Il-Festa ta' San Sebastjan tigi ccelebrata fit-tielet Hadd ta' Lulju, u tibda t-Tnejn u tispicca l-Hadd. Il-festa tinqasam bhall kull festa tradizzjonali Maltija fil-hrug tal-vara minn nicca, tlett tridijiet, lejlet il-festa u l-jum tal-festa. Il-festa jiehdu sehem fiha l-erba' ghaqdiet tal-festa tal-parrocca ta' San Sebastjan li flimkien mal-Knisja jahdmu biex issir festa devota u fl-istess hin brijjuza. Il-festa tinqasam hekk:

It-Tnejn: Hrug tal-vara minn nicca (Jum l-Ghaqdiet)

Il-hrug tal-vara minn nicca sa ftit tas-snin ilu qabel ma bdiet tintuza il-knisja il-gdida kien isir mill-knisja z-zghira fil-jum tal-Hadd qabel il-festa f'xi l-ghaxra ta' filghodu. F'dak iz-zmien kien hemm drawwa li grupp tal-brigata tas-salezjani kien jaghmel parata mat-toroq tal-parrocca. Dawn kienu jingiebu peress li san Bastjan huwa il-qaddis patrun tas-salezjani. Kien hemm anke' zmien meta l-kaccaturi Qriema kienu jaghtu salut bl-armi taghhom waqt il-hrug tal-vara. Peress li f'Hal Qormi hawn hafna dilettanti tat-trobbija tal-hamiem, kien hemm xi zmien meta dawn kienu jgibu il-gabjuni mimlijin hamiem tal-Homer u kienu jitilquhom waqt il-hrug tal-vara. Dawn huma kollha kienu varjazzjonijiet imma llum min dan kollu ma ghadu jsir xejn. Illum il-hrug isir mill-knisja il-kbira u n-nies qed tattendi aktar bi hgara. Kien hemm xi zmien fejn il-vara kienet tigi milqugha fil-hrug bil-weraq tal-palm, imma l-istess illum ma ghadiex issir. L-ewwel li jsir qabel il-hrug tal-vara minn nicca huwa li jsir korteo mill-ghaqdiet kollha tal-parrocca, u jsir tqeghid ta' kuruni tar-rand hdejn l-istatwa ta' San Bastjan tal-pjazza.

Wara mbaghad kulhadd fuq iz-zuntier ghall-hrug tall-vara. Il-vara tohrog fuq iz-zuntier u mhux sal-bieb tal-knisja.Waqt il-hrug tal-vara illum jkollok hruq tan-nar, bil-bombi tas-salut. Tajjeb li nghidu li filghodu, kemm fit-tmienja u f'nofsinhar isir xi hruq ta' murtaletti. Waqt li l-istatwa tkun fuq iz-zuntier jitkanta l-innu marc u l-innu popolari ta' San Sebastjan. Il-jum tat-Tnejn jaghlaq bl-ewwel marc tal-festa li normalment ikun, kif jixraq mis-Socjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan.

It-Tlieta: Jum it-Tfal

F'dan il-jum ma jsirx hruq ta' murtali, u generalment huwa ddedikat ghat-tfal. F'din il-gurnata filghaxija ghall-habta tas-sitta, tohrog l-istatwa zghira mill-Qasam tal-M.U.S.E.U.M ta' San Sebastjan, fejn jinrefa' mit-tfal ukoll. Fit-triq tiehu sehem ukoll is-Socjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan, fejn takkompanja il-purcissjoni qasira u helwa ta' San Sebastjan. Tul it-triq it-tfal jimxu flimkien sal-knisja parrokjali fejn imbaghad issir quddiesa. Dan il-jum kull sena isiru xi varjazzjonijiet fejn gieli sar peagent fejn it-tfal jilbsu tal-persunaggi mill-hajja ta' San Sebastjan, gieli intuzaw ukoll bziezaq biex izidu mal-ferh tat-tfal. Normalment f'dan il-jum il-marc ikun esegwit minn banda mistiedna u r-rotta li jiehu hija tal-perifierija fuq ix-xaqliba ta' Hal Luqa. Fejn imbaghad il-marc jispicca hdejn il-kazin.

L-Erbgha: L-ewwel tridu

Sa ftit zmien ilu kienet issir differenti minn festi ohra, ghaliex fit-tmienja u f'nofsinhar kienu jinharqu kaxex infernali, imma llum dawn ma ghadhomx isiru, u minflok jinharqu murtali. Fl-antik kienet issir mixghela generali, izda llum il-mixghela issir mal-gurnata tat-Tnejn. Hawn filghaxija ssir il-quddiesa tat-tridu li generalment ikunu mistiedna il-mizzewgin u l-emigranti, bl-omelija, fejn wara jkun hemm il-kant tal-antifona, innu popolari u l-barka sagrementali. Wara jsir marc minn banda mistiedna fejn jghaddi minn zona ohra tal-parrocca, lejn in-naha tal-Vitorja fejn wara l-marc jispicca hdejn il-kazin. Ikun hemm hruq ta' murtali wara l-quddiesa, kif ukoll ghall-habta tad-disgha ta' filghaxija.

