![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Il-Festa ta' San Gorg tigi ccelebrata fir-raba' Hadd ta' Gunju, u tibda t-Tnejn u tispicca l-Hadd. Il-festa tinqasam bhall kull festa tradizzjonali Maltija fil-hrug tal-vara minn nicca, tlett tridijiet, lejlet il-festa u l-jum tal-festa. Il-festa jiehdu sehem fiha diversi ghaqdiet tal-parrocca ta' San Gorg li flimkien mal-Knisja jahdmu biex issir festa devota u fl-istess hin brijjuza. Il-festa tinqasam hekk: It-Tnejn: Hrug tal-vara minn nicca Mat-tokki tat-tmienja ta' filghodu u nofsinhar isiru hruq ta' murtaletti.
Il-festa tibda meta filghaxija ghal xi s-sitta u nofs tibda quddiesa
li generalment tkun b'ringrazzjament ghal dawk il-persuni li laqghu
s-sejha tas-sacerdozju jew il-hajja religjuza, u wara l-quddies issir
il-kurunella f'gieh San Gorg. Ghall-habta tat-tmienja ta' filghaxija
tfigg il-vara ta' San Gorg gol-bieb tal-knisja milqugha bil-palm u l-ferh
ta' dawk prezenti. Waqt li l-vara tkun hierga jsir hruq ta' salut, kaxxa
Spanjola, murtaletti u murtali bil-loghob. Waqt li l-vara tkun fuq iz-zuntier,
jitkanta l-innu 'Fjur tal-Martri' kif ukoll 'Gorgi Taghna'. Wara l-hrug
tal-vara, il-Banda San Gorg Martri taghmel marc fl-inhawi ta' wara l-Knisja.
Waqt li jsir xi hruq tan-nar tal-art, u hruq ta' murtali tal-kulur. F'din il-gurnata ma jsirx hruq ta' murtali la filghodu
u lanqa filghaxija. Imma fil-knisja f'hinijiet differenti jkun hemm spazju
ghall-quddies immirati lejn kategoriji differenti. Fl-erbgha' u nofs ta'
wara nofsinhar issir quddiesa ghal dawk fi bzonnijiet specjali u l-anzjani.
Fis-sebgha u nofs issir quddiesa ghaz-zghazagh.Ghall-habta tat-tmienja
neqsin kwart, il-membri tal-kummisjoni festa igifieri raprezentanti mill-ghaqdiet
tal-festa ta' San Gorg flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, imorru
jqieghdu kuruni ta' fjuri quddiem l-istatwa ta' San Gorg u ta' San Sebastjan.
Xi t-tmienja u nofs isir marc mill-Banda Anici, li jkun fl-inhawi ta'
fuq tal-parrocca San Gorg. Fit-tmienja u f'nofsinhar jinharqu xi murtali. Imbaghad
filghaxija ssir il-quddiesa fejn fiha jitkanta l-Ghasar votiv ta' San
Gorg Martri.Wara l-quddiesa ssir il-priedka tat-tridu. Wara l-priedka
tat-tridu, imbaghad jkun tinghad il-Kurunella lil San Gorg Martri, l-Innu,
l-Antifona u ssir celebrazzjoni ewkaristika. Mal-barka jsir ukoll hruq
ta' murtaletti. Kif tispicca l-celebrazzjoni, il-Banda Anici tibda marc
minn fuq iz-zuntier tal-knisja bl-istatwa ta' San Gorg Rebbieh li tghaddi
minn diversi toroq. Isir ukoll xi hruq tan-nar tal-art, kif ukoll hruq
ta' murtali tal-kulur mill-ghaqda tan-nar 23 t'April. Fit-tmienja u f'nofsinhar jinharqu xi murtali. Imbaghad
filghaxija ssir il-quddiesa fejn fiha jitkanta l-Ghasar votiv ta' San
Gorg Martri.Wara l-quddiesa ssir il-priedka tat-tridu. Wara l-priedka
tat-tridu, imbaghad jkun tinghad il-Kurunella lil San Gorg Martri, l-Innu,
l-Antifona u ssir celebrazzjoni ewkaristika. Mal-barka jsir ukoll hruq
ta' murtaletti. Kif tispicca l-celebrazzjoni, il-Banda San Gorg tibda
marc minn fuq iz-zuntier tal-knisja bl-istatwa ta' San Gorg fuq iz-ziemel
li tghaddi minn diversi toroq u tilhaq il-qofol fi Pjazza San Frangisk.
