstemghet
kienet "ROMANZE" li harget mill-pinna tal-kompozitur maghruf
Germaniz Ludwig Van Beethoven (1770-1827). It-tieni kompozizzjoni kienet
is-sinfonija "NABUCCO" tal-kompozitur celebri Taljan Giuseppe
Verdi (1813-1901). |
Wara din is-sinfonija s-Socjeta' Anici paxxietna
b' xoghol muzikali iehor, din id-darba tal-maghruf kompozitur Germaniz,
George Frederick Handel(1685-1759) fejn smajna "ALLELUIA". Dan
kellu arrangament muzikali tas-Surmast tas-Socjeta', Mro Frank Galea.
Imbaghad il-programm tkompla billi smajna "L-apoteosi ta' San Gorg
MegaloMartri". Il-versi ta' dan l-innu hargu mill-qalb tal-Qormi
Dr Carmel Mallia. Il-kompozizzjoni kienet tas-surmast direttur tas-Socjeta',
Mro Frank Galea. Wara dan l-innu, regghet saret waqfa qasira, biex ammiraturi
tal-BANDA ANICI, offrew rigali lis-Socjeta'. Wara l-ghotjiet tar-rigali,
il-President tas-Socjeta' Anici, l-professur Antoine Agius, flimkien mal-Kumitat,
kellhom il-pjacir kbir li jistiednu lili biex qrajt poezija li ktibt.
Ghal din l-okkazjoni, mort infittex fil-gnien ta' qalbi. U hemm sibt ward
mhux bhal dak li jinxef u jitbiel, imma ward li gbartu f' versi u ghaqqadthom
f' bukket biex offrejtu lil San Gorg. Din il-poezija jien ghammidtha bl-isem
"Rigal Xieraq lil San Gorg -B'Tifkira tal-250 Sena Fostna".
Kienet haga xierqa li l-attivita' ta' dik il-lejla tintemm b'tislima lis-Socjeta'
Anici. Dik is-Socjeta' li kulhadd jaf bil-hidma fejjieda taghha ghat-tkabbir
tal-festa lil San Gorg mahbub ta' qalbna. U t-tislima kienet, billi ndaqq
l-Innu tal-Banda. Il-versi ta' dan l-innu tant hargu minn qalbi, li jiena
u niktbu, inghaqadt ma' San Gorg taghna. U fl-ahhar strofa tlabtu biex
jibqa' jhares u jbierek din is-Socjeta ANICI li tant thobbu. Il-muzika
ghal dan l-innu hija kompozizzjoni tas-Surmast Direttur ta' din is-Socjeta
Frank Galea. Kien programm li paxxa l-widnejn ta' kull min semghu. U kien
hemm min baqa' mistaghgeb, kif Socjeta' li ghadha kif twieldet, kellha
l-hila tipprezenta dak il-programm b'sengha, dehen u kapacita'. B' dan
il-programm, is-Socjeta' Filarmonika Anici, uriet maturita' kbira fl-amministrazzjoni
taghha. Din il-BANDA ANICI, jixirqilha kull tifhir u nkoraggiment fil-qasam
muzikali halli tkompli tkabbar il-festa Qormija. B' hekk tkun qed taghti
gieh lill-Qaddis Patrun taghna SAN GORG. |
Is-Socjeta' Anici f' Ghawdex
Il-Banda komplit tilqa' diversi stedin biex iddoqq barra
l-Belt Pinto. Nista' nghid li kellha xejn inqas minn sebgha stediniet
f' diversi Parrocci. Fil-Parrocca ta' Hal-Qormi kellha xejn anqas minn
disgha ohra. Fost l-istedin li l-aktar li kien importanti ghall-Banda,
bla dubju ta' xejn, kien gej mis-Socjeta' Muzikali 'La Stella' tal-Belt
Victoria Ghawdex. Wahda mill-aktar festi popolari fil-Gzira sabiha tat-Tliet
Gholjiet, bla dubju hi dik ta' San Gorg Martri. Din il-festa tigi ccelebrata
fil-Belt Victoria f' Ghawdex. Biex din il-festa tkompli tigi mzejna, s-Socjeta'
'La Stella' stiednet il-Banda Anici biex tmur iddoqq ghall-festa ta' San
Gorg. Is-Socjeta' Anici accettat bil-ferh din l-istedina. Din il-festa
ta' San Gorg f' Ghawdex tigi ccelebrata fit-tielet Hadd ta' Lulju. Is-Socjeta'
Filarmonika Anici hadet sehem ghall-ewwel darba fil-Festa ta' San Gorg
f' Ghawdex, nhar il-Gimgha 19 ta' Lulju. 1991. Il-Banda ghamlet marc brijjuz,
billi hadet sehem fid-dimostrazzjoni bl-istatwa ta' San Gorg. Minn dakinhar
'l hawn, is-Socjeta' Anici baqghet taghti s-servizz taghha f' din il-festa
popolari Ghawdxija, biex tkompli taghti gieh u glorja lil San Gorg Martri,
billi taghmel il-marc ta' jum il-festa filghodu. |
![]() |
It-Tieni Fazi tal-Bini tal-Kazin
Kien proprju fis-Seduta Straordinarja Generali li saret
nhar it-8 ta' Settembru 1991, li l-Kumitat habbar li kellha tinbeda t-tieni
fazi tal-bini tal-kazin. Din l-ahbar intlaqghet b' ferh u capcip kbir.
Gie mhabbar ukoll li l-kazin se jitkompla skond il-pjanta minghajr tibdil.
Id-disinn tal-faccata tal-kazin, kien ghamlu bla hlas, il-Qormi s-Sur
Joseph Attard. Ghal dan l-iskop, kien gie propost li ssir gabra permezz
ta' l-envelopes li jitqassmu fid-djar. Bi qbil unanimu, fuq proposta ohra,
l-envelopes gie deciz li jitqassmu mar-rahal kollu. Dan sar, l-ghaliex
is-Socjeta' Anici, hija Qormija, ghall-istess Patrun San Gorg, u f' mohh
id-dirigenti dejjem kien li taghti s-sehem kollu taghha, f' dak kollu
li hu Qormi. Il-bini gie deciz li jitkompla mill-kuntrattur is-Sur Spiru
Seguna. Dan ukoll kien ghamel hafna xoghol fil-bini ta' l-ewwel fazi.
Tajjeb li nghid ukoll, li dan il-kuntrattur, flimkien mal-haddiema tieghu,
kienu lkoll soci ta' din is-Socjeta'.Tajjeb li nsemmi li s-sezzjoni zghazagh
kienet ilha mwaqqfa mill-bidu tas-Socjeta'. Is-Sur John Mary Spiteri kien
l-ewwel Chairman ta' din is-sezzjoni. Il-Kumitat qatt ma hares lura u
baqa' jahseb biex johloq aktar ferghat fi hdan is-Socjeta'. Dawn jghinu
aktar fil-hidma taghhom f'oqsma differenti. |
Sezzjoni Soci Nisa Attivi
Fl-1992 giet imwaqqfa s-Sezzjoni Nisa attivisti. Dawn minnufih, bhalma kienu ghamlu z-zghazagh, bdew ix-xoghol taghhom, li ma damx ma beda jhalli l-frott mixtieq. Sezzjoni Sport Fl-1990 kienet giet iffurmata s-Sezzjoni Sport. Dawn
permezz tat-team, ghall-American Pool, kien bdew bil-kbir. Dawn rebhu
l-Kampjonat ta' Billy Apap. B' din ir-rebha kienu saru Champions ta' l-1989/90.
