Il-Logga ta' Pinto

Fin-naha tal-parocca ta’ San Sebastjan insibu logga kbira tal-gebel li skond it-tradizzjoni Pinto kien joqod tahtha jara t-tigrija. Din il-logga hija maghmula minn erba’ kolonni tal-gebel imsaqqfin, li fuq insibu l-arma tal-istess Gran Mastru bil-kitba tahta bil-Latin li tghid hekk: ‘Meta ghalaq 31 sena Gran Mastru’. Hdejn il-logga insibu wkoll bieb tond qisu ta’ gnien kbir bid-data minquxa fuqu – 1770. Din il-logga jew Tribuna jinghad ukoll li kien jingabar il-harag minghand il-bdiewa tal-qrib. Hija inzertat qalb hafna bini antik sakemm il-gvern naddafha u irrangha u rrestawra. Nhar il-Hadd 22 ta’ Frar, 1987, id-deputat Prim Ministru u Ministru tal-Gustizzja, inawguraha u kixef lapida kommemorativa. Matul is-sena 2000 il-kunsill lokali tal-lokal ghamel xi xoghlijiet ta’ tisbih madwar il-logga fosthom bankijiet, sigar, hadid u dwal godda. Il-Kunsill Lokali kien indahal ghal dan ix-xoghol , u x-xoghol twettaq bil-ghajnuna finanzjarja li nkisbet minghand il-Maltacom u HSBC Bank. Dak inhar, kien Sindku Clyde Puli, li kixef lapida kommemorattiva. Din it-Tribuna tinsab f’Misrah il-Kortil hdejn Pjazza Narbona. Fuq wara u l-genb ta’ din il-logga, fejn illum nsibu diversi djar godda, kien hemm razzett kbir hafna, li xi darba kienu jghixu fih ghadd ta’ familji, li mix-xoghol tar-raba’ u trobbija tal-annimali kienu jaqlaw il-hobza ta’ kuljum. Dawn kienu jghixu hemmhekk bhala komunita.

 

Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani

Fis-6 ta’ Awissu, 1894, infetah il-kunvent tas-Sorijiet Agostinjani. Dan kien ukoll l-ewwel kunvent taghhom f’Malta, fejn gew fuq talba tal-Isqof Mons. Pietru Pace. Is-sorjiet kienu erbagha li huma Swor Marija Kleofa, Guljana De Brincat, Paulina De Brincat, Angela Talgiaferro. F’Hal Qormi wkoll, dawn is-sorijiet fethu ukoll l-ewwel skola taghhom. Din l-ewwel skola kienu jaccettaw tfal kemm ghat-taghlim biss kif ukoll bhala boarders. Illum l-iskola Santa Monika f’Hal Qormi li hija mmexxija mis-sorijiet Agostinjani f’Hal Qormi hi miftuha biss ghat-tfal zghar biss. Il-post fejn hemm l-iskola taghhom illum ghamel xi zmien skola tal-gvern. L-inhawi fejn insibu din l-iskola fl-imkien mal-kunvent, huwa maghruf fost il-Qormin bhala hdejn l-Abbatija.

 
Il-Kunvent tas-Sorijiet Frangiskani ta’ Malta

Diversi sacerdoti kienu talbu l-prezenza ta’ din l-Ordni f’dan ir-rahal. Kien fl-Ghid tal-1950 meta s-Sorijiet Frangiskani rnexxielhom isibu dar fejn jistghu jigbru t-tfal ghall-iskola li kienet ghaz-zghar. Illum insibu bini gdid fejn hemm ukoll dar zghira ghall-anzjani.

 


Skejjel Primarji u Sekondarji ohra

Fi zmien il-Kavallieri, kien hemm diversi skejjel privati f’Hal Qormi li kienu jmexxuhom is-sacerdoti tal-post. L-ewwel skola primarja governativa f’Hal Qormi nfethet fl-1840 wara r-riforma li ghamlet il-Kummisjoni Rjali tal-1836. Din l-iskola kienet f’diversi postijiet, fosthom dik li llum hi l-ghassa tal-pulizija, kif ukoll fejn illum insibu l-iskola tas-Sorijiet Agostinjani. Qabel it-Tieni Gwerra dinjija inbniet skola kbira qrib il-Knisja ta’ San Gorg. Illum parti mal-iskola primarja nsibu wkoll skola sekondarja bl-isem ta’ l-isola ‘Guze Galea’. Maz-zmien inhass il-bzonn li tinbena ukoll skola ohra primarja lejn in-naha ta’ San Bastjan. Fil-fatt fl-1956 il-gvern iddecieda li jibni skola gdida f’din il-parocca.

