Il-Festi Ewkaristici f'Hal Qormi ghadhom jinghataw hafna importanza. Il-festi fiz-zewg parrocci jsiru b'mod devot hafna, fejn fihom jiehdu sehem numru sabih ta' fratelli, flimkien mal-kleru, abbatini u nies ohra. Il-festi huma Corpus Christi u l-Qalb ta' Gesu'. Fil-parrocca ta' San Gorg, il-purcissjoni ta' Corpus Christi issir filghaxija fejn fiha jigu mixhuta ghadd kbir ta' fjuri, waqt li l-purcissjoni ta' Corpus Christi fil-parrocca ta' San Sebastjan issir filghodu. Kemm fil-purcissjoni ta' Corpus Christi u kemm fil-purcissjoni tal-Qalb ta' Gesu' jiehdu sehem numru sabih tat-tfal li jkunu ghadhom kemm ircevew l-Ewwel Tqarbina.
 
N.B. Minghandu aktar informazzjoni jew xi ritratti marbutin ma' dawn il-Festi Ewkaristici gentilment jibghathom fuq info@cittapinto.com