Din is-Sezzjoni qatt ma harset lura u sallum gabet diversi unuri lejn
is-Socjeta'. Fosthom, ghal sentejn konsekuttivi, kienu Champions Nazzjonali
ta' l-American Pool. Organizzati mill-Malta Pool Association. Minhabba
diffikultajiet li bhal kull sports iehor jiltaqa' maghhom ma kien hemmx
triq ohra hlief li din is-sezzjoni fl-1999 giet xolta. Pero' tajjeb nghidu
illi l-attivitajiet sportivi fil-kazin baqghu isiru xorta u l-Kumitat
Amministrattiv kien iddecieda li minn fost il-membri fi hdan l-istess
Kumitat jahtar persuni li jkunu Delegati ghall-isports. B' hekk dawn hadu
post is-Sezzjoni Sports. |
Il-Banda La Stella t'Ghawdex Mistiedna
Ghall-festa ta' San Gorg ta' l-1992, din il-Banda giet mistiedna mill-Banda Anici, biex flimkien maghha taghmel il-marc ta' Jum il-Festa filghodu f' Hal-Qormi. Din baqghet tigi mistiedna sas-sena 1993. Sehem is-Socjeta' f' Attivitajiet Ta' min isemmi li l-Banda Anici mill-bidu nett hadet
hsieb li tirrekordja cassettes, kemm b' marci brijjuzi kif ukoll funebri.
Mill-1991 il-Banda ziedet il-prezenza taghha fil-Festa Titulari. B'hekk
il-Banda issa qed tiehu sehem fil-festa ta' San Gorg, billi ddoqq hames
darbiet. Kumitat kompost miz-zewg Parrocci tal-Belt Pinto, taht is-sorveljanza
ta' l-Arcipriet u l-Kappillan, kienu hadu r-responsabilita' u ffurmaw
il-Kumitat Jum Hal-Qormi. Kull sena kienet iddoqq banda differenti. Il-Banda
Anici kienet daqqet ghall-okkazjoni ta' Jum Hal-Qormi, nhar is-Sibt 25
ta' Mejju, 1991. Hawn ta' min jghid ukoll, li wara l-1994, il-Gvern ta'
dak iz-zmien, immexxi mill-Partit Nazzjonalista' kien introduca l-Kunsilli
Lokali. Ghalhekk meta gie mahtur l-ewwel Kunsill ta' Beltna, ir-responsabilita'
ghall-festa ta' Jum Hal-Qormi giet direttament f'idejhom. Dawn minnufih
urew ix-xewqa li jghaqqdu t-tliet baned flimkien. Din ix-xewqa ma tantx
dehret li giet accettata. Dan minhabba l-fatt li meta l-Kunsill xtaq li
jorganizza marc mit-tliet baned flimkien, ghal sentejn shah, 1994 u 1995,
dan il-marc sar biss mis-Socjeta' Anici u s-Socjeta' Filarmonika Pinto.
Jidher car li l-Banda San Gorg Martri riedet li tibqa' barra. Fl-1996
il-Kunsill ma deherx li kien kuntent b'din is-sitwazzjoni. Ghalhekk hass
li jibdel l-attivita', u flok il-Baned idoqqu flimkien, dawn idoqqu separatament.
Ghall-Banda San Gorg Martri, din dehret li hija soluzzjoni accettabli.
Il-Banda Anici u l-Banda Pinto ghall-gid u l-gieh ta' Beltna, accettaw
din il-proposta. Din l-attivita' bdiet issir billi f'data miftehema bejn
il-partijiet kollha, fil-granet tal-Milied, il-Baned idoqqu f' rotot differenti.
Biss fl-ahhar jinghaqdu flimkien u b'direzzjoni ta' Surmast maghzul, li
jigi ortrenat kull sena, jidderiegi lit-tliet Baned flimkien, fl-ghanjiet
tal-Milied. Fl-ewwel sena li giet introdotta din is-sistema, kien nhar
il-Hadd 29 ta' Dicembru 1996. Dak inhar kien idderiega lit-tliet Baned,
is-Surmast Direttur tal-Banda Anici, Mro Frank Galea. Ghall-gieh ta' l-istorja,
tajjeb li nsemmi wkoll, li s-Socjeta' Anici kienet daqqet fi Triq Imdina
Hal-Qormi. Dan kien waqt li l-Papa Gwanni Pawlu II kien Malta u ghadda
minn din it-triq. Kien nhar il-Hadd 26 ta' Mejju, 1990. |
Ic-Centru tas-Sahha Qormi
Fost is-servizzi li kellha l-Banda fl-1992, kienet meta hadet sehem fil-ftuhtac-Centru tas-Sahha f' Hal-Qormi. Dan kien nhar il-Hamis 13 ta' Frar, 1992. Il-Banda Anici ghamlet marc mat-toroq Qormin u wara nghaqdet quddiem ic-Centru tas-Sahha. Hemm inghaqdet maz-zewg baned l-ohra tal-Belt Pinto, biex flimkien daqqew l-Innu Malti. Is-servizzi tal-Banda baqghu jizdiedu minn sena ghall-ohra u fost l-aqwa servizzi li kien diga' kellha, komplew jizdiedu ohrajn importanti bhal dak tal-Festa ta' San Pawl, fil-Kapitali Maltija, u anke dak ta' Santa Marija fl-Imqabba. Il-Banda fil-Purcissjoni ta' Kristu Rxoxt F' mohh id-dirigenti dejjem baqghet tidwi x-xewqa li xi darba l-Banda Anici tiehu l-post li kien ghad fadlilha tikseb. B' hekk tkun lahqet l-ghanijiet taghha. Kien proprju nhar is-17 ta' Mejju 1993 meta hareg digriet mill-Kurja Arciveskovili ta' Malta. Dan id-digriet kien iffirmat minn Monsinjur Annetto Depasquale, Vigarju Generali. Permezz tad-digriet, il-Banda Anici nghatat id-dritt biex tibda tiehu sehem fil-purcissjoni ta' Kristu Rxoxt. Fid-digriet kien stipulat ukoll is-sehem tal-Banda Anici fil-purcissjoni tal-gimgha l-kbira, quddiem il-vara ta' Kristu fl-Ort u s-sehem tal-Banda fil-purcissjoni ta' Corpus Christi. L-ewwel darba li hadet sehem fil-purcissjoni ta' l-Irxoxt filghodu, kien nhar l-Ghid il-Kbir, il-Hadd 3 ta' April 1994. Kien tassew jixraq li s-Socjeta' fl-arkivji taghha jkollha sett valzi ferrieha. Fuq inizjattiva tal-Kumitat, fl-1989 kien gie nfurmat is-Surmast tas-Socjeta', Mro Frank Galea, biex jikkomponi dawn il-valzi. Dan kien accetta l-istedina u l-ghaxar valzi kienu lesti f' Gunju ta' l-istess sena. Dawn l-ghaxar valzi kienu gew sponsorjati u rregalati lis-Socjeta' mill-Professur Antoine Agius, li hu wiehed mill-erba' fundaturi u l-ewwel President ta' din is-Socjeta'. Dawn is-sett valzi ghandha d-dritt li ddoqqhom il-Banda Anici Biss. Dan sar b'kuntratt bejn is-Socjeta' u l-kompozitur. Ftuh tac-Centru Parrokkjali