Il-Hamis: It-tieni jum tat-tridu

Filghodu jkun hemm hemm hruq ta' murtali, kif ukoll f'nofsinhar. Filghodu ssir quddiesa specjali ghall-anzjani u filghaxija jkun hemm il-quddiesa, li normalment tkun iddedikata ghall-animaturi tal-parrocca. Wara ssir l-antifona, l-barka sagramentali u l-innu popolari. Ikun hemm hruq ta' murtali wara l-quddiesa, kif ukoll ghall-habta tad-disgha ta' filghaxija. Il-banda mistiedna taghmel marc li jsir f'dan il-jum ikun marc lejn iz-zona tal-wied, fejn tittella' statwa, u l-marc jispicca fi Triq Valletta, u jkun hemm hruq tan-nar tal-art

Il-Gimgha: L-ahhar jum tat-tridu

Filghodu jkun hemm hemm hruq ta' murtali, kif ukoll f'nofsinhar. Filghaxija jkun hemm il-quddiesa, li normalment tkun iddedikata ghas-sacerdoti u religjuzi tal-parrocca. Il-quddiesa tispicca bl-antifona, l-barka sagramentali u l-innu popolari. Ikun hemm hruq ta' murtali wara l-quddiesa, kif ukoll ghall-habta tad-disgha u nofs ta' filghaxija.Wara jsir il-marc tant brijjuz u li tant jigbed nies. Il-marc isir mis-Socjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan, u tintrema' il-kannizata, flimkien ma' brijju kbir li jakkompanja l-istatwa fejn imbaghad tittella' fuq il-pedestall. Qabel kien isir ukoll xi hruq tan-nar tal-art, imma illum ma ghadux isir, u floku qed isir briju kbir b'effetti moderni tad-dwal. Madankollu, id-dilettanti tan-nar ikunu ghaddejjin jarmaw in-nar tal-art ghall-jum tas-Sibt, kif ukoll ghall-harqa kbira li ssir filghaxija.

Is-Sibt: Lejlet il-festa

Dan il-jum jispikka ghax fih isiru diversi funzjonijiet liturgici, fejn filghodu jitkanta it-Te Deum fil-knisja, kif ukoll tinharaq kaxxa nfernali u diversi murtali. Mandakollu d-dilettanti tan-nar ikunu ghaddejjin jippreparaw ghall-harqiet ta' filghaxija fejn l-ewwel harqa tkun mat-Transulazzjoni tar-Relikwija ta' San Sebastjan. It-Transulazzjoni ssir mill-Qasam tal-M.U.S.E.U.M, sal-knisja waqt li jkun hemm akkompanjament ta' murtali u harqa ta' kaxxa nfernali kbira. Wara jsir marc qasir mis-Socjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan, li jkompli ma' programm fuq il-plancier. Ghall-habta tad-disgha u nofs jibda l-ispettaklu tan-nar mahdum mill-Ghaqda tan-Nar San Sebastjan, u jkompli bil-harqa tan-nar tal-art fil-Pjazza tal-Granmastru.

Il-Hadd: Jum il-festa

Din il-gurnata tista' tghid hija mxewqa minn kollox. Tibda bil-quddiesa tal-festa, filghodu fejn ikun hemm il-Panigierku flimkien mal-innu popolari u l-kant tal-antifona. Isir ukoll wara l-funzjoni il-bews tar-relikwija.

Wara l-quddiesa tal-festa, johrog il-marc tradizzjonali fejn tista' tghid huwa wiehed mill-aqwa marci li jsiru fil-gzejjer maltin, fejn taht xemx tizreg ta' Lulju, il-kulur ahdar jiddomina kullimkien mal-briju kbir li jsir minn dawk prezenti. Briju jkun jkollu organizzat mill-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi. Il-marc jispicca hdejn il-kazin ghall-habta tas-saghtejn u nofs.
Wara li hafna nies imorru jistriehu ftit wara l-marc li jsir, kulhadd jingabar ghall-purcissjoni bil-vara li hija unika fil-gzejjer Maltin. Il-vara tkun milqugha fuq iz-zuntier bil-hruq tas-salut kif ukoll kaxxa infernali kbira. Il-purcissjoni tkun akkumpanjata ukoll minn murtali u tghaddi minn diversi toroq fejn tilhaq il-milja taghha fi Triq San Sebastjan fejn hawnhekk l-istatwa tigi akkompanjata minn palm, taqbiliet, kant tal-innu u capcip kbir. Fejn meta tasal fuq iz-zuntier tinharaq kaxxa infernali tal-kulur. Id-dhul gol-knisja ikun emozzjonanti fejn fi knisja imaballata bin-nies l-istatwa tigi milqugha gol-knisja fost capcip kbir, u l-kant tal-antifona. Fejn imbaghad kulhadd jistenna li jigu qawwijin u shah, id-dilettanti tan-nar, mill-ghalqa fejn harqu l-murtali. Dawn jigu wkoll kif jixraq milqugha gol-knisja fost capcip u ferh u llkol familja wahda tinghata l-barka sagramentali u jsir il-kant tal-innu popolari. U b'hekk tispicca l-festa Bastjaniza waqt li b'talba wahda lil San Sebastjan kulhadd jitolbu jzomm idu fuq il-parruccani.
Innu Popolari lil San Sebastjan

