1930 Fl-1923 il-Papa Piju XI hareg l-Enciklika Ubi Arcano li biha heggeg ghat-twaqqif ta’ l-Azzjoni Kattolika madwar id-dinja. Fl-1930, f’Malta, twaqqfet il-Lega Universitaria Cattolica Maltese minn Patri (Prof.) Daniel Callus O.P. L-Arcisqof Mauro Caruana approva l-istatut fi Frar ta’ l-1930.

1931 Fil-11 ta’ Ottubru twaqqfet il-Federazzjoni taz-Zghazagh Insara ta’ l-Azzjoni Kattolika, u c-Cirkoli ta’ Hal Balzan, il-Floriana, il-Hamrun, il-Marsa, in-Naxxar, Hal Qormi, Senglea u l-Belt Valletta ssiehbu bhala membri. Fl-ewwel Kunsill Ezekuttiv Generali, l-Avukat Alberto Magri inhatar bhala President Generali u Dun Albert Pantalleresco kien nominat mill-Isqof bhala l-ewwel Assistent Ekklezjastiku Generali.

1932 L-Arcisqof Mauro Caruana approva l-Istatut tal-Fergha Xebbiet u s-Sinj. Blanche Tonna Barthet, meqjusa bhala ispiratrici ewlenija tal-moviment Kattoliku tan-nisa f’Malta, kienet nominata bhala l-ewwel Presidente Generali tal-fergha. Imut Mons. Enrico Dandria, wiehed mill-pjunieri ta’ l-Azzjoni Kattolika Maltija. Il-hidma tieghu fost iz-zghazagh halliet bazi soda biex l-Azzjoni Kattolika setghet tinbena u tissahhah.

1933 Il-gurnal Lehen is-Sewwa jghaddi f’idejn l-Azzjoni Kattolika Maltija, bl-Avukat Herbert Ganado bhala editur u s-Sur Mikiel Caruana bhala assistent direttur.

1935 Izur Malta l-Kardinal Lepicier biex jippresiedi l-Koncilju Regjonali ta’ Malta u Ghawdex. L-Awtoritajiet Ekklezjastici jishqu fuq l-importanza tat-twaqqif ta’ l-Azzjoni Kattolika fil-parrocci kollha.

1939 Tibda t-tieni gwerra dinjija, l-Azzjoni Kattolika Maltija tghaddi mis-siegha tal-prova. Il-laqghat fic-Cirkoli jieqfu, izda l-membri jaghtu sehem attiv fil-hidma socjali u religjuza ta’ matul il-gwerra.

1940 F’Ottubru Mons. Mikiel Azzopardi inhatar Assistent Ekklezjastiku Generali.

1943 Bejn il-21 u t-28 ta’ Marzu fl-iskola ta’ Hal Qormi, jitlaqqa’ l-ewwel kungress tal-Qawmien minn Mons. Mikiel Azzopardi, li beda jlaqqa’ d-dirigenti biex jerga’ jaghti l-hajja lic-Cirkoli.

1944 L-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi japprova l-istatut tal-Fergha Rgiel. Nhar il-festa ta’ Kristu Re, l-Azzjoni Kattolika Maltija tigi kkonsagrata lill-Qalb Bla Tebgha ta’ Marija.

1945 Fl-1 ta’ Lulju, tohrog ghall-ewwel darba Il-Huggiega, bhala rivista ta’ kull xahar ghall-imsehbin kollha ta’ l-Azzjoni Kattolika Maltija. Dun Frans Camilleri jkun l-ewwel editur.

1946 L-Arcisqof Mikiel Gonzi japprova t-twaqqif tal-Fergha Nisa. Is-Sinj. Helen Cachia Zammit tkun innominata bhala l-ewwel Presidente. B’cirkolari mahruga mill-Kurja ta’ l-Arcisqof fil-5 t’April, l-Arcisqof waqqaf Jum l-Azzjoni Kattolika li kellu jibda jitfakkar ma’ Malta kollha nhar Domenica in Albis. Fid-19 ta’ Lulju saret l-ewwel laqgha tad-Direttorju Djocesan ta’ l-Azzjoni Kattolika, f’Palazzo Caraffa, il-Belt Valletta, li kien intghazel bhala l-ufficcju centrali ta’ ghaqda.

1947 Mons. A Galea jinhatar Assistent Ekklezjastiku Provincjali ta’ l-Azzjoni Kattolika mill-Isqfijiet ta’ Malta u Ghawdex sabiex il-hidma ta’ l-Azzjoni Kattolika fiz–zewg gzejjer tkun aktar ko-ordinata.