Ta' min isemmi wkoll li nhar il-25 ta' Novembru 1992 il-Banda Anici kienet daqqet fil-ftuh tac-Centru Parrokkjali "San Gorg". Din bdiet b'marc minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Arcipretali ta' San Gorg Hal-Qormi sac-centru. Kienu hadu sehem iz-zewg baned tal-Parrocca . Dawn kienu daqqew flimkien fuq sistema alternattiva. Dan ic-Centru nfetah u tbierek minn Mons. Guzeppi Mercieca Arcisqof ta' Malta. |
Prezentazzjoni ta' Standard Iehor
Il-Kanonku George Bonello President Onorarju ta' din is-Socjeta' bierek it-tieni standard tal-Banda, biex nhar il-Gimgha l-Kbira 9 ta' April 1993, immarcja quddiem il-Banda. Il-pittura ta' dan l-istandard saret mill-Kav. John Mary Spiteri d-direttur generali, waqt li l-hjata saret mis-Sinjura Ludgarda Pace. Ix-xoghol kollu sar minghajr hlas. L-ispejjez ghax-xiri tal-materjal lahqu Lm100. Dawn harighom is-Sur Frans Saliba li dak iz-zmien kien
vici Direttur. Fl-istess sena wkoll kien tqieghed il-frontispizju. Dan
gie mahdum mis-Sur Charles Mallia. Is-Sur Joseph mallia volontarjament
fl-istess sena kien pogga l-granit fis-swali principali. Is-Sur George
Debono, volontarjament kien hadem legiju u podju tal-kawba' biex fuqu
jidderiegi s-Surmast, filwaqt li s-Sur Ninu Ciappara wkoll ta s-sehem
tieghu u lesta l-lavur kollu li nsibu fil-faccata tal-kazin. pero' l-lavur
tal-gallarija nhadem mis-Sur Charles Mallia. |
![]() |
Il-Kumpanija Teatrali "Lydda"
Jum iehor ghaziz ghal-qalb is-Socjeta', kien dak ta' nhar il-Hadd 25 ta' April, 1993. F' dan il-jum, waqt seduta tal-Kumitat, giet approvata u mwaqqfa Kumpanija Teatrali tas-Socjeta'. Din giet imghammda bl-isem "Lydda". L-ewwel rapprezentazzjoni li din il-kumpanja teatrali tellghet kien nhar il-Gimgha 28 ta' Mejju 1993. Din kienet serata ghas-soci u saret fuq il-palk ta' l-Oratorju Festiv Sagra Familja, Hal-Qormi. Minhabba diffikultajiet kbar li ltaqghet maghhom din is-Sezzjoni, anke minhabba li l-post li kellha fejn terfa' l-vestwarju ttihdilha ma kienx hemm triq ohra hlief li fis-sena 1999 din is-sezzjoni giet xolta. L-Arblu tal-Kazin Zgur li ma hawn l-ebda socjeta' li fuq il-bejt tal-Kazin
m'hemmx jiddomina arblu. Dan isir biex, fil-festi u granet ohra mportanti,
kull socjeta' ttella' bandiera tperper ferhana, thabbar l-okkazjoni li
ghaliha tkun giet imtellgha. Is-socjeta Anici, f'xejn anqas minn socjetajiet
ohra, ukoll xtrat arblu. L-arblu tal-Kazin Anici, li jiddomina fil-Belt
Pinto, intelgha ghas-somma ta' Lm765. Tliet mitt lira minnhom gew moghtija
mis-Sinjuri Slivio u Charlie Debono. Il-kumplament tas-somma hargithom
is-Socjeta'. Dan l-arblu li jidher sew minn bosta nhawi, tqieghed f'postu
nhar il-Hamis 30 ta' Settembru 1993. Dan l-arblu gie mahdum mis-Sur Joseph
Schembri li joqghod iz-Zurrieq. Is-Sezzjoni Soci Nisa Attivi kienu ta'
ghajnuna kbira fil-gbir ghall-ispejjez ta' bnadar kbar li jsebbgu l-lokal
tas-Socjeta'. Tajjeb li nghid li s-Socjeta' ghandha kollezzjoni sabiha
ta' dawn il-Bnadar. |
L-Ahhar Tislima lil Mons. Gerald Frendo
Bhala Banda li hija bint Qormija, ma naqsitx li taghti l-ahhar tislima lill-wisq habrieki l-ex Arcipriet u Monsinjur Gerald Frendo. Kien it-Tnejn 26 ta' Dicembru 1994 li daqqet fuq noti kiebja, b' turija ta' rispett u tislima xierqa, billi semmghet marci funebri fil-funeral. Monsinjur Gerald Frendo dam Arcipriet tal-Parrocca ta' San Gorg f'Hal-Qormi, mis-sena 1955 sas-sena 1978. Il-Festa ta' Corpus Christi 1993 Is-socjeta' Filarmonika Anici hadet sehem ghall-ewwel darba fil-festa ta' Corpus Christi. Dan kien nhar il-Hadd 13 ta' Gunju, 1993. Il-Kanonku Lawrenz Saliba Nhar il-Gimgha 20 ta' Jannar, 1995 thabbret il-mewt tal-President
Onorarju l-Kanonku Lawrenz Saliba, Is-Socjeta' taghtu l-ahhar tislima
billi attendiet fil-korteo tal-funeral tieghu. Dan kien sar nhar il-Hadd
22 ta' Jannar 1995. Il-membri tal-kumitat imxew fil-korteo wara l-istandard
tas-socjeta'. |
Il-Pussess ta' l-Arcipriet Frans Abdilla
S.Th.L.
Kien nhar is-Sibt 18 ta' Frar 1995 fil-Parrocca ta' San Gorg Hal-Qormi, sar il-pussess ta' l-Arcipriet il-gdid. B' dan il-pussess, il-Wisq Rev. Arcipriet Dun Frans Abdilla,
S,Th.L. sar ir-Raghaj Spiritwali fil-Belt pinto, ghall-Parrocca ta' San
Gorg. L-Arcipriet, bit-tbissima simpatika tieghu, bil-ghaqal u d-dehen
li Alla ghogbu jzejnu bih, zgur li se jkun il-Missier Spiritwali u Hanin
ghall-Parrocca u l-poplu Qormi fdat lilu. Filwaqt li tat tislima xierqa
lill-ex Arcipriet il-Kanonku Dun Karm Aquilina Lic. D.. |
![]() |
Il-Puggaman tat-Tarag Principali
Nhar it-Tlieta 19 ta' Gunju, 1995 izzanzan il-puggaman
tat-tarag principali. Ix-xoghol fuq dan il-puggaman tal-kawba llustrat,
inhadem mis-Sur George Debono. Dan iffranka xi flus lis-Socjeta' fix-xoghol
tieghu. Dan huwa xoghol sabih iehor fil-Kazin. Din l-opra kompliet issebbah
l-opri l-ohra li nsibu fis-Socjeta'. Tajjeb li wiehed ifakkar li dan il-puggaman
fih ukoll erbghin bicca skultura. Dan ix-xoghol inhadem mis-Sur Christopher
Magro. Il-lostru sar minghajr hlas mis-Sur Mario Grech. Ma nistax inhalli
barra d-diversi xoghlijiet li saru u li ghadhom isiru sallum. Fost dawn
ix-xoghlijiet insemmi x-xoghol ta' hadid u dwal bla hlas mahdum mis-Sinjuri
Alfred Mallia u Joseph Spiteri. Fix-xoghol ta' njam, is-Socjeta' baqghet
issib l-ghajnuna tas-Sur Mario Grech. Dan ukoll jaghmel ix-xoghol bla
hlas. |
Programm Vokali u Strumentali
