Tul is-sena barra il-festi titulari ta' San Gorg u San Sebastjan, tar-Ruzarju u festi Eewkaristici, fejn fihom isiru l-purcissjonijiet, insibu diversi festi ohra li jsiru f'Hal Qormi specjalment dawn ghadna nsibuhom fil-parrocca ta' San Gorg. Dawn il-festi sekondarji ikunu organizzati mill-fratellanzi stess. Dawn il-festi huma ta' San Mikiel, tal-Madonna tac-Cintura, San Guzepp.

Il-Festa tal-Madonna tac-Cintura

Il-festa tac-Cintura tigi ccelebrata fit-tielet hadd ta' Settembru fil-parrocca ta' San Gorg u l-purcissjoni tibda ghall-habta tas-6.00 ta' filghaxija. Fuq l-istatwa tal-Madonna tac-Cintura hawn min jghid li din l-istatwa tal-kartapesta saret gewwa Ruma fl-Italja ghall-Fratellanza fiz-Zurrieq, imma minhabba certu cirkostanzi, din l-istatwa giet mibjugha lill-fratellanza tac-Cintura f'Hal Qormi. Dan jinghad li sar qabel l-1862. Maz-zmien l-istawa sarulha xi modifikazzjonijiet minn Guzeppi Cilia maghruf bhala 'Bellettu'.

Il-Festa ta' San Mikiel Arkanglu

Din il-festa ta' San Mikiel tigi ccelebrata fl-ahhar Hadd ta' Settembru fil-parrocca ta' San Gorg u l-purcissjoni tibda ghall-habta tas-6.00 ta' filghaxija. L-istatwa hija mahduma fl-injam minn Pietru Pawl Azzopardi fl-1865 u giet imhallsa mill-fratellanza ta' San Mikiel. Din saret biex tinbidel statwa ohra li kien hemm tal-injam mahduma Xandru Farrugia fl-1847. Din l-istatwa giet mibjugha lill-knisja ta' San Gorg, ir-Rabat Ghawdex. Ganni Cassar kien hallas ghal din l-istatwa. Sfortunatament fis-sena 2001, l-istatwa prezenti ta' San Mikiel garrbet xi hsarat, imma bl-ghajnuna tal-Kav.Alfred Camilleri Cauchi giet irrestawrata.

Il-Festa ta' San Guzepp

Din il-festa ta' San Guzepp tigi ccelebrata fl-ewwel Hadd ta' Mejju fil-parrocca ta' San Gorg u l-purcissjoni tibda ghall-habta tas-6.00 ta' filghaxija. L-istatwa giet mahduma mill-injam gewwa Bolzano, fl-1963 biex tibdel statwa ohra mahduma minn Guzeppi Cilia li kienet tal-kartapesta.

N.B. Minghandu aktar informazzjoni jew ritratti marbutin ma' dawn il-festi, gentilment jibghathom fuq info@cittapinto.com