1948 Nhar il-festa tal-Madonna Ghajnuna ta’ l-Insara tittiehed id-decizjoni li f’kull Cirkolu kellu jitwaqqaf segretarjat biex jaghti servizz ta’ mhabba u ghajnuna morali u materjali lin-nies fil-bzonn. Titwaqqaf il-Kummissjoni Hidma Morda.

1949 Titwaqqaf il-Kummissjoni Centrali Emigranti ta’ l-Azzjoni Kattolika.

1950 Jitwaqqaf il-Moviment Ghalliema ta’ l-Azzjoni Kattolika bil-ghan li jghin lill-membri jtejbu l-formazzjoni spiritwali taghhom u b’hekk jaqdu ahjar il-missjoni taghhom fit-taghlim. Jibdew jigu organizzati summer camps ghall-ulied ta’ familji numeruzi li jghixu f’ambjenti neqsin mill-arja. Il-Kummissjoni Djocesana Emigranti ta’ l-Azzjoni Kattolika tippubblika ghall-ewwel darba il-fuljett Lil Hutna ghall-emigranti Maltin imxerrdin mad-dinja, u sena wara tibda tfakkar ukoll Jum l-Emigrant. Fuq inizjattiva tal-Fergha Nisa, is-Sinj. Carmen Carbonaro, segretarja Djocesana ta’ l-istess fergha, tibda xxandar fuq ir-Rediffusion programm ta’ kull hmistax iddedikat ghan-nisa.

1952 Jitwaqqaf il-Moviment Gradwati ta’ l-Azzjoni Kattolika, bil-ghan li ssir hidma ta’ appostolat fost il-klassijiet intellettwali tal-pajjiz.

1954 L-Avukat Herbert Ganado jkun innominat mill-Arcisqof bhala l-President Generali ta’ l-Azzjoni Kattolika Maltija. Titwaqqaf il-Kummissjoni Centrali Studji Socjali ta’ l-Azzjoni Kattolika bil-ghan li xxerred it-taghlim socjali tal-Knisja fost il-poplu.

1956 L-Avukat Herbert Ganado jhalli l-kariga ta’ President Generali u jkun innominat floku s-Sur Mikiel Caruana.

1957 Jitwaqqaf il-Barclay’s Bank Staff Catholic Action Group fost l-impejgati rgiel ta’ l-istess bank.

1959 L-Azzjoni Kattolika tipprezenta memorandum lill-Arcisqof sabiex tesprimi x-xewqa taghha li tiftah centri taz-zghazagh (xebbiet u guvintur) fil-parrocci kollha. L-Arcisqof ibierek u japprova l-progett.

1960 L-Azzjoni Kattolika Maltija tiehu sehem attiv fil-festi centinarji li jfakkru l-migja ta’ San Pawl f’Malta. L-Azzjoni Kattolika Maltija tmexxi s-Sede Centrali taghha minn Palazzo Caraffa ghall-Istitut Kattoliku fil-Floriana, wara li ghal bosta snin kienet habirket bis-shih u gabret il-fondi biex seta’ jinbena dan il-post. Is-sala ewlenija fis-Sede ta’ l-Azzjoni Kattolika Maltija issemmiet ghall-Arcisqof Gonzi kif kien gie deciz fl-1957.

1962 Fl-1 ta’ Mejju, l-Arcisqof japprova r-regolamenti ghat-twaqqif tas-Segretarjat Parrokkjali Assistenza Socjali ta’ l-Azzjoni Kattolika. Din l-ahbar inghatat waqt quddiesa li saret fuq il-Fosos tal-Floriana fil-festa ta’ San Guzepp Haddiem. Fl-24 ta’ Gunju tkun inawgurata d-Dar Mater Divinae Providentiae fis-Siggiewi fuq art li qabel kienet tintuza bhala Royal Naval Rest Camp. L-art u l-bini li kienu jezistu, l-Azzjoni Kattolika Maltija, bit-thabrik ta’ l-Assistent Ekklezjastiku Mons. Mikiel Azzopardi, bidlithom f’opra kbira ta’ karita’ mal-persuni b’dizabilità. Isir l-ewwel tesserament tal-membri tat-28 Youth Centre li kienu nfethu mill-Azzjoni Kattolika ghal zghazagh li ma kienu msehbin fl-ebda ghaqda.

1963 Fit-28 t’April, fil-Floriana jkun inawgurat ic-centru San Guzepp Haddiem ghas-Segretarjat Centrali Assistenza Socjali ta’ l-Azzjoni Kattolika.

1964 Is-Sur Mikiel Caruana, li s-sena ta’ qabel kien inghata l-onorificenza Pro Ecclesia et Pontifice ghall-hidma kbira tieghu favur l-Azzjoni Kattolika u l-Knisja f’Malta, jtemm il-kariga ta’ President Generali u floku jinhatar is-Sur Paul Saliba.

