Il-festa tal-Madonna tar-Ruzarju hija festa
li fiz-zewg parrocci tigi ccelebrata b'mod sabih u devot. Fil-parrocca
ta' San Gorg, il-festa tigi ccelebrata (igifieri tohrog il-purcissjoni
fil-jum tal-Hadd tal-gimgha li fil-Knisja Universali tkun se tigi
ccelebrata l-festa tar-Ruzarju, waqt li fil-parrocca ta' San Sebastjan,
il-purcissjoni tohrog fil-jum propja taghha, igifieri fis-7 t'Ottubru.
F'dawn il-purcissjonijiet ikun hafna nies li huma devoti jimxu wara
x-xbiha tal-Madonna fejn waqt il-purcissjoni tinghad it-talba tar-Ruzarju.
Il-purcissjonijiet jispiccaw bil-Barka Sagramentali. |