Kien nhar it-18 ta' Gunju, 1995 fil-Pjazza ta' quddiem il-Kazin Anici, sar Programm Vokali u Strumentali. Dan sar biex jigi mfakkar l-10 Anniversarju tal-Bradella u l-Bankun ghall-istatwa titulari ta' San Gorg Martri f' Hal-Qormi. Din is-serata kienet saret taht il-Patrocinju tal-President ta' Malta l-E.T. Dr Ugo Mifsud Bonnici.F' dan il-programm indaqqu dawn ix-xoghlijiet muzikali. Fl-ewwel parti: 1. L-'Innu Popolari' kompozizzjoni ta' Mro Guzeppi Camilleri,
versi tal-poeta nazzjonali Mons. Dun Karm Psaila. It-tieni Parti Jiena Carmel Bianchi kont mistieden mis-Socjeta' Anici biex ipprezentajt dan il-Programm. Il-Banda kienet taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Frank Galea, F.L.C.M.. Flimkien mal-Banda Anici hadu sehem it-Tenur Brian Cefai, il-Basso Anthony Montebello u s-Sopran Joan Cassar. Ha sehem ukoll il-Kor 'ITE AD JOSEP' tal-Parrocca ta' San Guzepp Haddiem ta' Birkirkara. |
| Il-Mawra tal-Banda Anici fil-Kanada
u fl-Istati Uniti 17 ta' April sat-3 ta' Mejju 1996
Kien f' Gunju ta' l-1995 meta l-membru onorarju tas-Socjeta' fil-Kanada s-Sur Louis Sammut, kien ghal btala f' Malta. Mieghu kien gab stedina mill-Festa San Gorg Association ta' Toronto, biex, il-Banda titla' taghti wirja ta' muzika f' Toronto l-Kanada kif ukoll f' Detroit l-Amerika. Il-Kumitat amministrattiv ra l-istedina u ddiskutiha b' reqqa kbira. L-ewwel hsieb tal-kumitat kien min se jiehu r-responsabilita' ta' din il-mawra. Bhas-soltu, ir-responsabilita' waqghet fuq id-Direttur Generali l-Kav. John Mary Spiteri. Dan b' hafna kuragg u determinazzjoni, accetta r-responsabilita' kollha tal-mawra. Quddiem ghajnejh kien qed jara biss is-success li kienet se tikseb din il-Banda. L-ghaliex tajjeb li wiehed jghid, li l-Banda Anici, kienet l-ewwel banda Qormija li kellha dan l-unur li daqqet fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. Mhux biss, imma wkoll minn kemm baned maltin u Ghawdxin li qatt telghu l-Kanada, il-Banda Anici zammet (almenu sakemm qed nikteb din l-istorja) ir-rekord ghall-akbar kontingent li qatt tela' s'issa, jigifieri 90 persuna. Il-mawra tal-Banda Anici bdiet nhar l-Erbgha 17 t' April 1996. Il-Kontingent iltaqa' fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, flimkien ma' l-istatwa ta' San Gorg, xoghol artistiku tal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, sponsorjata minn membru onorarju iehor fl-Amerika, s-Sur George Scicluna. Tajjeb li nghid li s-Sur Scicluna kien ta ghajnuna kbira f' din il-mawra. |
![]() |
Il-Kontingent telaq mal-Kumpanija Lufthansa,
lejn il-belt sabiha ta' Franlfurt il-Germanja. Wara waqfa ta' gurnata
fi Frankfurt il-Germanja, il-kontingent mar il-Kanada. Hemmhekk il-Banda
inghatat merhba kbira. Il-Banda esegwiet diversi kuncerti fi Clubs Maltin,
kif ukoll fil-Padiljun ta' l-Air Malta f' Fiera tat-Turizmu f' Toronto
kif ukoll fi Square One. Il-Banda hadet sehem fil-Festa ta' San Gorg f'
Toronto. Daqqet ukoll fil-knisja ta' San Pawl u Dandas Street, kif ukoll
fil-Knisja ta' Santa Tereza Port Colborne. Il-Banda marret ukoll f' Detroit
l-Amerika fejn daqqet fil-festa ta' San Gorg. Il-Banda giet ipprezentata
b' diversi tifkiriet, fosthom ukoll standardi tal-Kanada, minn San Gorg
Assocoation u iehor ta' l-Amerka mill-membru onorarju s-Sur George Scicluna.
Dan li sa ftit gimghat qabel kien Malta ghall-festi ta' l-Ghid, Hu kien
irregala standard iehor. |
|
Il-Faccata Fuq il-Fil
Kien proprju nhar it-Tlieta 8 ta' Awissu 1996 li nbeda
x-xoghol fuq il-faccata fuq il-fil. Dan ix-xoghol sar b' ghaqal u hila
kbira mill-imghallem is-Sur Gorg Borg. Dan bix-xoghol tajjeb li wettaq,
mhux biss wera l-kapacita' tieghu f' senghetu, izda wkoll wera l-arti
sabiha, u ta' hila kbira tal-Kuntrattur li kien bniha s-Sur Spiru Seguna.
Dawn iz-zewg Sinjuri haqqhom kull tifhir tax-xoghol siewi u tajjeb taghhom.
Nhar il-Gimgha 29 ta' Settembru 1996 tlesta x-xoghol. Il-Kumitat kompla
fuq il-pjan li kien hejja. Dawk iz-zewg lapidi l-antiki li kienu wahda
fuq kull naha tal-bieb principali, inbidlu. Flokhom saru tal-granit nero
India, imnaqqxa b'ittri tad-deheb. Parigg taghhom, aktar 'il quddiem,
saret iz-zoklatura u t-turgien tul il-faccata kollha. Ghal dan ix-xoghol
sabih, il-Kumitat u s-Soci jixtiequ jghidu grazzi lid-Ditta Agius Marble
Works ta' l-imqabba. Jiena zgur li kull min ra dan ix-xoghol ghogbu u
kelli kliem ta' tifhir. |
Qormi Day Centre Kien nhar il-Hamis 17 ta' Ottubru 1996 meta l-Banda Anici bhaz-zewg baned l-ohra tal-Belt Pinto, daqqet fl-okkazjoni tal-ftuh ufficjali tal-Qormi Day Centre. "Lejn il-Golgota"Il-Hadd 23 ta' marzu 1997 kien ukoll Hadd il-Palm. Is-Socjeta; Filarmonika Anici tellghet programm muzikali bit-tema "Lejn il-Golgota". Dan il-Kuncert kien imtella' mill Kummissjoni Banda tas-SOcjeta'. Dan sar fis-sala ta' l-iskola Professur Guze' Galea ta' Hal-Qormi San Gorg. Fl-ewwel parti ta' dan il-kuncert instemghu dawn ix-xoghlijiet muzikali: 1. 'Exodus' mill Main Theme ta' Ernest Gold, arrangament
ta' K. Girffin. Il-leader kien Mro Vincent Bonnici K.T.L.. Assistent
Surmast: Mro Andrew Calleja A. Mus. V. C. M., K.T.L. Direzzjoni: Mro Frank
Galea Dip. Ed. (Adm & Mang.) F.L.C.M. Jiena Carmel Bianchi kont mistieden
mis-socjeta' biex inkun il-prezentatur ta' dan il-kuncert. |
| In-Nicca fil-Bitha tal-Kazin Il-Kumitat
amministrattiv baqa' jahdem bla heda biex ikompli jsebbah il-kazin. Dan
xtaq u hekk sar, billi fil-bitha ghamlu nicca. Is-socju s-Sur Spiru Seguna,
wara konsultazzjoni mal-Kumitat, hadem bla hlas, din il-gmiel ta' nicca.