1965 Ikun ippromulgat Statut gdid ghall-Azzjoni Kattolika b’aggornamenti u bidliet skond l-ispirtu tal-Koncilju u x-xejriet taz-zminijiet. Bl-approvazzjoni ta’ dan l-Istatut mill-Isqfijiet ta’ Malta u Ghawdex, sehhet ghaqda shiha bejn l-Azzjoni Kattolika taz-zewg gzejjer. Il-Gvern Malti jaghti lill-Azzjoni Kattolika Maltija, il-bini u l-propjeta’ li minnha kienet qed topera d-Dar tal-Providenza, b’cens ghal 99 sena. Il-Q.T. il-Papa Pawlu VI jirregala sett ta’ pjaneti u kalci ghal Villa Mons. Gonzi.

1968 Mons. Mikiel Azzopardi jhalli l-kariga ta’ Assistent Ekklezjastiku Generali minhabba d-dmirijiet godda fit-tmexxija tad-Dar tal-Providenza. Bhala ringrazzjament l-Azzjoni Kattolika tahtru Konsultur tad-Direttorju Generali, waqt li b’digriet tas-27 ta’ Marzu, il-Kanonku Guzepp Bonnici inhatar Assistent Ekklezjastiku Generali.

1973 Dun Philip Grech innominat bhala Assistent Ekklezjastiku Generali.

1976 Il-Fergha Guvintur ta’ l-Azzjoni Kattolika. torganizza Seminar Internazzjonali bit-tema It-Tahrig taz-Zghazagh Kattolici ghal Impenn Socjali u Politiku, il-Federazzjoni Dinjija taz-Zghazagh Kattolici.

1977 L-Avukat Lawrence Gonzi nnominat bhala President Generali, hekk kif is-Sur Pawlu Saliba halla l-kariga tieghu wara 35 sena ta’ hidma fl-Azzjoni Kattolika. Patri Angeliku Vella nnominat Assistent Ekklezjastiku Generali.

1980 L-Azzjoni Kattolika Maltija tfakkar il-hamsin sena mit-twaqqif taghha. L-Azzjoni Kattolika taghti bidu ghall-pubblikazzjoni gdida ta’ kull xahar indirizzata ghat-tfal bl-isem Taghna t-Tfal. Is-Sinj. Mary Puli tiehu hsieb din l-inizjattiva sa mit-twaqqif taghha.

1987 Fuq stedina ta’ l-Azzjoni Kattolika Taljana (ACI), rapprezentanti ta’ l-Azzjoni Kattolika Maltija attendew ghal-laqgha ta’ talb u riflessjoni li saret f’Ruma fl-istess waqt meta kien qed jitlaqqa’ sinodu dwar Il-Missjoni u l-Vokazzjoni tal-Lajci fil-Knisja u fid-Dinja.

1990 Tibda titwaqqaf il-fergha Zghazagh Azzjoni Kattolika bhala fergha wahda ghall-guvintur u x-xebbiet zghazagh.

1992 L-Awtoritajiet Ekklezjastici fdaw f’idejn l-Azzjoni Kattolika Maltija t-tmexxija tad-Dar ta’ l-Anzjani Familja Mqaddsa fin-Naxxar.

1994 Waqt l-Assemblea tal-Federazzjoni Internazzjonali ta’ l-Azzjoni Kattolika, l-A.K.M tigi eletta biex tifforma parti mis-Segretarjat tal-Federazzjoni.

1996 Issir f’Malta l-laqgha tal-Fergha Ewropea tal-Forum tal-Federazzjoni Internazzjonali ta’ l-Azzjoni Kattolika. Il-fergha ZAK torganizza f’Malta il-Eurocontact tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Movimenti Kattolici taz-zghazagh (FIMCAP). L-istess attivita’ mmirata ghal zghazagh minn 16 sa 18-il sena, terga’ ssir f’Malta fl-1998, fl-2001 u fl-2003.

1999 Jibda s-Sinodu Djocesan – L-Azzjoni Kattolika Maltija taghti sehem shih sa mill-bidu nett. Titlaqqa’ f’Malta l-Konferenza tal-Fergha Ewropea tal-FIMCAP maghrufa bhala l-Euro Conference.

2000 Membri mill-frieghi differenti ta’ l-Azzjoni Kattolika Maltija jattendu ghac-celebrazzjonijiet tal-Gublew tas-sena 2000 f’Ruma.

2001 Membri mill-frieghi ta’ l-Azzjoni Kattolika Maltija jaghtu sehem fl-organizzazzjoni u fic-celebrazzjonijiet fl-okkazjoni taz-zjara tal-Papa f’Malta.

N.B. Minghandu aktar informazzjoni dwar l-Azzjoni Kattolika specjalment il-fergha f'Hal Qormi gentilment jibghat fuq info@cittapinto.com