Il-festa ta' Hadd il-Palm tiftah fil-Knisja Kattolika l-festi tal-Gimgha Mqaddsa li jwassluna sal-festa kbira tal-Ghid il-Kbir. Fiz-zewg parrocci kemm dik ta' San Sebastjan u kemm dik ta' San Gorg isiru c-celebrazzjonijiet tal-festa ta' Hadd il-Palm. Fiz-zewg parrocci ghalkemm l-ghan tac-celebrazzjonijiet huma l-istess, il-mod kif isiru huma kemmxejn differenti minn xulxin.
Fil-parrocca ta' San Gorg, ic-celebrazzjoni tibda bil-purcissjoni ta' Hadd il-Palm, bis-sehem tal-fratelli minn gol-Knisja ta' San Gorg Martri. Hawnhekk jiehdu sehem ukoll xi tfal lebsin ilbies ta' zmien Gesu' biex tinholoq aktar dik l-atmosfera. Il-kleru flimkien man-nies u l-abbatini jimxu wara xulxin fil-purcissjoni sa ma jaslu sa hdejn il-knisja tal-Madonna tal-Blat, fejn hemmhekk ikun hemm it-tberik tal-weraq taz-zebbug, flimkien mal-qari u talb, biex imbaghad il-purcissjoni terga' taqbad triqtha ghal gol-knisja ta' San Gorg fejn issir ic-celebrazzjoni ewkaristika tal-quddiesa fejn jinqara l-'Passio' u l-kant immexxi mill-kor 'Exultate Domino'. Filghaxija quddiem il-kazin taghhom, l-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri, taghmel il-kuncert ta' Hadd il-Palm.
Fil-parrocca ta' San Sebastjan, ic-celebrazzjoni ta' Hadd il-Palm tibda billi bis-sehem tal-fratelli, tohrog purcissjoni minn gol-Knisja ta' San Sebastjan Martri. U flimkien mal-kleru jaslu fil-M.U.S.E.U.M tas-subien tal-istess parrocca. Gol-M.U.S.E.U.M, il-kappillan jaghmel xi talb u qari, u jbierek il-weraq taz-zebbug. Wara t-tberik, il-purcissjoni tkompli ghal gol-knisja fejn wara ssir ic-celebrazzjoni ewkaristika tal-quddiesa, bil-qari tal-'Passio' u s-sehem tal-kor 'Laudate Dominum'. Filghaxija is-Socjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ittella' serata muziko-letterarja b'tema religjuza gol-Kripta bis-sehem ukoll tal-kor 'Laudate Dominum'.
N.B. Minghandu xi ritratti tal-attivitajiet ta' Hadd il-Palm, gentilment jibghathom fuq info@cittapinto.com