Wara li l-Knisja Kattolika tfakkar il-mewt ta' Sidna
Gesu' Kristu, fil-festa tal-Ghid il-Kbir tifrah ghax Gesu' qam mill-mewt.
F'hafna parrocci ta' Malta u Ghawdex, din il-festa tal-Ghid il-Kbir tigi
ccelebrata b'mod sabih u brijjuz. U f'Citta Pinto, din il-festa hija ccelebrata
b'mod sabih hafna. Fiz-zewg parrocci jsiru l-purcissjonijiet bl-istatwi
ta' Kristu Rxoxt. Fil-parrocca ta' San Gorg haga differenti li ssir hija
li f'Sibt il-Ghid ikun hemm marc bid-daqq tal-valzi tal-ghid. Matul il-gurnata
tal-Hadd fiz-zewg parrocci jkun hemm entuzjazmu kbir, kif ukoll ferh ghal
dan l-avviniment kbir tal-fidi nisranija. Fil-parrocca ta' San Gorg, il-purcissjoni
akkompanjata miz-zewg baned (L-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri u l-Ghaqda
Muzikali Anici), kif ukoll il-fratelli u numru kbir ta' nies tghaddi mit-toroq
tal-parrocca ta' San Gorg, fejn meta tasal hdejn il-Knisja tal-Vitorja,
l-Arcipriet ibierek il-figolli lit-tfal, u wara l-purcissjoni tidhol lura
lejn il-knisja. Tajjeb li nghidu li r-reffiegha jkunu l-istess persuni
li fil-Gimgha l-Kbira jkunu refghu u mexxew l-monument (L-istatwa ta'
Gesu' mejjet). Ma jonqos li jkun hemm ukoll il-girja tradizzjonali bl-irxoxt.
Wara tinghata l-barka sagrementali. |
 |