Il-festi tal-Milied u l-ewwel tas-Sena fil-Belt Pinto huma sbieh hafna, fejn fihom barra li jispikka s-sens tradizzjonali tal-festi natalizzji, jispikka wkoll ambjent ta' ghaqda fir-rahal kollu. Forsi l-aktar li tispikka fiz-zewg parrocci, hija l-purcissjoni jew ahjar dimostrazzjoni bil-bambin organizzata mis-Socjeta' tal-M.U.S.E.U.M., fl-lejlet il-Milied. Iz-zewg oqsma jaghmlu l-purcissjonijiet fit-toroq tal-parrocci rispettivi taghhom. Barra minn hekk fil-parrocci jsiru wkoll attivitajiet marbutin man-novena. Haga sabiha li naraw f'Hal Qormi huwa n-numru kbir ta' dilettanti tal-presepji, kemm mekkanici u kemm statici.

Matul il-festi tal-Milied, ikun hemm diversi attivitajiet minn diversi ghaqdiet, fosthom 'parties' u attivitajiet ohra li jnisslu ghaqda u ferh minn dawk prezenti. Il-tlett baned ta' Hal Qormi ukoll jorganizzaw diversi affarijiet fosthom it-tqassim tar-rigali, zjajjar god-djar tal-anzjani u sptarijiet. Inizzjattiva' sabiha li qed issir dan l-ahhar mill-Kunsill Lokali, huwa li t-tlett baned f'gurnata tal-Hadd qrib il-Milied, jaghmlu marc flimkien b'innijiet tradizzjonali tal-Milied. Haga wkoll sabiha li marret 'il quddiem fir-rahal ta' Hal Qormi, huwa s-sehem tal-ghaqdiet tal-armar tal-festa taz-zewg parrocci, fejn jiehdu hsieb li jarmaw b'mod sabih it-toroq principali u b'hekk joholqu ambjent vera sabih.
Fiz-zewg parrocci, ukoll ikun hemm diversi attivitajiet, fejn jilhqu l-qofol f'lejlet il-Milied bil-quddiesa tradizzjonali li fija jattendu hafna nies, 'l hekk imsejha quddiesa tan-nofs il-lejl. Fiha kulhadd ikun qed jistenna l-priedka tat-tifel.
 
N.B. Min ghandu xi ritratti marbutin mal-festi tal-Milied gentilment jibghathom fuq info@cittapinto.com