 
Liceo Vassalli

F’Tal-Handaq, limiti ta’ Hal Qormi insibu l-iskola maghrufa bhala Liceo Vassalli, li hija skola sekondarja ghas-subien. Dan il-post, sal-1978 kien ir-Royal Naval School. Il-gimgha 21 ta’ Novembru, 1986, l-Arcisqof Guzeppi Mercieca, bierek il-kappella ta’ din l-iskola, u wara nfethet ufficjalement mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Dr. Daniel Micallef. Bhalissa ghadu kemm beda xi xoghol ta’ rinnovazzjoni f’din l-iskola biex tkun tista’ toffri facilitajiet ahjar lill-istudenti.

 
 

L-Armerija

Fi zmien l-Ordni tal-kavallieri, f’kull distrett kbir fosthom anke Hal Qormi kien ikollu bhal mahzen kbir fejn jerfghu l-armi kbar u zghar biex meta jinqala xi haga kulhadd kien imur jehodhom mnn hemm. Fi zmien l-inglizi, l-armerija ta’ Hal Qormi saret skola governattiva. Ma’ din l-armerija kien jaghmel gnien kbir li jinsab lejn l-Istabar. F’dan il-gnien illum insibu zewg kanuni li skond kif jinghad gew misjuba mirdumin hemmhekk. Wara li gie irrangat sewwa, infetah ghall-pubbliku lejlet il-Milied tal-1959.

 
L-Oratorju Sagra Familja

Il-Hadd 18 ta’ Dicembru, 1949, l-Isqof Emmanuele Galea bierek u inawgura solennement l-Oratorju li ssemma Sagra Familja. Dan l-Oratorju ghandu swali sbieh u teatru. Dan sar bit-thabrik tas-sacerdot Dun Vincenz Borg u huh Guzeppi Borg.

 

Cimiterju tar-Resurezzjoni

Hal Qormi wkoll ghandu cimiterju tieghu imsejjah ‘Tar-Resurezzjoni’, post ta’ dfin kbir u sabih. Dan ic-cimiterju originarjament kien infetah ghall-infetatti li mietu bil-pesta tal-1813-1814, u baqa’ maghruf bl-isem tal-infetti tal-wied. Id-dfin regolari f’Hal Qormi kien isir fil-knisja parrokjali ta’ San Gorg, u c-cimiterju ta’ warajha maghruf tar-rixtellu. Fl-1937 ma baqax isir dfin fihom u ghalhekk l-infetti beda jintuza regolarment bl-ewwel difna isehh fit-23 ta’ Jannar 1937. Kien jintuza miz-zewg parocci li kellhom il-parti taghhom u kien fih biss oqbra tal-komun u kapella zghira. Fis-snin 60 tkabbret parti sostanzjali mill-knisja l-parti ta’ san Gorg li mtela b’numru ta’ oqbra privati. Kien dan iz-zmien li c-cimiterju beda jissejjah ta-Rezurezzjoni. Il-parti l-ohra, dik ta’ San Bastjan kienet taghmel parti mill-art tal-gvern li ukoll kienet imkabbra u zdiedet b’numru ta’ oqbra privati. Fic-cimiterju kien hemm hajt li jifred iz-zewg parocca, u bi ftehim mal-gvern u l-knisja, fis-16 ta’ Gunju tal-1989, il-hajt twaqqa’. Fil-prezent hemm kapella ohra imdaqqsa, sagristija kif ukoll mortwarja.

Centru tas-Sahha

F’Hal Qormi nsibu wkoll centru tas-sahha, li nbena ghas-sena 1989, u fih insibu diversi facilitajiet fosthom sala kbira bhala reception area, X-Ray machine, E.C.G, Treatment area, Physiotherapy clinics u hafna facilitijaiet ohra. L-ewwel gebla ta’ dan ic-centru tas-sahha tqeghdet mill-Prim ministru Dr. Edward Fenech Adami flimkien mas-Segretarju Parlamentari ghas-Sahha Dr. George Hyzler fit-23 ta’ Settembru, 1989.

Riferenza: Bliet u Rhula Maltin', ta' Alfie Guillaumier, Vol.2, il-hames edizzjoni (2005)