F’Jum il-ferh tal-kbira festa,
l-ilsna, il-qlub kollha, jtennulek,
Sebastjan: f’dal-jum ta’ mhabba
Inni sbieh ukoll jinsgulek.

F’dan il-jum, il-hlejjaq kollha
L-art, il-bahar u s-smewwiet
Tifhir, glorja lilek jaghtu
Ta’ l-ikbar ghegubijiet.

Minn tad-dinja banda ghall-ohra
Jidwi kbir u sabih ismek
Ghalkemm l-isem le ma jisboq
Ta’ min halqek Hu aqwa minnek.

O glorjuz suldat qalbieni
Minn t’appostlu prova tajt
Hemm fil-habs minn ta’ Nikostratu
T’Alla l-kelma int ippridkajt.

F’Ruma wisq kienu l-pagani
L-fidi haddnu mhabba fik
Carcru demmhom, mietu martri
Wardiet sbieh wisq kienu ghalik.

Sliem ghalik O Tawmaturgu
Difensur tal-fidi taghna
B’dik l-imhabba li fik tghammar
Deh’mexxina u ieqaf maghna.

Aghmel int li jitrazznu
It-tempesti, l-mard u l-guh
U zerniq ta’ granet isbah
F’ferh jitbiddel taghna d-dmugh.

B’lehen wiehed u qalb wahda
Kif ahna llum ferhanin
Viva nghajtu ‘Sebastiano’
Protettur taghna l-Qormin.

F.Abela 23.04.1937

Innu Marc ‘Insellmulek Sebastjanu’

Insellmulek, Sebastjanu,
f’dan il-jum l-aktar sabih,
festi kbar ahna naghmlulek
ghax jisthoqqlok l-akbar gieh;
Inti l-hena tal-qlub taghna
mizmum b’gawhra minn kulhadd.
Minqux ismek jibqa’ f’qalbna
Biex zgur ma jintesa qatt.

Rit.
Insellmulek, Sebastjanu,
Hajr u gieh ahna naghtuk,
Insellmulek, Sebastjanu,
Ta’ Misserna nhobbuk.
Insellmulek, Sebastjan,
B’Patrun taghna nqimuk.

O glorjuz princep tal-martri,
li haddant l-appostolat.
Sabiex tahdem fost l-insara
kontra l-hazen tal-allat.
Difensur tal-fidi taghna
Sebastjan, int qaddis kbir,
maghruf int mad-dinja kollha
Int jisthoqqlok kull tifhir.

Rit.
Insellmulek, Sebastjanu, . . .

X’hin mit-toroq sbieh minn taghna
bil-gieh kollu tkun ghaddej.
Nitolbuk ixxerred fuqna
il-barka minn tal-Mulej;
Insellmulek, Sebastjanu,
ahna bik ilkoll kburin.
Ta’ mhabbitna, xhieda l-qima
Li naghtuk ahna l-Qormin.

Rit.
Insellmulek, Sebastjanu, . . .

Versi: Carmelo Azzopardi Muzika: Mro.George Debono

 

Tislima lil San Sebastjan (L-Antifona)

Egregie Christi martyr Sebastiane princeps et propagator sanctissimorum praeceptorum praeceptorum. Ecce nomen tuum in libro vitae. Ecce nomen tuum in libro vitae coelestis adscriptum est. Et memoriale, et memoriale, et memoriale tuum in saecula, in seacula.

Tislima lil San Sebastjan (L-Antifona)

O kbir martri ta' Kristu Sebastjanu. Princep, princep Sebastjanu. Tas-sema il-ligi bil-hegga int xandart. Ara ismek, ara ismek miktub fil-ktieb tal-hajja tas-sema. U t-tifkira tieghek ma tintesa' qatt.

 

N.B. Min ikolli xi ritratti tal-festa ta' San Sebastjan gentilement jibghathom fuq info@cittapinto.com