Meta qed nikten dan it-taghrif, in-nicca kienet ghadha vojta. Imma zgur
li m'ghandu jghaddi l-ebda dubju fuq hadd, li f' nofs dik in-nicca se
titpogga statwa ta' San Gorg. Ikun tassew xieraq li jiddomina f' din in-nicca,
il-Qaddis Kbir taghna, San Gorg, Patrun tas-Socjeta u tal-Belt Pinto.
Ix-xoghol ta' din l-istatwa diga' gie ordnat u fdat f' idejn skultur abbli
u ta' hila kbira. Qed nirreferi ghall-iskultur il-kav. Alfred Camilleri
Cauchi. Jien m'ghandix dubju li din l-istatwa ta' San Gorg, li diga thallset
minn bebefattur, se tkun opra ohra fil-kazin. Din se tkompli ssebbah ma'
l-opri sbieh li diga' hemm. Tajjeb nghid ukoll li s-Sur Gorg Borg ghogbu
jaghmel bla hlas il-fil ta' din in-nicca. Warajha tqieghed gebel rustiku.
B' hekk inghatat dehra isbah u attraenti lil din in-nicca. |
|
In-Nicca fil-Bitha tal-Kazin
Il-Kumitat amministrattiv baqa' jahdem bla heda biex ikompli jsebbah il-kazin. Dan xtaq u hekk sar, billi fil-bitha ghamlu nicca. Is-socju s-Sur Spiru Seguna, wara konsultazzjoni mal-Kumitat, hadem bla hlas, din il-gmiel ta' nicca. Meta qed nikten dan it-taghrif, in-nicca kienet ghadha vojta. Imma zgur li m'ghandu jghaddi l-ebda dubju fuq hadd, li f' nofs dik in-nicca se titpogga statwa ta' San Gorg. Ikun tassew xieraq li jiddomina f' din in-nicca, il-Qaddis Kbir taghna, San Gorg, Patrun tas-Socjeta u tal-Belt Pinto. Ix-xoghol ta' din l-istatwa diga' gie ordnat u fdat f' idejn skultur abbli u ta' hila kbira. Qed nirreferi ghall-iskultur il-kav. Alfred Camilleri Cauchi. Jien m'ghandix dubju li din l-istatwa ta' San Gorg, li diga thallset minn bebefattur, se tkun opra ohra fil-kazin. Din se tkompli ssebbah ma' l-opri sbieh li diga' hemm. Tajjeb nghid ukoll li s-Sur Gorg Borg ghogbu jaghmel bla hlas il-fil ta' din in-nicca. Warajha tqieghed gebel rustiku. B' hekk inghatat dehra isbah u attraenti lil din in-nicca. |
Ic-Cerimonja tal-Kxif u t-Tberik Ic-cerimonja tal-kxif u t-tberik ta' l-istatwa ta' San Gorg sar nhar il-Hamis 23 ta' April, 1998 f' gheluq l-10 Anniversarju tas-Socjeta' u f' jum liturgiku ta' San Gorg. Din l-istatwa swiet lis-Socjeta statwa gie mahdum mit-trab ta' l-irham. Din inhadmet minn dan il-materjal biex tkun tista' sservi ghal tul ta' snin minghajr ma tkun mhedda mill-ebda hsara li jikkagunaw l-elementi. L-istatwa giet mahduma mill-iskultur Alfred Camilleri Cauchi u mbierka mill-Wisq Rev. Arcipriet tal-Parrocca ta' San Gorg Hal-Qormi Dun Frans Abdilla S. Th.L.. L-istatwa giet imhallsa mis-Sur Frans Cassar li offra s-somma ta' Lm300. Is-Sezzjonijiet Zghazagh u somma ta' Lm200. It-tberik ta' din l-istatwa u n-nicca kienu wkoll bhala parti fil-programm ta' l-Ewwel Decennju tas-Socjeta'. Ghalhekk issa tajjeb li naghti harsa lejn dawn l-attivitajiet. B' hekk inkun temmejt l-ewwel ghaxar snin ta' storja ta' din is-Socjeta'. |
Attivitajiet ta' l-Ewwel Decenju
Dawn l-attivitajiet kienu mifruxa bejn April u Gunju 1998. Dawn il-festi bdew nhar il-Hamis 2 ta'Atril 1998, meta l-Arcipriet tal-Parrocca Dun Frans Abdilla S. Th.L. bierek u fetah wirja mill-isbah ta' vari tal-Gimgha l-Kbira. Il-Banda mbaghad hadet sehem bhas-soltu fil-purcissjoni tal-Õimgha l-Kbira. Din kienet nhar il-Õimgha l-10 ta' April 1998 y f' dik ta' Kristu Rxoxt nhar il-Hadd 12 ta' April 1998. Il-Hadd 19 ta' April 1998 saret quddiesa fil-Knisja Arciporetali ta' San Gorg bhala ringrazzjament lil Alla u lil San Gorg tal-harsien li taw lis-Socjeta' tul dawn l-ghaxar snin. Il-Hamis 23 ta' April 1998 hiet inawgurata l-istatwa, sar is-solitu marc. Dan beda minn fuq iz-zuntier tal-Knisja ta' San Gorg, wara li spiccat il-funzjoni fil-Knisja. Wara kompla fid-direzzjoni tal-Kazin. Kif il-marc wasal il-Kazin sar il-kxif ta' l-istatwa. L-Arcipriet Dun Frans berikha u l-Banda daqqet l-Innu, "Fjur tal-Martri". Mal kxif u t-tberik kien hemm entuzjazmu kbir mis-soci u l-ammiraturi prezenti fil-kazin. Kuncert Bandistiku fl-Universita' Kien is-Sibt 25 ta' April meta l-Banda pprezentat il-Kuncert Bandistiku fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Universita' tal-Qroqq. Dan il-kuncert kien taht il-patrocinju tal-Prim Ministru Dr Alfrd Sant. Bla dubju ta' xejn, b' dan il-kuncert,, il-Banda Anici lahqet l-oghla livell. B'hekk uriet li ghalkemm ghadha fl-Ewwel Ghaxar Sena taghha, xorta wahda kienet kapaci tipprezenta kuncert ta' livell gholi hafna. Il-Kumitat Amministrattiv ghogbu jistieden lili Carmel Bianchi biex nipprezenta dan il-Kuncert Bandistiku. Il-produzzjoni ta' dan il-Kuncert kienet tal-Kummissjoni Banda. Id-direzzjoni tal-Banda kienet tas-Surmast Frank Galea u ta' l-Assistent Surmast Andrew Calleja. Il-Leader tal-Banda kien is-Surmast Vincent Bonnici li hu wkoll l-ghalliem ta' l-allievi tas-Socjeta'. F' dan il-Kuncert indaqqet din il-muzika: 1. 'Impressions of Seville' - Suite ta' Harry Simeone. Imbaghad sar diskors ta' l-okkazjoni mill-President tas-Socjeta' l-Professur Dr. Antoine Agius. Imbaghad wara d-diskors, kif kien xieraq, il-Banda ghalqet dan il-kuncert bl-innu taghha fuq kompozizzjoni ta' Frank Galea u l-Innu Malti kompozizzjoni ta' Robert Samut. Is-solisti f' dan il-kuncert kienu: Anthony Muscat Pistonin,
Alex Portelli Flikorn Sopran, Joseph Spiteri Tromba in Sibemoll, Denis
Camilleri Althorn |
It-Tieni Parti tac-Celebrazzjonijiet
Kien il-Gimgha 12 ta' Gunju 1998, meta fil-kazin intlaghbet
il-finali tal-kompetizzjoni ta' l-American Pool, organizzat mis-Sezzjoni
Sports. Il-Hadd 14 ta' Gunju 1998 il-Banda bhas-soltu hadet sehem fil-purcissjoni
ta' Corpus Christi. It-Tnejn 15 ta' Gunju 1998 saret cerimonja fis-Sala
San Gorg Martri li hemm fil-Kazin. Hawn il-president tas-Socjeta', Dr.
