![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Fil-parrocca ta’ San Sebastjan f’Hal
Qormi, bhal kull parrocca ohra f’Malta u Ghawdex insibu grupp ta’
Fratelli. Fil-parrocca ta’ San Sebastjan insibu 3 fratellanzi li
tnejn minnhom ilhom imwaqqfa mill-bidu tal-parrocca. Fil-bidu taghha bhala
parrocca kienet titmexxa mill-knisja z-zghira li tinsab fil-pjazza ftit
‘l fuq mill-kazin tal-Banda Pinto, quddiem statwa tal-gebel mahduma
mill-ahwa Fabri tal-Birgu. F’din il-knisja z-zghira, sa mill-bidu
nett tal-parrocca sar it-twaqqif ta’ l-ewwel fratellanza, dik tas-Santissmu
Sagrament, u ftit wara twaqqfet dik tal-Madonna tad-Duluri.
Biex jiffunzjonaw u jaqdu il-funzjonijiet sewwa inxtara dak kollu li bhala fratellanza kellhom bzonn, bhal: Standard Prim bir-rakmu Il-Fratelli tas-Santissmu Sagrament jilbsu konfretija bajda, muzetta hamra u kurdun abjad. Imbaghad jilbsu kuruna bajdfa tal-Montripelle b’5 jew 7 posti. Il-Fratelli tal-Madonna tad-Duluri huma xorta l-istess, bid-differenza li jilbsu muzetta vjola. Gara li maz-zmien il-Fratelli bdew sejrin lura minhabba li hafna Qormin dahlu membri fit-Terz ordni Frangiskana. Izda meta il-parrocca saret ufficjalment parocca fl-1935 u thalliet fit-tmexxija tal-kappillan Cauchi. Hafna minn dawn kienu dizappuntati li l-parrocca ma thallitx f’idejn il-Frangiskani Kappucini, u ghalhekk hafna hallew it-Terz Ordni, tant li snin wara spiccat ghal kollox, tant li l-ahhar darba li ntramat il-Bandalora ta’ din it-terz ordni kien fil-ftuh tal-Knisja Parrokjali l-gdida. Il-Bandalora fija l-emblema tal-Frangiskani Kappucini u se terga tohrog fil-festa ta’ San Sebastjan f’Lulju 2006, mill-grupp tal-Fratelli. Bandalora ohra li kienet tintuza wkoll fil-Purcissjonijiet hija dik tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla li fuq il-Bandalora hemm xbiha ndurata ta’ San Sebastjan. Din il-Bandalora kienet zmien ilu tal-Grupp tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla, tal-Parrocca. Illum dan il-grupp ma’ ghadux jesisti fuq bazi ta’ Parrocca, imma sar jaghmel parti minn grupp wiehed tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla. Din il-bandalora ukoll ghaddiet taht il-kura tal-grupp tal-fratelli u se tizzanzan ukoll ghall-festa ta’ San Sebastjan ta’ Lulju 2006. L-ahhar darba li intramat kienet ukoll ghall-ftuh ufficjali tal-Knisja Parrokjali l-Gdida. Ta’ min isemmi ukoll bandalora propjeta’ ta’ Socjeta’ tad-Duttrina Nisranija li kienet ukoll tintuza f’diversi purcissjonijiet fil-parrocca, fosthom dik ta’ Hadd il-Palm, ta’ Corpus u tal-Qalb ta’ Gesu. Stendard iehor li fih storja huwa dak tac-Cirkolu San Sebastjan. Dan l-ahhar li ntuza kien fil-funeral ta’ Mons. Gorg Preca f’Lulju tal-1962. Illum huwa mizmum go vetrina fil-kripta tal-Knisja ta’ San Sebastjan. Il-Fratellanzi tad-Duluri u dik tas-Santissmu Sagrament, dawn baqghu ftit jew wisq b’sahhithom bis-sahha ta’ persuni li ddedikaw hajjithom sabiex jorgannizzaw il-fratelli u wara li l-parrocca ta’ San Sebastjan saret parrocca, dawn hadu spinta ‘l quddiem u kibru fin-numru. Dawn il-fratellanzi kienu jorganizza u jghinu fil-purcissjonjiet tal-Parrocca. Il-Purcissjonijiet tal-Qalb ta’ Gesu’ u dik ta’ Corpus kienu jorgannizawhom il-fratelli tas-Santissmu Sagrament. Il-fratellanza tad-Duluri ukoll kienet tiehu sehem attiv f’dawn il-purcissjonjiet izda