Isir ukoll hruq ta' murtali tal-kulur mill-ghaqda tan-nar 23 t'April. Fit-tmienja u f'nofsinhar jinharqu xi murtali. Imbaghad
filghaxija ssir il-quddiesa fejn fiha jitkanta l-Ghasar votiv ta' San
Gorg Martri.Wara l-quddiesa ssir il-priedka tat-tridu. Wara l-priedka
tat-tridu, imbaghad jkun tinghad il-Kurunella lil San Gorg Martri, l-Innu,
l-Antifona u ssir celebrazzjoni ewkaristika. Mal-barka jsir ukoll hruq
ta' murtaletti. Kif tispicca l-celebrazzjoni, il-Banda San Gorg tibda
marc minn Pjazza Fredrick Meampel, u wara li l-Banda Anici taghmel il-programm
muzikali quddiem il-kazin taghhom, isir il-marc li jerga' jispicca sal-Kazin
Banda Anici. Bhal-lum ikun hemm ukoll hruq ta' murtali, u wara l-marc
tal-Banda Anici, isir il-hruq tan-nar tal-art fi Triq il-Vitorja. Lejlet il-festa jibda filghodu b'quddiesa ta' ringrazzjament
li fiha jitkanta t-Te Deum. Waqt it-Te Deum isir hruq ta' kaxxa spanjola
u anke diversi murtaletti. Hruq ta' murtali jsir ukoll ghall-habta ta'
nofsinhar neqsin kwart. Il-qofol ta' dan il-jum jsir filghaxija fejn ikun
hemm it-transulazzjoni solenni tar-relikwija ta' San Gorg Martri, fejn
qabel it-transulazzjoni ikun hemm l-ghasar u celebrazzjoni ewkaristika,
u waqt it-transulazzjoni jsir hruq ta' salut, kaxxa spanjola u varjazzjoni
ta' murtaletti u murtali bil-loghob. Ghall-habta tas-sebgha u nofs, iz-zewg
baned tal-parrocca jaghmlu marc. Tal-Banda Anici jibda minn Triq tal-Hlas
u jispicca quddiem il-knisja. Il-Banda San Gorg tibda marc minn hdejn
l-Abatija sal-Pjazza San Frangisk, fejn isir programm fuq il-plancier.
Biex ghall-habta tal-ghaxra jibda spettaklu sabih tal-loghob tan-nar.
Waqt il-hruq tan-nar tal-ajru, jkompli l-marc mill-istess Banda San Gorg
ghall-Wied, fejn wara li jispicca n-nar tal-Ajru, jkun hemm loghob tan-nar
ta' l-art fil-Misrah tal-Wied. Il-jum tant ghaziz li l-parruccani jkunu ilhom jistennew, jibda filghodu b'diversi quddisiet, fosthom wahda ghall-fratelli kollha tal-parrrcca. Fid-disgha u kwart tibda l-quddiesa solenni tal-festa fejn fiha jsir il-Panegierku. Kemm fit-tmienja ta' filghodu, kif ukoll mas-Sanctus, jsir hruq ta' murtaletti. Filghodu jsir ukoll il-marci tradizzjonali tal-Hadd, fejn iz-zewg baned tal-parrocca joholqu briju sabih fit-toroq tal-parrocca ta' San Gorg, bil-kulur ahmar jispikka. Wara li kulhadd imur jistrieh wara l-marci f'xemx tizreg, ghall-habta tas-sebgha ta' filghaxija jkun hemm il-purcissjoni bl-istatwa ta' San Gorg Martri. Mal-hrug tal-vara li tigi milqugha fost entuzjazmu kbir minn dawk prezenti, jkun hemm hruq ta' salut u kaxxa spanjola kbira. Tul il-purcissjoni, jkun hemm akkumpanjament bil-murtali u murtaletti, fejn meta mbaghad il-purcissjoni tasal hdejn il-Vitorja, jerga' jkun hemm kaxxa infernali ohra. Qabel il-purcissjoni u waqt il-purcissjoni ikun hemm diversi baned mistiedna jdoqqu. L-istawa tasal fuq iz-zuntier ghall-habta tal-ghaxra u kwart, fejn fiha jitkantaw l-innu popolari, u l-innu 'Gorg Taghna', waqt li jsiru ukoll xi taqbiliet quddiem l-istatwa. Mad-dhul tal-vara gol-knisja, jsir il-kant ta' l-Antifona, u l-barka ewkaristika, fejn waqt il-barka jkun hemm hruq ta' kaxxa tal-bomba. Kulhadd fil-knisja jibqa jistenna lill-membri tan-nar li jigu milqughin fil-knisja wara sighat jaharqu n-nar, u b'ringrazzjament lil Alla u lil San Gorg jitkanta l-innu ta' San Gorg. Wara jsir marc qasir mill-Banda San Gorg. Fejn imbaghad mal-ewwel jibda jsir iz-zarmar tal-armar li jkun hemm fit-toroq. |
Innu Popolari lil San Gorg Martri Fjuri ta’ martri, Gorgi taghna, Mhux il-gid, mhux il-fohrija Mahbub Gorgi, f’din is-siegha Mhux ghalxejn suldat qalbieni U fil-glieb ma’ bhima kiefra Mahbub Gorgi . . . Halli, mmela jdiqq ferriehi U nixtiequ li dan l-innu Mahbub Gorgi . . .
Versi: Dun Karm Psaila Muzika: Mro. Guzeppi Camilleri |
Gorgi Taghna B'qalbna mhegga u mfawwra bil-hena Versi: Dun Pawl Genovese Muzika: Mro. Archibald Mizzi |
|
Antiphona Fundatur supra firman petram, Sed constanter pro Christi fide
|
Antifona Wieqaf sod fuq blata samma, Hajtu kollha ghal twemminu fi Kristu issielet |
| N.B. Minghandu xi ritratti marbutin mal-festa ta' San Gorg, gentilment jibghathom fuq info@cittapinto.com |
![]() |