Antoine Agius, qassam certifikati lil persuni onorarji, bandisti, soci
u benefatturi. It-Tlieta 16 ta' Gunju 1998 sar barbeque quddiem il-Kazin.
L-Erbgha 17 ta' Gunju 1998 sar kuncert generali bi thejjija ghall-Programm
Muzikali. Il-hamis 18 ta' Gunju 1998 fil-Knisja Arcipretali ta' San Gorg
Hal-Qormi saret quddiesa b' sufragju ghall-erwieh mejtin kollha tas-Socjeta'.
Din il-quddiesa kienet ikkoncelebrata mill-Vigarju Generali Monsinjur
Annetto Depasquale. Ikkoncelebraw ikoll l-Arcipriet Dun Frans Abdilla
u sacerdoti ohra. Wara l-quddiesa, il-Banda San Gorg Martri ta' Hal-Qormi,
li kienet il-Banda mistiedna mill-Ghaqda Muzikali Anici, ghamlet marc
li t-tmiem tieghu kien proprju quddiem il-Kazin Anici. |
| F' dan il-programm saru wkoll ghadd ta' prezentazzjonijiet minn benefatturi u socjetajiet diversi. Wara il-programm L-E.T. il-President ta' Malta Dr Ugo Mifsud Bonnici, kixef lapida kommemorattiva. Din l-irhama hija xoghol l-artist is-Sur Ronald Pisani. Din saret biex tfakkar l-Ewwel Decennju u l-Bini ta' Kazin Gdid. L-Arcipriet tal-Parrocca ta' San Gorg Hal-Qormi, Dun Frans Abdilla, bierek din il-lapida. Is-Sibt 20 ta' Gunju 1998 saret lejla Maltija quddiem il-Kazin. Il-Hadd 21 ta' Gunju 1998 Gheluq tal-festi ta' l-Ewwel Decennju. Fl-ghaxra neqsin kwart ta' filghodu ttajret ghall-ewwel darba ma' l-arblu, il-bandiera l-prima. Din il-bandiera hija fuq disinn ta' l-imghallem is-Sur Salvu Bugeja taz-Zurrieq. Il-hjata saret mis-Sur Joe Gellel tal-Birgu. Il-bandiera giet irregalata lis-Socjeta minn sitt benefatturi li bejniethom hargu s-somma ta' Lm850. Dawn il-benefatturi kienu s-Sinjuri Charles Borg, Joe Grech, Mario Grech, Stephen Zammit u zewp persuni ohra li ma xtaqux juru isimhom. Min-naha tas-Sur Salvu Bugeja, id-disinn ghamlu minghajr hlas. Sintendi, il-Banda Anici, bhas-snin l-ohra, regghet hadet sehem fil-gimgha tal-festa titulari. Fi tmiem din l-istorja tajjeb li nsemmi zewg fundaturi. Dawn huma l-President Dr Antoine Agius u d-Direttur Generali l-Kav. John Mary Spiteri li baqghu attivi. Flimkien ma' dawn, li ma naqsux ukoll fil-hidma taghhom, hemm is-Sur George Portelli l-kaxxier u s-Surmast Direttur Frank Galea. Din is-sena, dawn ilkoll qeghdin jiccelebraw l-ghaxar anniversarju tal-karigi rispettivi taghhom. |
Tkabbar il-bini tal-kazin
Kien proprju f'Ottubru tal-1998 meta is-socjeta ghamlet il-kuntratt li bih akwistat mahzen kbir imiss mal-kazin. Dan il-mahzen sewa lis-socjeta gheluf kbar ta liri pero bla dubju ta xejn lis-socjeta dan il-mahzen swielu hafna ghax b'hekk il-kazin seta' jikber, filfatt dan gie imniffed mal-kazin u illum fih insibu biljard and snooker hall klassi ghat-tghalim tal-muzika lil aljevi u il-parti ta quddiem li ghanda access ukoll ghal barra it-triq insibu workshop. Biex dan il-mahzen seta' jigI utilizzat ghal htiega li kellu bzonn il-kazin fih kellu jsir hafna xoghol u dan ix-xoghol hafna minnu sar mill-membri tal-kumitat fosthom Mario Grech li ukoll flimkien ma huh Joe Grech hargu ukoll l-ispejjes ghat-travi, konkos u gebel li kien jehtieg f'dan it-tibdil u mill kavallier John Mary Spiteri. Xoghol iehor volontarju sar ukoll mis-sur Joseph Spiteri, Spiru Seguna u Indri Briffa. Imut il-President Onorarju l-Kanonku George Bonello Nhar it-Tlieta 15 ta' Gunju 1999 griet l-ahbar tal-mewt
tal-Kan. Goerge Bonello li kien Pesident Onorarju ta' din l-ghaqda. Il-Kumitat
Amministrattiv kien attenda bl-istandard tas-socjeta ghall-funeral tieghu
u ghall-quddiesa Presente Cadavre li saret fil-Knisja ta' San Gorg Martri
Qormi. Il-Funeral tieghu sar il-Hamis 17 ta' Gunju 1999. F'Awissu tal-1999
il-kavallier John Mary Spiteri beda l-ahhar xoghol fid-dekorazzjoni tas-sala
Carmelo Spiteri fejn dan ix-xoghol kien lest ghall-festa ta San Gorg li
saret fil-25 ta Gunju 2000. F'dan ix-xoghol ukoll kellu il-pariri tas-sur
Alfred Mangion u l-iskultur Salvu Bugeja. |
Bust ta' Carmelo Spiteri
Il-Hadd 7 ta Mejju 2000 is-sezzjoni Zghazagh Stillieri
fi hdan is-socjeta irregalat lis-socjeta bust tal-mibki imma qatt minsi
Carmelo Spiteri li kien wiehed mill-fundaturi, l-ewwel segretarju u l-ewwel
bandist. Dan il-bust gie mahdum mill-kavallier Alfred Camilleri Cauchi
u l-pedestal tieghu inhadem fl-irham mill-marmista Ronald Pisani. Il-kxif
ta dan il-bust sar waqt attivita muzika letterarja li saret fl-istess
sala Carmelo Spiteri u li fiha ukoll hadu sehem numru ta bandisti tal-post
fejn daqqew xi siltiet muzikali. Il-kxif ta dan il-bust sar mill-president
tas-socjeta in-nutar Antoine Aguis u giet imbierka mis-sacerdot Dun Karm
Grech. |
Bibien tal-kewba ghas-swali
Kien il-mastrudaxxa Guzeppi Mangion li beda' x-xoghol fuq sett ta' bibien tal-kewba ghaz-zewg swali ta' fuq tal-Kazin. Pero' dan l-imghallem ma' kellux ix-xorti li jlesti dan ix-xoghol il-ghaliex miet hesrem nhar is-Sibt 9 t' Ottubru 1999. Ghalhekk il-Kumitat kellu jara biex isib mastrudaxxa iehor biex ikun jista' jitkompla dan ix-xoghol. L-imghallem is-sur Gorg Sammut Qormi iehor dahal ghal dan ix-xoghol u proppju ghall-festa ta' San Gorg Martri tal-2001 gew imqieghda u komplew jaghtu dehra isbah liz-zewg Swali. Ghal festi Centinarji ta' San Gorg Martri tal-2003 gew illustrati mis-sur Philip Psaila Qormi wkoll. Dawn il-bibien huma disin tal-iskultur Salvu Bugeja u l-iskultura taghhom inhadmet ukoll minn iben Hal-Qormi pero' joqghod f' l-Imqabba is-sur Gorg Cardona. Dawn il-bibien kien hemm numru sabih ta benefatturi li taw id-donazzjoni taghhom biex dan ix-xoghol kien seta jsir. Dekorazzjoni tas-swali Ghall-Festa ta' San Gorg Martri tas-sena 2000 tlesta