l-aktar importanti ghalija kienet il-purcissjoni tad-Duluri. Izda maz-zmien il-Fratellanzi fil-parrocca ta’ San Sebastjan naqsu mhux hazin, tant li sa 30 sena ilu, fratelli kien hawn biss tlieta li jilbsu, u dawn kienu jgorru l-istandardi u l-bqija l-affarijiet l-ohra kienu jingarru mill-abbatini li kien ikuun numru sabih. Kien hemm xi affarijiet li ma kinux johorgu, u tant li xi affarijiet spiccaw fid-djar tan-nies. Il-Providenza t’Alla wara hafna zmien, regghet qanqlet xi rgiel biex jergghu jinghaqdu mal-grupp tal-Fratelli. Dan sar fuq inizzjativa tal-kappillan Dun Charles Cordina, li bil-hegga tieghu waqqaf mill-gdid il-grupp tal-fratelli, din id-darba bl-isem Sodalita’ San Sebastjan li tigbor fiha 3 sezzjonijiet, li huma tad-Duluri, tar-Ruzarju u tas-Santissmu Sagrament. Fuq il-fratellanza tar-Ruzaju, minn dejjem inhass il-bzonn li jkun hemm fratellanza. Huwa xhieda ta’ dan, l-artal tal-genb fuq in-naha tas-Sagristija, fil-knisja iz-zghira, maghruf bhala ta’ Pompei li jirraprezenta il-Madonna, lil San Duminku u Santa Rosa ta’ Lima. Id-devozzjoni lejn il-Madonna tar-Ruzarju kompliet tikber tant li fil-knisja il-gdida, nxrat statwa tal-Madonna bil-bambin f’idu u koppja zghazugha titlob ir-ruzarju. Ghalhekk maz-zmien ukoll ifforma dan il-grupp tar-Ruzarju, li huwa stabilit daqs tas-Sagrament u tad-Duluri. Dawn jiddistingwu lilhom innfishom mill-ohrajn billi jilbsu l-muzzetta l-bajda bil-lezzi blu. Maz-zmien din is-sezzjoni tal-fratelli tkompli zzid fl-affarjiet hekk kif ghadha nieqsa minn lanterni u salib. Hekk kif kull socjeta’ jew grupp ghandu r-regolamenti, dan il-grupp ukoll taht it-tmexxija tal-kappillan Dun Charles Cordina, addatta l-istatut li ga kien hemm ezistenti. Fil-fatt ftit mill-istorja, f’Marzu tas-sena 2004, saret laqgha fejn intghazlu 6 membri, tnejn minn kull sezzjoni li iffurmaw il-kumitat. Dan il-kumitat dejjem jahdem biex isir tibdil u aggornament mehtieg f’din is-Sodalita’ ta’ San Sebastjan. Fosthom isiru laqghat bi preparazzjoni ghall-festa li tkun gejja, xoghol fuq diversi htiegijiet li jkun hemm bzonn fi hdan is-Sezzjonijiet. Fid-19 ta’ Jannar tas-sena 2005 saret l-ewwel vestizzjoni u din issir kull sentejn. Barra li s-sezzjonijiet jiehdu sehem fl-purcissjonijiet tal-parrocca, jiehdu sehem ukoll fil-quddies solenni. Fost is-servizzi dawn huma: • Quddiesa tan-Novena tal-Milied Barra dawn l-attivitajiet, il-fratellanzi ghandhom ukoll il-kura tal-vari koncernati standarti u preparamenti mehtiega ghall-purcissjonijiet rispettivi. Fix-xahar ta’ Marzu issir laqgha biex ikunu decizi r-reffiegha tal-vari tul dik is-sena. Kull fratellanza ghandha rettur, u nsibu rettur generali tas-Sodalita’. Fil-prezent, in-numru tal-membri fil-fratellanzi huwa ‘l fuq inn 60 membru, u dawn barra li qed jigu ffurmati spiritwalment b’laqghat matul iz-zmien, qed ikunu ta’ ghajnuna sieja ghall-parrocca. Min jkun jixtieq jinghaqad ma’ xi fratellaza, jista’ jaghmel dan u huwa mheggeg li jaghmel dan mill-aktar fis possibli. J’Alla li dan il-Patrimonju sabih fil-Parrocca ta’ San Sebastjan jibqa’ jinzamm u jimxi ‘l quddiem, u li minnu johrog il-gid. Artiklu miktub minn Paul Borg Cardona Din is-Sodalita' ghandha websajt li hi: http://www.freewebs.com/sodalitasb/ |
| N.B. Min ghandu xi ritratti jew aktar informazzjoni jista' jibghat fuq info@cittapinto.com |
![]() |