![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Radju Bastjanizi Fm huwa radju tal-komunita'
li jxandar fuq il-Frekwenza ta' 95 FM stereo. Dan huwa progett fi hdan
l-erba' ghaqdiet tal-festa ta' San Sebastjan, igifieri s-Socjeta' Filarmonika
Pinto Banda San Sebastjan, l-Ghaqda tan-Nar San Sebastjan, l-Ghaqda tal-Armar,
u l-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi. Originarjament dan l-istazzjon tar-radju
infetah ghall-ewwel darba ghal xahar, jigifieri minn Gunju sal-Festa ta'
San Sebastjan tas-sena 2003. Kien xahar ta' prova fejn il-progett irnexxa
u ghalhekk, l-istazzjon rega' fetah minn Novembru tal-istess sena sal-Festa
Liturgika ta' san Sebastjan, igifieri fl-20 ta' Jannar, 2004. Min dakinhar
l-istazzjon rega' inghalaq, imma wara x-xewqa ta' hafna semmiegha li xtaqu
li jergghu jibdew jisimghu t-trasmissjonijiet, fosthom anke' l-erba' ghaqdiet
tal-festa ta' San Sebastjan, l-istazzjon rega' rritorna fis-7 ta' Gunju,
2004 u ghadu miftuh sal-lum. Matul is-sena 2005 sar progett ta' tisbih
fl-istudio b'mod volontarju, kif ukoll inxtara apparat differenti biex
tizdied il-professjonalita' tal-istazzjon. |
![]() |
|
L-istazzjon Bastjanizi Fm ixandar minn
gol-kazin tas-Socjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan, u l-prezentaturi
huma kollha volontarji. Matul is-sena jkun hemm diversi kantanti li jigu
mistiedna fuq l-istazzjon, fosthom insibu lil Chiara, Aldo Busuttil, Wintermoods,
Olivia Lewis, Thea and Friends u ohrajn. Fix-xahar ta' Mejju , ezattament
fil-25 ta' Mejju, 2005 (Jum Hal Qormi), il-Kunsill Lokali taw lil Bastjanizi
Fm il-premju 'Gharfien il-Hila' bhala apprezzament tax-xoghol li qed isir
lejn il-komunita'. Il-programmi fuq Bastjanizi FM ivarjaw minn marci ghall-muzika
ta' stili differenti, bhal pop, gospel, country, muzika mill-passat, muzika
taljana u ohrajn, kif ukoll poeziji, l-qari tar-rumanz, it-talba tar-Ruzarju,
l-Angelus, u l-quddiesa tal-Hadd. |
Fil-bidu tas-sena 2005, l-istazzjon fetah websajt fuq l-internet fejn wiehed jista' jsib informazzjoni fuq l-istazzjon, il-programmi u l-prezentaturi, links differenti, 'wallpapers', kif ukoll link li permezz taghha wiehed jista' jisma' l-programmi fuq l-internet. Il-websajt fiha ukoll guestbook. Il-websajt tal-istazzjon Bastjanizi Fm hija: www.bastjanizifm.org |
![]() |
Artiklu mehud u addattat minn ktejjeb
li l-Ghaqda tan-Nar San Sebastjan harget ghall-festa 2005. Artiklu miktub
minn Elaine Schembri (Segretarja Bastjanizi FM) |
![]() |