x-xoghol ta' dekorazzjoni fis-Sala Carmelo Spiteri, dan sar mill-kavallier
John Mary Spiteri li hu wkoll wiehed mill-Fundaturi tas-socjeta. Fuq direzzjoni
tas-sur Alfred Mangion li ghamel ukoll id-disinn. Fis- Sala Carmelo Spiteri
tqeghdu tlett sopraporti li nhadmu volontarjament mill-mastrudaxxa Emanuel
Debono fuq disinn tal-marmista Ronald Pisani u gew imzanzna fil-festa
ta' San Gorg Martri tas-sena 2000. L-istess kavallier John Mary Spiteri
nhar it-Tnejn 7 ta' Awissu 2000 beda ix-xoghol fuq id-dekorazzjoni fis-sala
San Gorg Martri, aktar tard issiehbu mieghu is-sinjuri Mario Grech u Alfred
Mangion. Id-disinn tad-dekorazzjoni f'din is-Sala sar mill-Marmista Ronald
Pisani. |
| Kwadri ghas-Sala Carmelo Spiteri It-Tnejn 28 t'Awissu 2000 sar il-kuntratt mal-kavallier Alfred Camilleri Cauchi li bih sar il-ftehim biex dan l-artist jahdem zewg kwadri kbar ghas-sala Carmelo Spiteri. Dawn il-kwadri wiehed jirraprezenta lil San Gorg Martri u l-iehor lil Granmastru Pinto. Dawn se jitqeghedu fis-sala Carmelo Spiteri. Dawn il-kwadri ser jigu regalati lis-socjeta mill-membru onorarju is-sur Gorg Scicluna. Il-Hadd 10 ta' Gunju 2001 sar it-Tberik ta' dawn il-Kwadri mir-Rev. Arcipriet Dun Frans Abdilla waqt cerimonja li saret apposta. Il-Kxif tal-Kwadri sar mid-donatur taghhom stess il-membru Onorarju George Scicluna. Prima Messa Il-Hadd 3 ta Settembru 2000 il-banda hadet sehem f'korteo fl-okkazzjoni tal-prima messa tas-sacerdot mill-parocca Dun John Muscat. Il-marc beda min hdejn id-dar tieghu fit-8.00am u intemm hdejn il-knisja arcipretali fid-9.00am. Prima messa ohra kienet L-Erbgha 31 ta' Lulju 2002 ta' Fr. Charles Cini li l-banda Anici hadet sehem ukoll mid-dar tieghu sal-Knisja. Is-Sibt 5 ta' Lulju 2003 Kien imiss il-Prima Messa ta' Fr. Louis Farrugia u l-istess il-banda Anici ikkompanjat mid-dar tieghu sal-Knisja. Kuncert Vokali u Strumentali It-Tnejn 25 ta Settembru 2000 il-banda giet mistiedna mir-residenza ta
San Vincens De Paul sabiex taghmel kuncert vokali u strumentali fir-residenza.
F'din l-istess okkazzjoni infethet wirja ta standardi tal-kazini tal-baned
Maltin u Ghawdxin mal-banda ha sehem it-tenur Andrew Sapiano u l-kuncert
sar fis-sala ta l-istess residenza.Din l-attivita saret fl-okazzjoni ta
jum l-anzjan tas-sena. |
Standarti regalati
Wara li fil-bidu is-socjeta kella l-istandard ufficjali
taghha jigifieri dak ta tmien strixxi bojod u suwed b'salib bir-rand fin-nofs
u bl-istilla tarmi ir-ragg lejn is-salib u dan jindika l-arma tal-kunjom
Anici, is-socjeta kellha wkoll zewg standarti ohra dak ta' Malta u iehor
tar-Religjon. Kien propju lejliet il-festa tal-1990 meta is-soci is-sur
Frans Cassar irregala standart tal-Papa. Fl-1994 is-sur Frans Saliba li
kien ukoll membru fil-kumitat hallas l-ispejjes kollha biex sar standart
iehor ufficjali li ha post l-ewwel wiehed dak ta' tmien strixxi. Dan l-istandart
juri l-arma ufficjali ta' l-ghaqda fuq sfont ahmar. Dan gie mehjut mis-sinjura
Lukarda Pace u mpitter mil-kavallier John Mary Spiteri wiehed mil-fundaturi.
Dawn it-tnejn ghamlu x-xoghol taghhom minghajr hlas. Dan l-istandart gie
mzanzan fil-processjoni tal-Õimgha l-Kbira ta' l-istess sena. Fl-istess
sena wkoll is-sezzjoni zaghzagh stillieri kienet irregalat lis-socjeta
l-istandart taghha. Dan juri l-arma tas-sezzjoni fuq sfont ahmar l-istess
zewg persuni li semmejt l-ahhar ghamlu x-xoghol minghajr hlas. Fl-1996
Il-membru onorarju is-sur George Scicluna waqt li kien ghal btala f'Malta
propju f'Sibt il-Ghid irregala lis-socjeta l-ewwel standart minn-barra
pajjizna. Dan kien ta' Micegen. L-istess George Scicluna fl-istess sena
waql li l-banda kienet fuq mawra fil-Canada u l-Amerika waqt Dinner Dance
li kien sar f' Detrojt, kien irregala standart ta' l-Amerika, waqt l-istess
mawra pero' din id-darba f'Toronto is-St.George's Assosoation of Toronto
kienet irregalat lil-ghaqda l-istandart tal-Canada. Fl-1997 Is-sur George
Scicluna rega' irregala standart iehor din id-darba tal-Gran Mastru Pinto.
FL-1998 meta is-socjeta kienet qed tfakkar l-ewwel Decennju taghha waqt
program vokali u strumentali li kien sar quddiem il-kazin l-ahhwa Indrin
u Charles Cilia irregalaw standart bl-arma ufficcjali tas-socjeta fuq
sfont ahmar u din id-darba ma kienx pittura imma rakkmu, u ghalhekk is-socjeta
ghamlitu bhala l-istandart il-prim, li johrog biss f' lejliet il-festa.
Il-Labarda ta' dan l-istandart turi lil San Gorg fuq Iz-ziemel indurate
bid-deheb fuq pedestal tal-fidda, mal pedestal gew imdendla tliet midalji
dak in-nhar stess tal-programm mir-rispettabli sindku Clyde Puli. Dan
kien sindku tal-Belt Pinto. Wahda mill-midalji li kienet propju munita
antika taz-zmien il-Gran Mastru Pinto giet reggalata lis-socjeta mill-ewwel
surmast li kellha l-banda Frankie Galea, it-tnejn l-ohra Igibu l-emblema
wahda ta' l-arma ufficjali tas-socjeta u l-ohra b'san Gorg fuq iz-ziemel
it-tliet midalji huma tal-fidda. Dan l-istandart tajjeb li nsemmi li kien
mahdum fil-Canada. Waqt l-istess Programm l-ahwa Joe u Mario Grech kienu
ipprezentaw sett qniepen li kienu ngabu ukoll mill-Canada. Tajjeb insemmi
li l-ahwa Grech kienu hallsu aktar minn-nofs l-ispiza ta' dan l-istrument.
Fl-1999 is-ST.George's Association ta' Sidney irregalat standart ta' l-Awstralja
lejliet il-festa. Fis-sena 2000 waqt program Vokali u strumentali propju
fl-ahhar jum tat-Tridu is-sinjuri Reno Muscat u Ernest Cammileri li kienu
zewg membri fil-kumitat kienu pprezentaw standart tat-Terra Santa, waqt
l-istess program is-sezzjoni zaghzagh ipprezentaw standart ta' San Gorg
Martri jigifieri abjad bis-salib ahmar. |
| Kuncert Vokali u Strumentali Nhar il-Hadd 11 ta' Frar 2001 il-Banda Anici tellghet it-tieni Kuncert taghha fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Universita' ta' Malta. Ghal dan il-Kuncert li kien taht il-patrocinju tas-Sindku ta' dak iz-zmien Clyde M Puli li ghalih attendew numru sabieh ta' persuni. Fost l-ghaqdiet tar-rahal li gew mistiedna laqghu din l-istedina il-Banda tas-socjeta' filarmonika Pinto w il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri. F' dan il-Kuncert il-banda interpretat diversi xoghlijiet ta' kompozituri barranin kif ukoll bicca muzika kompozizzjoni tas-surmast direttur Andrew Calleja li tieghu ukoll kienet id-direzzjoni tal-Banda. Fost il-Muzika li l-aktar spikkat u li kienet ukoll impennjattiva hafna kienet l-Overture 1812 ta' Cheikovski mal-Banda hadu sehem ukoll it-Tenur Joseph Aquilina u s-Sopran Joan Mangion. Il-Prezentazzjoni tal-Kuncert kienet tal-Cavallier Dr. Carmel Bianchi u l-produzzjoni kienet tal-Kummissjoni Banda. Festa ta' Corpus u l-Qanpiena l-gdida Nhar il-Hadd 17 ta' Gunju 2001 il-Banda Anici bhas-soltu hadet sehem fil-festa ta' Corpus Christi pero' din is-sena kellha sinifikat iehor din l-okkazzjoni li zgur ser jibqa' ttimbrat b' timbru tad-deheb fl-istorja tas-socjeta'. Dan minhabba illi dak in-nhar stess fil-ghodu giet inawgurata l-qanpiena l-gdida ghall-Knisja Parrokkjali, fil-ghaxija il-Banda kellha x-xorti li tkun l-ewwel Banda li daqqet quddiem il-qanpiena dak in-nhar stess ta' l-inawgurazzjoni taghha. Innu Marc liz-Zghazagh Stillieri IL-GIMGHA 7 ta' Settembru 2001 sar il-Kuntratt Notarili li bih gie stabbilit
l-Innu Marc dedikat lis-Sezzjoni Zghazagh Stillieri u b'hekk sar Proprjeta
ta' l-Ghaqda. Il-Kompozizzjoni ta' dan l-Innu Marc huwwa tas-Surmast Archibald
Mizzi u Versi tal-Kav. Dr Carmel Bianchi. Dan l-Innu Marc gie Kkommisjonat
u r-Regalat lill-Ghaqda mis-Sezzjoni Zghazagh Stillieri u ndaqq ghall-ewwel
darba fil-festa tal-2002. |
Akkademja
Ghall-ewwel darba f' l-istorja tal-ghaqda il-banda taghna bill-kolloborazzjoni tal-Arcipriet u l-Kleru tal-Parrocca San Gorg Martri tellghet Akkademja Muziko Letterarja fil-Knisja Arcipretali u Matrici ta' San Gorg Martri f' l-okkazzjoni tas-17-il Centinarju mill-Glorja ta' San Gorg Martri din saret il-Hamis 22 ta' Mejju 2003 u bdiet fis-7:30p.m. Din l-akkademja kienet taht il-patrocinju tal-E.T. Mons. Isqof Annetto Depasquale. Kienu mistiedna diversi persuni distinti u l-poplu Qormi kollu li gie bi hgrau biex jisma s-siltiet muzikali u l-qari tant interessanti li flimkien sawwru biex din l-akkademja tkun wahda ta' success. Il-Programm kien imqassam kif gej: Innu Popolari Fjur ta' Martri ta' Mro. G. Camilleri ikanta
l-Kor Exultatae Domine |
| Ftuh ufficjali tas-Sala San Gorg Martri
Wara tant xoghol mill-Kav. John M. Spiteri b' l-ghajnuna ta' Alfred Mangion u Mario Grech is-sala tlestiet u nhar is-Sibt 21 ta' Gunju 2003 giet inawgurata ufficcjalment mill-Agent President ta' Malta' Dr. George Hyzler. Ghal din l-okkazzjoni il-Banda Anici ghamlet Marc minn hdejn il-Knisja Arcipretali u MatricI ta' San Gorg Martri sal Kazin Banda Anici, fejn fit-8:30p.m. laqghat lill-Agent President ta' Malta bid-daqq ta' l-Innu Malti wara gie mistieden jiftah is-sala ufficcjalment u wara d-diskorsi u prezentazzjonijiet l-istess Agent President kixef il-Lapida kommemorattiva u wara is-sala giet imbierka mill-Arcipriet Dun France Abdilla. Wara c-cerimonja tal-ftuh sar riciviment ta' l-okazzjoni. Din kienet attivita ohra marbuta mal-festi tas-17-il centinarju mill-Glorja ta' San Gorg Martri li organizzat din l-ghaqda Muzikali. Armi godda ghall-brieret tal-bandisti Fil-Programm Vokali u Strumentali li tellghet il-Banda Anici Nhar il-Gimgha
27 ta' Gunju 2003 l-ahhar jum tat-Tridu il-President Onorarju is-Sur George
Scicluna residenti f' l-Amerika ipprezenta sett armi godda biex jiehdu
post dawk l-antiki fuq il-brieret tal-Bandisti. Dawn l-armi gew imzanzna
fil-purcissjoni tal-Õimgha l-Kbira 9 t' April 2004 |
| Il-Banda Anici b'rekord eccelenti Il-Hadd 10 t' Awissu 2003, Il-Banda Anici kitbet b' ittri tad-deheb pagna ohra mill-istorja taghha billi fl-istess gurnata u fl-istess hin hadet sehem f' zewg purcissjonijiet differenti fil-Birgu festa ta' San Lawrenz,u fil-Hamrun festa ta' San Gejtanu. Mafkar ta' San Gorg Martri Nhar il-Hadd 25 t' April 2004, il-Banda Anici ghamlet marc minn quddiem il-Kazin sa Triq is-Saghtar fl-area ta' Farsina fejn hemm inghaqdet mall-Banda l-ohra tal-Parocca biex gie inawgurat mafkar ta' San Gorg Martri. Il-website tal-Ghaqda Muzikali Anici hija: www.anicibandclub.org L-indirizz huwa: Anici Band & Social Club Cappadiocia Palace 27, Pinto Junction no 2 Qormi QRM 10 Malta Storja migbura mill-Chev. Carmel Bianchi. |
Innu Anici Fil-Belt Pinto, "Ta’ l-lstilla" Din ANlCI giet imghammda X’briju tohloq fi triqatna Kbir San Gorg, harsilna l-banda Versi: Kav. Carmel Bianchi Muzika: Mro.Frank Galea |
| N.B. Minghandu xi ritratti fuq l-Banda Anici, gentilment jibghathom fuq info@cittapinto.com |
![]() |